|
8.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1785
tas-7 ta' Ottubru 2016
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwu għaċ-ċimoksanil, għall-imluħ tal-fosfan u tal-fosfur u għall-5-nitrogwajakolat tas-sodju, għall-o-nitrofenolat tas-sodju u għall-p-nitrofenolat tas-sodju f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għaċ-ċimoksanil, il-fosfini u l-fosfuri, il-limiti massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għall-fosfur tal-idroġenu ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. L-ebda MRLs ma huma stabbiliti għall-5-nitrogwajakolat tas-sodju, għall-o-nitrofenolat tas-sodju u għall-p-nitrofenolat tas-sodju fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u billi dawn is-sustanzi attivi mhumiex inklużi fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Għaċ-ċimoksanil, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-patata, għat-tewm, għall-basal, għall-ħjar, għall-gerkins (ħjar żgħir), għaz-zukkini, għall-brokkoli, għall-pastard, għall-piżelli (friski, bil-miżwed), għall-qaqoċċ u għall-kurrat. Għal prodotti oħrajn irrakomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-għeneb tal-mejda, għall-għeneb għall-inbid, għall-ħass, għall-ispinaċi, għall-fażola (niexfa), għall-għads (niexef), għall-piżelli (niexfin), għal-lupini (niexfa), għall-infużjonijiet erbali (imnixxfa, fjuri) u għall-ħops, hemm xi informazzjoni li mhijiex disponibbli u li kien hemm bżonn ta' konsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli dwar l-MRLs għaż-żerriegħa tal-ġirasol u għaż-żerriegħa tas-sojja, u li kien hemm bżonn ta' konsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
|
(3) |
Għall-imluħ tal-fosfan u tal-fosfur, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti b'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Hija pproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-ħxejjex aromatiċi, għall-fażola (niexfa), għall-għads (niexef), għall-piżelli (niexfin), għal-lupini (niexfa), għat-tè, għall-infużjonijiet erbali, għall-kawkaw u għall-ħwawar. Għaż-żrieragħ tal-kafè hija rrakkomandat li jiżdied l-MRL eżistenti. Hija kkonkludiet li hemm xi informazzjoni li mhijiex disponibbli rigward l-MRLs għal-lewż, għall-ġewż tal-Brażil, għall-ġewż tal-anakardju, għall-qastan, għall-ġewż tal-Indi, għall-ġellewż, għall-makadamia, għall-ġewż Amerikan, għall-ġewż tal-arżnu, għall-pistaċċi, għall-ġewż, għaż-żerriegħa tal-kittien, għall-karawett, għaż-żerriegħa tal-peprin, għall-ġunġlien, għaż-żerriegħa tal-ġirasol, għaż-żerriegħa tal-lift, għaż-żerriegħa tas-sojja, għaż-żerriegħa tal-mustarda, għaż-żerriegħa tal-qoton, għaż-żerriegħa tal-qara' ħamra, għall-għosfor, għall-fidloqqom, għall-kamelina sativa, għall-qannebusa, għaż-żerriegħa tar-riġnuwa, għall-ħabba tax-xgħir, għall-ħabba tal-qamħ saraċin, għall-ħabba tal-qamħirrum, għall-ħabba tal-millieġ, għall-ħabba tal-ħafur, għall-ħabba tar-ross, għall-ħabba tas-segala, għall-ħabba tas-sorgu, għall-ħabba tal-qamħ u għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li kien hemm bżonn ta' konsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Għall-5-nitrogwajakolat tas-sodju, għall-o-nitrofenolat tas-sodju u għall-p-nitrofenolat tas-sodju, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti b'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Hija pproponiet definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jiġu stabbiliti MRLs għat-tadam, għall-brunġiel, għall-bettieħ u għad-dulliegħ. Ikkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-għeneb tal-mejda, għall-għeneb għall-inbid, għall-frawli, għal-lampun, għall-passolina, għall-ħabba tal-qamħirrun, għall-ħabba tar-ross, għall-ħabba tal-qamħ u għall-ħops hemm xi informazzjoni li mhijiex disponibbli u li kien hemm bżonn ta' konsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għaż-żebbuġ tal-mejda u għaż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt hemm xi informazzjoni li mhijiex disponibbli u li kien hemm bżonn ta' konsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
|
(5) |
Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistux tolleranzi tal-importazzjoni jew limiti massimi tar-residwi Codex (CXLs), l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku tal-kwantifikazzjoni jew għandu japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta' kwantifikazzjoni. Għal diversi sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' kwantifikazzjoni. |
|
(7) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati fir-rigward tal-MRLs il-ġodda u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jeħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li dwarhom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(11) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jibdew jiġu applikati l-MRLs modifikati u dan sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw żmien biex iħejju ruħhom b'mod li jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifiki tal-MRLs. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament jibqa' japplika għall-prodotti li ġew manifatturati qabel it-28 ta' April 2017.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta' April 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for cymoxanil according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(12):4355.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for phosphane and phosphide salts according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(12):4325.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for sodium 5-nitroguaiacolate, sodium o-nitrophenolate and sodium p-nitrophenolate according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(12):4356.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.