|
19.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/42 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1845
tat-18 ta' Ottubru 2016
li jistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jrid jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal għajnuna għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612 tat-8 ta' Settembru 2016 biex tiġi pprovduta għajnuna għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612 jipprevedi għajnuna għall-produtturi tal-ħalib li jimpenjaw ruħhom li jnaqqsu l-kunsinni tal-ħalib tal-baqra tagħhom għal perjodu ta' tliet xhur. Dik l-għajnuna tingħata skont l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Jekk il-volum aggregat kopert mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna ammissibbli u plawżibbli notifikati jaqbeż il-volum massimu totali msemmi fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantità koperta minn kull applikazzjoni għall-għajnuna. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqa għall-perjodu ta' Novembru 2016, Diċembru 2016 u Jannar 2017 jaqbżu l-volum massimu totali. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit koeffiċjent tal-allokazzjoni. |
|
(3) |
Għall-implimentazzjoni rapida tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1612, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jrid jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tnaqqis tal-kunsinni tal-ħalib tal-baqra f'Novembru 2016, Diċembru 2016 u Jannar 2017 skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1612 għandu jkun ta' 0,12462762.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali