7.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1776
tas-6 ta' Ottubru 2016
li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm b'zokkrijiet jew polijoli miżjuda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara applikazzjoni. |
(3) |
Fid-19 ta' Jannar 2015 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tas-sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda. Sussegwentement l-applikazzjoni tpoġġiet għad-disponibbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(4) |
Is-sukralożju ġie evalwat fl-2000 mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel tal-Unjoni Ewropea (SCF) li stabbilixxa doża aċċettabbli ta' kuljum (ADI) ta' 15 mg/kg ta' piż tal-ġisem/kuljum (3). |
(5) |
L-użu tas-sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda żżid l-intensità globali fit-togħma taċ-ċuwingamm, u żżomm l-intensità tul perjodu itwal ta' żmien hekk kif wieħed jomgħod iċ-ċuwingamm, meta mqabbla ma' formulazzjonijiet ta' addittiv(i) tal-ikel oħrajn. Żieda fl-intensità u l-lonġevità tat-togħma għalhekk tipprovdi lill-klijent esperjenza ġenerali taċ-ċuwingamm aktar sodisfaċenti hekk kif ikun qed jomgħodu. |
(6) |
L-awtorizzazzjoni tas-sukralożju fil-livell ta' 1 200 mg/kg fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda twassal għal żieda fil-konsum ta' E955 fil-limiti li ġejjin: bejn 0 sa 0,1 % tad-DAK fil-każ ta' konsum intermedju u bejn 0 sa 4,3 % tad-DAK f'każ ta' livell għoli ta' konsum. Dan huwa kkunsidrat bħala esponiment minuri addizzjonali għall-konsumatur u għalhekk mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. |
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta dak l-aġġornament ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu tas-sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq saħħet il-bniedem, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(8) |
Għalhekk, huwa xieraq li jkun awtorizzat l-użu tas-Sukralożju (E 955) bħala tejjieb il-benna f'livell massimu ta' 1 200 mg/kg fiċ-ċuwingamm biz-zokkrijiet jew il-polijoli miżjuda (sottokategorija tal-ikel 5.3). |
(9) |
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar is-sukralożju (Adottata mill-SCF fis-7 ta' Settembru 2000) hija disponibbli onlajn: http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out68_en.pdf
ANNESS
Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
1. |
Il-kategorija tal-ikel 5.3 “Chewing gum” (ċuwingamm) hija emendata kif ġej:
|