5.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1927
tal-4 ta' Novembru 2016
dwar il-mudelli għall-pjanijiet ta' monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għad-dokumenti ta' konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 6(5), 12(2) u 17(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikoli 6(1) u 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikatur pjan ta' monitoraġġ li jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti dwar il-metodu ta' monitoraġġ li għandu jiġi applikat għal kull bastiment li jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Sabiex ikun żgurat li dawk il-pjanijiet ta' monitoraġġ ikunu jinkludu informazzjoni standardizzata li tippermetti implimentazzjoni armonizzata tal-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għalihom li jkunu jinkludu r-regoli tekniċi għall-applikazzjoni uniformi tagħhom. |
(3) |
Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jinkludi tal-anqas l-elementi mogħtija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/757. Għandu juża wkoll l-unitajiet biex tiġi stabbilita l-“merkanzija li tkun qed tinġarr” kif speċifikat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 (2). Minħabba ż-żewġ servizzi distinti tat-trasport li l-vapuri tat-tip “ro-pax” jipprovdu, dawn il-bastimenti jridu jiddivrenzjaw id-dejta dwar il-konsum tal-fjuwil u d-dejta dwar l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju għall-merkanzija u għall-passiġġieri. Dan jippermetti li jiġu stabbiliti aħjar l-indikaturi operazzjonali medji tal-effiċjenza enerġetika tagħhom. |
(4) |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/757, u skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament, il-pjan ta' monitoraġġ għandu jippermetti l-monitoraġġ u r-rappurtar tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju abbażi ta' kriterji mhux obbligatorji oħrajn. Dan jagħmilha possibbli li wieħed jifhem aħjar l-effiċjenza enerġetika medja rrappurtata. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikulari mal-monitoraġġ iddivrenzjat tal-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-merkanzija u għall-pożizzjonament dinamiku, kif ukoll mal-monitoraġġ iddivrenzjat tal-vjaġġi mgħobbija u meta l-bastiment ikun qed jinnaviga fis-silġ. |
(5) |
Sabiex il-kumpaniji li jkollhom diversi bastimenti jsibuha iktar faċli li jħejju l-pjanijiet ta' monitoraġġ, huwa xieraq li dawn il-kumpaniji jitħallew jindikaw liema mill-proċeduri deskritti fil-pjan ta' monitoraġġ se jkunu japplikaw b'mod rilevanti għall-bastimenti kollha li jkollhom fir-responsabbiltà tagħhom. |
(6) |
Meta jipprovdu informazzjoni dwar l-elementi u l-proċeduri bħala parti mill-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpaniji għandhom ikunu jistgħu jirreferu wkoll għall-proċeduri jew għas-sistemi implimentati b'mod effettiv bħala parti mis-sistemi eżistenti ta' ġestjoni tagħhom, bħall-Kodiċi Internazzjonali tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (il-Kodiċi ISM) (3) u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (is-SEEMP) (4), jew għas-sistemi u l-kontrolli koperti minn standards armonizzati tal-ġestjoni tal-kwalità, tal-ġestjoni ambjentali jew tal-ġestjoni tal-enerġija, bħall-istandards EN ISO 9001:2015, EN ISO 14001:2015 u EN ISO 50001:2011. |
(7) |
Sabiex ikun iktar faċli li jsir il-monitoraġġ, huwa xieraq li jiġi permess l-użu ta' valuri prestabbiliti għal-livell ta' inċertezza assoċjat mal-monitoraġġ tal-fjuwil. |
(8) |
Sabiex iċ-ċiklu kollu tal-konformità jkun eħfef (inkluż il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika), għandha titqies bħala informazzjoni utli l-informazzjoni dwar il-ġestjoni, b'mod partikulari dwar attivitajiet xierqa ta' kontroll u ta' ġestjoni tad-dejta. Taqsima ddedikata għal dan fil-mudell tal-monitoraġġ għandha tgħin lill-kumpaniji jagħtu struttura lill-elementi meħtieġa tal-ġestjoni. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet għal mudell elettroniku għar-rapporti dwar l-emissjonijiet. Dan huwa meħtieġ sabiex ikun żgurat li r-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet jintbagħtu b'mod elettroniku u li dawn ikun fihom informazzjoni aggregata annwali sħiħa u standardizzata, li tkun tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u li tgħin lill-Kummissjoni tħejji r-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2015/757. |
(10) |
Ir-rapport dwar l-emissjonijiet għandu jkopri l-kontenut minimu stabbilit fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2015/757, fosthom ir-riżultati tal-monitoraġġ annwali. Dan għandu jippermetti wkoll ir-rappurtar ta' informazzjoni addizzjonali li tista' tgħin lil dak li jkun jifhem l-indikaturi operazzjonali medji tal-effiċjenza enerġetika rrappurtati fuq bażi mhix obbligatorja. Dan għandu x'jaqsam l-iktar mal-elementi tal-monitoraġġ mhux obbligatorju tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, iddivrenzjati abbażi tal-kriterji speċifikati fil-pjan ta' monitoraġġ. |
(11) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli tekniċi li jistabbilixxu mudell elettroniku għad-dokumenti ta' konformità. Dan jiżgura li tkun tista' tiddaħħal informazzjoni standardizzat li tista' tiġi pproċessata b'mod faċli fid-dokumenti ta' konformità li l-verifikaturi jibagħtu skont l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2015/757 li jgħarrfu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera li jkunu ħarġu dokument tal-konformità. |
(12) |
Is-sistema THETIS għall-MRV, li hija sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni li żviluppat u li tħaddem l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima apposta għal dan, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji u tal-verifikaturi akkreditati sabiex dawn ikunu jistgħu jużawha biex lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-bandiera jibagħtulhom, b'mod elettroniku, ir-rapporti dwar l-emissjonijiet ivverifikati b'mod sodisfaċenti u d-dokumenti relatati tal-konformità. Din is-sistema għandha titfassal b'mod flessibbli sabiex titqies il-possibbiltà li jkun hemm sistema globali ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. |
(13) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet ikkonċernati dwar l-aħjar prassi marbuta mal-kwistjonijiet li jittratta dan ir-Regolament. Il-konsultazzjoni saret permezz tas-sottogruppi tal-esperti tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika fil-qasam tat-trasport marittimu stabbiliti fil-kuntest tal-Forum Ewropew dwar Trasport Marittimu Sostenibbli. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit permezz tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudelli u r-regoli tekniċi għat-tressiq tal-pjanijiet ta' monitoraġġ, tar-rapporti dwar l-emissjonijiet u tad-dokumenti ta' konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757.
Artikolu 2
Mudell tal-pjan ta' monitoraġġ
1. Il-kumpaniji għandhom ifasslu l-pjan ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/757 billi jużaw mudell li jikkorrispondi għall-mudell mogħti fl-Anness I.
2. Il-kumpaniji jistgħu jaqsmu l-pjan ta' monitoraġġ f'parti li tkun speċifika għall-kumpanija u parti li tkun speċifika għall-bastiment, sakemm ikunu koperti l-elementi kollha mniżżlin fl-Anness I.
L-informazzjoni mogħtija fil-parti li tkun speċifika għall-kumpanija, li tista' tinkludi t-tabelli B.2, B.5, D, E u F.1 tal-Anness I, għandha tkun tapplika għal kull bastiment li għalih il-kumpanija għandha tressaq pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/757.
Artikolu 3
Mudell elettroniku tar-rapport dwar l-emissjonijiet
1. Biex iressqu r-rapporti dwar l-emissjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpaniji għandhom jużaw il-verżjoni elettronika tal-mudell li hija disponibbli fis-sistema awtomatizzata ta' informazzjoni tal-Unjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifikazzjoni msejħa THETIS li tħaddem l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn' il quddiem imsejħa “s-sistema THETIS għall-MRV”).
2. Il-verżjoni elettronika tal-mudell tar-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.
Artikolu 4
Mudell elettroniku tad-dokument ta' konformità
1. Biex joħroġ dokument ta' konformità skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-verifikatur għandu jipprovdi d-dejta rilevanti billi juża l-verżjoni elettronika tal-mudell li hija disponibbli fis-sistema THETIS għall-MRV.
2. Il-verżjoni elettronika tal-mudell tad-dokument ta' konformità msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni mogħtija fl-Anness III.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-OMI) permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea A.741(18).
(4) Ir-Regolament 22 tal-Anness VI tal-MARPOL.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
ANNESS I
Il-mudell għall-pjanijiet ta' monitoraġġ
Part A Il-folja ta' reġistrazzjoni tar-reviżjoni
Numru tal-verżjoni |
Data ta' referenza |
Status fid-data ta' referenza (1) |
Referenza għall-Kapitoli li fihom saru r-reviżjonijiet jew l-emendi u spjegazzjoni qasira tal-bidliet |
|
|
|
|
Part B Id-dejta bażika
Table B.1. L-identifikazzjoni tal-bastiment
Isem il-bastiment |
|
In-numru ta' identifikazzjoni tal-OMI |
|
Il-port tar-reġistrazzjoni |
|
Il-port tal-irmiġġ (jekk dan ma jkunx l-istess bħall-port tar-reġistrazzjoni) |
|
L-isem ta' sid il-bastiment |
|
In-numru ta' identifikazzjoni uniku tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat tal-OMI |
|
It-tip ta' bastiment (2) |
|
Il-piż mejjet (f'tunnellati metriċi) |
|
It-tunnellaġġ gross |
|
Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni (mhix obbligatorja) |
|
Il-kategorija tat-tbaħħir fis-silġ (mhix obbligatorja) (3) |
|
L-istat tal-bandiera (mhux obbligatorju) |
|
Attribut tad-deskrizzjoni miftuħa u mhux obbligatorja għal aktar informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-bastiment |
|
Table B.2. Informazzjoni dwar il-kumpanija
Isem il-kumpanija |
|
L-ewwel linja tal-indirizz |
|
It-tieni linja tal-indirizz |
|
Il-belt |
|
L-istat/il-provinċja/ir-reġjun |
|
Il-kodiċi postali |
|
Il-pajjiż |
|
Il-persuna ta' kuntatt |
|
In-numru tat-telefown |
|
L-indirizz tal-posta elettronika |
|
Table B.3. Is-sorsi tal-emissjonijiet u t-tipi ta' fjuwil użati
Numru ta' referenza tas-sors tal-emissjonijiet |
Is-sors tal-emissjonijiet (l-isem u t-tip) |
Deskrizzjoni teknika tas-sors tal-emissjonijiet (il-prestazzjoni/il-potenza, il-konsum speċifiku taż-żejt kombustibbli, is-sena tal-installazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni fil-każ ta' diversi sorsi tal-emissjonijiet li jkunu identiċi, eċċ.) |
It-tipi ta' fjuwil (potenzjali) użati (4) |
|
|
|
|
Table B.4. Il-fatturi tal-emissjoni
It-tip ta' fjuwil |
Il-fatturi tal-emissjoni tal-OMI (f'tunnellati ta' diossidu tal-karbonju (CO2) għal kull tunnellata ta' fjuwil) |
Żejt kombustibbli tqil (referenza: il-gradi RME sa RMK tal-istandard ISO 8217) |
3.114 |
Żejt kombustibbli ħafif (referenza: il-gradi RMA sa RMD tal-istandard ISO 8217) |
3.151 |
Diżil (referenza: il-gradi DMX sa DMB tal-istandard ISO 8217) |
3.206 |
Gass likwifikat miż-żejt (propan) |
3.000 |
Gass likwifikat miż-żejt (butan) |
3.030 |
Gass naturali likwifikat |
2.750 |
Metanol |
1.375 |
Etanol |
1.913 |
Tip ta' fjuwil ieħor li għandu fattur ta' emissjoni li mhuwiex standard |
|
|
|
F'każ li jintużaw fatturi tal-emissjoni li mhumiex standard:
Fjuwil li mhuwiex standard |
Fattur ta' emissjoni |
Il-metodoloġiji biex jiġi stabbilit il-fattur tal-emissjoni (il-metodoloġija għat-teħid tal-kampjuni, il-metodi tal-analiżi u deskrizzjoni tal-laboratorji li ntużaw, jekk ikun hemm) |
|
|
|
Table B.5. Il-proċeduri, is-sistemi u r-responsabbiltajiet li ntużaw għall-aġġornament tal-kompletezza tas-sorsi tal-emissjonijiet
It-titlu tal-proċedura |
Il-ġestjoni tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi tal-emissjonijiet |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri ta' monitoraġġ, ta' rappurtar u ta' verifika (l-proċeduri tal-MRV) tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Part C Id-dejta dwar l-attività
Table C.1. Il-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni marbuta mal-Artikolu 9(2)
Oġġett |
Attribut ta' konferma |
L-għadd minimu ta' vjaġġi li mistennija jsiru waqt kull perjodu tar-rappurtar skont l-iskeda tal-bastiment li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika |
|
Mistennija jsiru vjaġġi waqt kull perjodu tar-rappurtar skont l-iskeda tal-bastiment li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika? (5) |
|
Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 9(2) huma ssodisfati? (6) |
|
Jekk iva, beħsiebek tuża d-deroga għall-monitoraġġ tal-ammont ta' fjuwil ikkunsmat għal kull vjaġġ? (7) |
|
Table C.2. Il-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil
C.2.1. Il-metodi li ntużaw biex jiġi stabbilit il-konsum tal-fjuwil ta' kull sors tal-emissjonijiet:
Is-sors tal-emissjonijiet (8) |
Il-metodi magħżulin għall-konsum tal-fjuwil (9) |
|
|
C.2.2. Il-proċeduri biex jiġi stabbilit il-fjuwil maħżun u l-fjuwil fit-tankijiet:
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tal-fjuwil maħżun u tal-fjuwil fit-tankijiet: |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
C.2.3. Kontroverifiki regolari bejn il-kwantità ta' fjuwil maħżun mogħtija fil-BDN u l-kwantità ta' fjuwil maħżun indikata mill-kejl abbord:
It-titlu tal-proċedura |
Kontroverifiki regolari bejn il-kwantità ta' fjuwil maħżun mogħtija fil-BDNs u l-kwantità ta' fjuwil maħżun indikata mill-kejl abbord |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
C.2.4. Deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti:
L-istrument tal-kejl (l-isem) |
L-elementi li l-istrument jitqabbad magħhom (pereżempju s-sorsi tal-emissjonijiet jew it-tankijiet) |
Deskrizzjoni teknika (l-ispeċifikazzjoni, l-età, l-intervall bejn intervent ta' manutenzjoni u ieħor) |
|
|
|
C.2.5. Il-proċeduri sabiex tiġi rreġistrata, irkuprata, trażmessa u maħżuna l-informazzjoni dwar il-kejl:
It-titlu tal-proċedura |
Ir-reġistrazzjoni, l-irkupru, it-trażmissjoni u l-ħżin tal-informazzjoni dwar il-kejl |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
C.2.6. Il-metodu biex tiġi stabbilita d-densità:
It-tip ta' fjuwil/it-tank tal-fjuwil |
Il-metodu biex jiġu stabbiliti l-valuri reali tad-densità tal-fjuwil maħżun (10) |
Il-metodu biex jiġu stabbiliti l-valuri reali tad-densità tal-fjuwil fit-tankijiet (11) |
|
|
|
C.2.7. Il-livell ta' inċertezza marbut mal-monitoraġġ tal-fjuwil:
Il-metodu ta' monitoraġġ (12) |
L-approċċ użat (13) |
Il-valur |
|
|
|
C.2.8. Il-proċeduri biex tiġi żgurata l-garanzija tal-kwalità tal-istrumenti tal-kejl:
It-titlu tal-proċedura |
L-iżgurar tal-garanzija tal-kwalità tal-istrumenti tal-kejl |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
C.2.9. Il-metodu biex jiġi stabbilit it-tqassim tal-konsum tal-fjuwil f'parti għat-trasport tal-merkanzija u parti għat-trasport tal-passiġġieri (għall-vapuri tat-tip “ro-pax” biss):
It-titlu tal-metodu |
L-istabbiliment tat-tqassim tal-konsum tal-fjuwil f'parti għat-trasport tal-merkanzija u parti għat-trasport tal-passiġġieri |
Il-metodu tal-allokazzjoni applikat skont l-istandard EN 16258 (14) |
|
Deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża biex tiġi stabbilita l-massa tal-merkanzija u tal-passiġġieri, fosthom l-użu possibbli ta' valuri prestabbiliti għall-piż tal-unitajiet tal-merkanzija jew għall-metraġġ fil-korsija (jekk jintuża l-metodu tal-massa) |
|
Deskrizzjoni tal-metodu biex tiġi stabbilita l-erja tal-gverta allokata għall-merkanzija u għall-passiġġieri, fosthom il-fatt li jitqiesu l-gverti mdendlin u l-karozzi tal-passiġġieri fuq il-gverti għall-merkanzija (jekk jintuża l-metodu tal-erja) |
|
It-tqassim tal-konsum tal-fjuwil f'parti għat-trasport tal-merkanzija u parti għat-trasport tal-passiġġieri (f'perċentwali) (jekk jintuża l-metodu tal-erja biss) |
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
C.2.10. Il-proċeduri biex jiġi stabbilit il-konsum tal-fjuwil waqt il-vjaġġi mgħobbija u biex dan jiġi rreġistrat (monitoraġġ mhux obbligatorju):
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tal-konsum tal-fjuwil waqt il-vjaġġi mgħobbija u r-reġistrazzjoni tiegħu |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
C.2.11. Il-proċeduri biex jiġi stabbilit il-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-merkanzija u biex dan jiġi rreġistrat (monitoraġġ mhux obbligatorju għat-tankers tas-sustanzi kimiċi):
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tal-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-merkanzija u r-reġistrazzjoni tiegħu |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
C.2.12. Il-proċeduri biex jiġi stabbilit il-konsum tal-fjuwil għall-pożizzjonament dinamiku u biex dan jiġi rreġistrat (monitoraġġ mhux obbligatorju għat-tankers taż-żejt u għat-“tipi ta' vapuri oħrajn”):
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tal-konsum tal-fjuwil għall-pożizzjonament dinamiku u r-reġistrazzjoni tiegħu |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table C.3. Il-lista tal-vjaġġi
It-titlu tal-proċedura |
Ir-reġistrazzjoni tal-kompletezza tal-vjaġġi u s-salvagwardja tagħha |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE (fosthom ir-reġistrazzjoni tal-vjaġġi, il-monitoraġġ tagħhom, eċċ.) jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Is-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table C.4. Id-distanza li saret waqt il-vjaġġ
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tad-distanza għal kull vjaġġ magħmul u r-reġistrazzjoni tagħha |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE (fosthom il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-distanza u r-reġistrazzjoni tagħha) jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Is-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Il-proċeduri biex tiġi stabbilita d-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ meta l-bastiment ikun qed jinnaviga fis-silġ u biex din tiġi rreġistrata (monitoraġġ mhux obbligatorju):
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tad-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ meta l-bastiment ikun qed jinnaviga fis-silġ u r-reġistrazzjoni tagħha |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE (fosthom il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-distanza u dwar il-kundizzjonijiet xitwin u r-reġistrazzjoni tagħha) jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table C.5. L-ammont ta' merkanzija li tinġarr u l-għadd ta' passiġġieri
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tal-ammont ta' merkanzija li tinġarr u/jew tal-għadd ta' passiġġieri u r-reġistrazzjoni tagħhom |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE (fosthom l-istabbiliment tal-ammont ta' merkanzija li tinġarr u/jew tal-għadd ta' passiġġieri u r-reġistrazzjoni tagħhom u l-użu ta' valuri prestabbiliti għall-massa tal-unitajiet tal-merkanzija, jekk dan ikun applikabbli) jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Unità tal-merkanzija/passiġġieri (15) |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Il-proċeduri biex tiġi stabbilita d-densità medja tal-merkanzija ttrasportata u biex din tiġi rreġistrata (monitoraġġ mhux obbligatorju għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, għall-bastimenti tat-tagħbija bl-ingrossa u għall-bastimenti kkombinati):
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tad-densità medja tal-merkanzija ttrasportata u r-reġistrazzjoni tagħha |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE (fosthom il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-densità tal-merkanzija u r-reġistrazzjoni tagħha) jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table C.6. Il-ħin fuq il-baħar
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tal-ħin imqatta' fuq il-baħar mill-irmiġġ fil-port tat-tluq sal-irmiġġ fil-port tal-wasla u r-reġistrazzjoni tiegħu |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE (fosthom il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar it-tluq mill-port u l-wasla fih u r-reġistrazzjoni tagħha) jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Il-proċeduri biex jiġi stabbilit il-ħin imqatta' fuq il-baħar meta l-bastiment ikun qed jinnaviga fis-silġ u biex dan jiġi rreġistrat (monitoraġġ mhux obbligatorju):
It-titlu tal-proċedura |
L-istabbiliment tal-ħin imqatta' fuq il-baħar meta l-bastiment ikun qed jinnaviga fis-silġ u r-reġistrazzjoni tiegħu |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE (fosthom il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar it-tluq mill-port u l-wasla fih u dwar il-kundizzjonijiet xitwin u r-reġistrazzjoni tagħha) jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-formoli u s-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Part D In-nuqqasijiet fid-dejta
Table D.1. Il-metodi li għandhom jintużaw biex tingħata stima tal-konsum tal-fjuwil
It-titlu tal-metodu |
Il-metodu li għandu jintuża biex tingħata stima tal-konsum tal-fjuwil |
Il-metodu ta' monitoraġġ ta' riżerva (16) |
|
Il-formoli użati |
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex tingħata stima tal-konsum tal-fjuwil |
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
Is-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table D.2. Il-metodi li għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta dwar id-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ
It-titlu tal-metodu |
Il-metodu biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta dwar id-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ |
Il-formoli użati |
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta |
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
Is-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table D.3. Il-metodi li għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta dwar l-ammont ta' merkanzija li tinġarr
It-titlu tal-metodu |
Il-metodu biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta dwar l-ammont ta' merkanzija li tinġarr |
Il-formoli użati |
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta |
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
Is-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table D.4. Il-metodi li għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta dwar il-ħin imqatta' fuq il-baħar
It-titlu tal-metodu |
Il-metodu biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta dwar il-ħin imqatta' fuq il-baħar |
Il-formoli użati |
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fid-dejta |
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
Is-sorsi tad-dejta |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Part E Il-ġestjoni
Table E.1. Verifika regolari ta' kemm hu adegwat il-pjan ta' monitoraġġ
It-titlu tal-proċedura |
Verifika regolari ta' kemm hu adegwat il-pjan ta' monitoraġġ |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table E.2. Attivitajiet ta' kontroll: Il-garanzija tal-kwalità u l-affidabbiltà tat-teknoloġija tal-informazzjoni
It-titlu tal-proċedura |
Il-ġestjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni (pereżempju l-kontrolli tal-aċċess, ir-riżervi, l-irkupru u s-sigurtà) |
Referenza għall-proċedura |
|
Deskrizzjoni qasira tal-proċedura |
|
Isem il-persuna responsabbli għaż-żamma tad-dejta jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Lista tas-sistemi eżistenti rilevanti tal-ġestjoni |
|
Table E.3. Attivitajiet ta' kontroll: Analiżijiet interni u validazzjoni tad-dejta rilevanti tal-MRV tal-UE
It-titlu tal-proċedura |
Analiżijiet interni u validazzjoni tad-dejta rilevanti tal-MRV tal-UE |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table E.4. Attivitajiet ta' kontroll: Il-korrezzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi
It-titlu tal-proċedura |
Il-korrezzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table E.5. Attivitajiet ta' kontroll: L-attivitajiet esternalizzati (jekk dawn ikunu applikabbli)
It-titlu tal-proċedura |
L-attivitajiet esternalizzati |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Table E.6. Attivitajiet ta' kontroll: Id-dokumentazzjoni
It-titlu tal-proċedura |
Id-dokumentazzjoni |
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
Il-verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-MRV tal-UE jekk dawn ma jkunux jeżistu diġà 'l barra mill-pjan ta' monitoraġġ |
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Il-post fejn jinżammu r-reġistri |
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun japplika) |
|
Part F Aktar informazzjoni
Table F.1. Lista tad-definizzjonijiet u t-taqsiriet
It-taqsira, l-akronimu, id-definizzjoni |
Spjegazzjoni |
|
|
Table F.2. |
Informazzjoni addizzjonali |
(1) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Abbozz ta' ħidma”, “Abbozz finali mibgħut lill-verifikatur”, “Ivvalutat”, “Mibdul mingħajr il-bżonn li jerġa' jiġi vvalutat”.
(2) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Vapur tal-passiġġieri”, “Vapur ro-ro”, “Bastiment tal-kontejners”, “Tanker taż-żejt”, “Tanker tas-sustanzi kimiċi”, “Tanker tal-gass naturali likwifikat”, “Tanker tal-gass”, “Bastiment tat-tagħbija bl-ingrossa”, “Bastiment tal-merkanzija ġenerali”, “Bastiment refriġeratur”, “Bastiment tal-vetturi”, “Bastiment ikkombinat”, “Vapur tat-tip” ro-pax“”, “Bastiment tat-tagħbija ro-ro u tal-kontejners”, “Tip ta' vapur ieħor”.
(3) Agħżel waħda mill-kategoriji polari PC1 sa PC7 jew waħda mill-kategoriji Finlandiżi u Żvediżi tat-tbaħħir fis-silġ (IC, IB, IA jew IA Super).
(4) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Żejt kombustibbli tqil (HFO)”, “Żejt kombustibbli ħafif (LFO)”, “Diżil (MDO/MGO)”, “Gass likwifikat miż-żejt (propan, LPG)”, “Gass likwifikat miż-żejt (butan, LPG)”, “Gass naturali likwifikat (LNG)”, “Metanol”, “Etanol”, “Tip ta' fjuwil ieħor li għandu fattur ta' emissjoni li mhuwiex standard”.
(5) Agħżel “Iva” jew “Le”.
(6) Agħżel “Iva” jew “Le”.
(7) Agħżel “Iva”, “Le” jew “Mhux applikabbli”.
(8) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Is-sorsi kollha”, “Il-magni prinċipali”, “Il-magni awżiljari”, “It-turbini tal-gass”, “Il-bojlers” jew “Il-ġeneraturi tal-gass inert”.
(9) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin jew aktar: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord”, “Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta' kombustjoni applikabbli” jew “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet ta' CO2”.
(10) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Strument tal-kejl li jinsab abbord”, “Il-fornitur tal-fjuwil” jew “Test fil-laboratorju”.
(11) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Strument tal-kejl”, “Il-fornitur tal-fjuwil” jew “Test fil-laboratorju”.
(12) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin jew aktar: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord”, “Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta' kombustjoni applikabbli” jew “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet ta' CO2”.
(13) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Valur prestabbilit” jew “Stima speċifika għall-bastiment”.
(14) Agħżel “Metodu tal-massa” jew “Metodu tal-erja”.
(15) Għall-vapuri tal-passiġġieri, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “passiġġieri”.
Għall-vapuri ro-ro, għall-bastimenti tal-kontejners, għat-tankers taż-żejt, għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, għat-tankers tal-gass, għall-bastimenti tat-tagħbija bl-ingrossa, għall-bastimenti refriġeraturi u għall-bastimenti kkombinati, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “tunnellati”.
Għat-tankers tal-gass naturali likwifikat u għall-bastimenti tat-tagħbija ro-ro u tal-kontejners, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “metri kubi”.
Għall-bastimenti tal-merkanzija ġenerali, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata billi tingħażel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “tunnellati ta' piż mejjet li qed jinġarr” jew “tunnellati ta' piż mejjet li qed jinġarr u tunnellati”.
Għall-bastimenti tal-vetturi, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata billi tingħażel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “tunnellati” jew “tunnellati u tunnellati ta' piż mejjet li qed jinġarr”.
Għall-vapuri tat-tip “ro-pax”, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “tunnellati” u bħala “passiġġieri”.
Għat-tipi ta' vapuri l-oħrajn, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata billi tingħażel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “tunnellati” jew “tunnellati ta' piż mejjet li qed jinġarr”.
(16) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord”, “Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta' kombustjoni applikabbli”, “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet ta' CO2” jew “Mhux applikabbli”. Il-kategorija magħżula trid tkun differenti minn dik magħżula għall-kolonna msejħa “Il-metodi magħżulin għall-konsum tal-fjuwil” fit-Tabella C.2. (Il-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil — Il-metodi li ntużaw biex jiġi stabbilit il-konsum tal-fjuwil ta' kull sors tal-emissjonijiet).
ANNESS II
Il-mudell għar-rapporti dwar l-emissjonijiet
Parti A Dejta li tidentifika lill-bastiment u lill-kumpanija
1. |
Isem il-bastiment |
2. |
In-numru ta' identifikazzjoni tal-OMI |
3. |
|
4. |
Il-kategorija tal-bastiment [menu li jinżel: “Vapur tal-passiġġieri”, “Vapur ro-ro”, “Bastiment tal-kontejners”, “Tanker taż-żejt”, “Tanker tas-sustanzi kimiċi”, “Tanker tal-gass naturali likwifikat”, “Tanker tal-gass”, “Bastiment tat-tagħbija bl-ingrossa”, “Bastiment tal-merkanzija ġenerali”, “Bastiment refriġeratur”, “Bastiment tal-vetturi”, “Bastiment ikkombinat”, “Vapur tat-tip “ro-pax””, “Bastiment tat-tagħbija ro-ro u tal-kontejners”, “Tip ta' vapur ieħor”] |
5. |
Il-kategorija tat-tbaħħir fis-silġ tal-bastiment (mhix obbligatorja — tingħata biss jekk tkun ingħatat fil-pjan ta' monitoraġġ) [menu li jinżel: Il-kategoriji polari PC1 sa PC7, il-kategoriji Finlandiżi u Żvediżi tat-tbaħħir fis-silġ IC, IB, IA jew IA Super] |
6. |
L-effiċjenza teknika tal-bastiment
|
7. |
L-isem ta' sid il-bastiment |
8. |
L-indirizz ta' sid il-bastiment u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu: l-ewwel linja tal-indirizz, it-tieni linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż |
9. |
Isem il-kumpanija (jekk din ma tkunx sid il-bastiment biss) |
10. |
L-indirizz tal-kumpanija (jekk din ma tkunx sid il-bastiment biss) u l-post prinċipali tan-negozju tagħha: l-ewwel linja tal-indirizz, it-tieni linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż |
11. |
Il-persuna ta' kuntatt
|
Parti B Verifika
1. |
Isem il-verifikatur |
2. |
L-indirizz tal-verifikatur u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu: l-ewwel linja tal-indirizz, it-tieni linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż |
3. |
In-numru tal-akkreditament |
4. |
Id-dikjarazzjoni tal-verifikatur |
Parti C Informazzjoni dwar il-metodu ta' monitoraġġ użat u l-livell relatat ta' inċertezza
1. |
Is-sors tal-emissjonijiet [menu li jinżel: “Is-sorsi kollha”, “Il-magni prinċipali”, “Il-magni awżiljari”, “It-turbini tal-gass”, “Il-bojlers”, “Il-ġeneraturi tal-gass inert”] |
2. |
Il-metodu/i ta' monitoraġġ użat(i) (għal kull sors tal-emissjonijiet) [menu li jinżel: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord”, “Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta' kombustjoni applikabbli”, “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet ta' CO2”] |
3. |
Il-livell relatat ta' inċertezza, mogħti bħala perċentwali (għal kull metodu ta' monitoraġġ użat) |
Parti D Ir-riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri skont l-Artikolu 10
IL-KONSUM TAL-FJUWIL U L-EMISSJONIJIET TAS-CO2
1. |
L-ammont ta' kull tip ta' fjuwil ikkunsmat b'kollox u l-fattur ta' emissjoni tiegħu:
|
2. |
L-ammont totali tal-emissjonijiet tas-CO2 aggregati li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, mogħti f'tunnellati ta' CO2 |
3. |
L-emissjonijiet tas-CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li jsiru bejn portijiet li huma fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, mogħtija f'tunnellati ta' CO2 |
4. |
L-emissjonijiet tas-CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li jkunu nbdew minn portijiet li huma fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, mogħtija f'tunnellati ta' CO2 |
5. |
L-emissjonijiet tas-CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li jsiru lejn portijiet li huma fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, mogħtija f'tunnellati ta' CO2 |
6. |
L-emissjonijiet tas-CO2 li seħħew waqt l-irmiġġ f'portijiet li huma fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, mogħtija f'tunnellati ta' CO2 |
7. |
Il-konsum totali tal-fjuwil u l-ammont totali tal-emissjonijiet tas-CO2 aggregati allokati għat-trasport tal-passiġġieri (għall-vapuri tat-tip “ro-pax”), mogħtija f'tunnellati ta' fjuwil u f'tunnellati ta' CO2 |
8. |
Il-konsum totali tal-fjuwil u l-ammont totali tal-emissjonijiet tas-CO2 aggregati allokati għat-trasport tal-merkanzija (għall-vapuri tat-tip “ro-pax”), mogħtija f'tunnellati ta' fjuwil u f'tunnellati ta' CO2 |
9. |
Il-konsum totali tal-fjuwil u l-ammont totali tal-emissjonijiet tas-CO2 aggregati li jkun hemm waqt il-vjaġġi mgħobbija mogħtija f'tunnellati ta' fjuwil u f'tunnellati ta' CO2 (informazzjoni mhix obbligatorja) |
10. |
Il-konsum totali tal-fjuwil għat-tisħin tal-merkanzija mogħti f'tunnellati ta' fjuwil (għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, informazzjoni mhix obbligatorja) |
11. |
Il-konsum totali tal-fjuwil għall-pożizzjonament dinamiku mogħti f'tunnellati ta' fjuwil (għat-tankers taż-żejt u għat-“tipi ta' vapuri oħrajn”, informazzjoni mhix obbligatorja) |
ID-DISTANZA LI SARET WAQT IL-VJAĠĠ, IL-ĦIN FUQ IL-BAĦAR U X-XOGĦOL TA' TRASPORT
1. |
Id-distanza kollha li saret waqt il-vjaġġ, mogħtija f'mili nawtiċi |
2. |
Id-distanza kollha li tkun saret waqt il-vjaġġ meta l-bastiment ikun qed jinnaviga fis-silġ, mogħtija f'mili nawtiċi (informazzjoni mhix obbligatorja) |
3. |
Il-ħin kollu mqatta' fuq il-baħar, mogħti f'sigħat |
4. |
Il-ħin kollu mqatta' fuq il-baħar meta l-bastiment ikun qed jinnaviga fis-silġ, mogħti f'sigħat (informazzjoni mhix obbligatorja) |
5. |
Ix-xogħol kollu ta' trasport, mogħti
|
6. |
It-tieni parametru għax-xogħol kollu ta' trasport (informazzjoni mhix obbligatorja), mogħti
|
7. |
Id-densità medja tal-merkanzija ttrasportata matul il-perjodu tar-rappurtar, mogħtija f'tunnellati għal kull metru kubu (għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, għall-bastimenti tat-tagħbija bl-ingrossa u għall-bastimenti kkombinati, informazzjoni mhix obbligatorja) |
L-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
1. |
L-ammont medju tal-effiċjenza enerġetika
|
2. |
It-tieni parametru għall-ammont medju tal-effiċjenza enerġetika għal kull xogħol ta' trasport (informazzjoni mhix obbligatorja), mogħti
|
3. |
L-ammont medju ddivrenzjat tal-effiċjenza enerġetika (il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2) tal-vjaġġi mgħobbija (informazzjoni mhix obbligatorja), mogħti
|
4. |
Informazzjoni addizzjonali li tiffaċilita l-fehim tal-indikaturi operazzjonali medji tal-effiċjenza enerġetika tal-bastiment irrappurtati (informazzjoni mhix obbligatorja) |
ANNESS III
Il-mudell għad-dokumenti ta' konformità
B'dan niċċertifika li r-rapport dwar l-emissjonijiet tal-bastiment “ISEM” li jkopri l-perjodu tar-rappurtar “IS-SENA N – 1” tqies li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2015/757.
Dan id-dokument ta' konformità nħareġ fil-“JUM/XAHAR/SENA N”.
Dan id-dokument ta' konformità huwa marbut mar-rapport dwar l-emissjonijiet bin-numru “NUMRU” u huwa validu sat-30 TA' ĠUNJU TAL-“IS-SENA N + 1”.
I) Id-dettalji tal-bastiment
1. |
Isem il-bastiment |
2. |
In-numru ta' identifikazzjoni tal-OMI |
3. |
|
4. |
Il-kategorija tal-bastiment [menu li jinżel: “Vapur tal-passiġġieri”, “Vapur ro-ro”, “Bastiment tal-kontejners”, “Tanker taż-żejt”, “Tanker tas-sustanzi kimiċi”, “Tanker tal-gass naturali likwifikat”, “Tanker tal-gass”, “Bastiment tat-tagħbija bl-ingrossa”, “Bastiment tal-merkanzija ġenerali”, “Bastiment refriġeratur”, “Bastiment tal-vetturi”, “Bastiment ikkombinat”, “Vapur tat-tip “ro-pax””, “Bastiment tat-tagħbija ro-ro u tal-kontejners”, “Tip ta' vapur ieħor”] |
5. |
L-istat tal-bandiera/l-istat tar-reġistrazzjoni |
6. |
It-tunellaġġ gross |
II) Id-dettalji ta' sid il-bastiment
1. |
L-isem ta' sid il-bastiment |
2. |
L-indirizz ta' sid il-bastiment u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu: l-ewwel linja tal-indirizz, it-tieni linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż |
III) Id-dettalji tal-kumpanija li qed tissodisfa l-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 (attribut mhux obbligatorju)
1. |
Isem il-kumpanija |
2. |
L-indirizz tal-kumpanija u l-post prinċipali tan-negozju tagħha: l-ewwel linja tal-indirizz, it-tieni linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż |
IV) Il-verifikatur
1. |
In-numru tal-akkreditament |
2. |
Isem il-verifikatur |
3. |
L-indirizz tal-kumpanija u l-post prinċipali tan-negozju tagħha: l-ewwel linja tal-indirizz, it-tieni linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż |