6.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1773

tal-5 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jrid jintuża għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni tal-ġobon lejn l-Istati Uniti tal-Amerka fl-2017 bil-kwoti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III, it-Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jniedi l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-ġobon lejn l-Istati Uniti tal-Amerika bil-kwoti msemmija fl-Artikolu 21 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal ċertu gruppi ta' prodotti u kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwota 2017. Għalhekk il-punt safejn jistgħu jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għandhu jinstab billi jiġu stabbiliti koeffiċjenti tal-allokazzjoni li jridu jintużaw għall-kwantitajiet mitluba, u jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009.

(3)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal ċertu gruppi ta' prodotti u kwoti huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwota 2017. Il-bqija tal-ammonti għandhom jinqasmu bejn l-applikanti bi proporzjon tal-ammonti li applikaw għalihom, billi jintuża l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, u skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009.

(4)

Minħabba l-iskadenza li jistabbilixxi l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 biex jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 fejn jidħlu l-gruppi ta' prodotti u kwoti msejħa “16-Tokjo u 16-, 17-, 18-, 20-, 21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu multiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stabbiliti fil-kolonna 5 ta' dak l-Anness.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 fejn jidħlu l-gruppi ta' prodotti u kwoti msejħa “22-, 25-Tokjo u 22-, 25-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jintlaqgħu bil-kwantitajiet li ntalbu fihom.

Il-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jinħarġu għal aktar kwantitajiet imqassma fost l-applikanti skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stabbiliti fil-kolonna 6 tal-Anness, wara li jkun laqagħhom l-operatur fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u soġġetti li tingħata l-garanzija mitluba.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-5 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).


ANNESS

L-identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitlu 4 tal-Iskeda ta' Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2017

(f'kg)

Koeffiċjent ta' allokazzjoni previst fl-Artikolu 1

Koeffiċjent ta' allokazzjoni previst fl-Artikolu 2

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

16

Not specifically provided for (NSPF)

16-Tokyo

908 877

0,1321233

 

16-Uruguay

3 446 000

0,0828365

 

17

Blue Mould

17-Uruguay

350 000

0,0752688

 

18

Cheddar

18-Uruguay

1 050 000

0,1252684

 

20

Edam/Gouda

20-Uruguay

1 100 000

0,1030155

 

21

Italian type

21-Uruguay

2 025 000

0,0692071

 

22

Swiss or Emmentaler cheese other than with eye formation

22-Tokyo

393 006

 

15,1156153

22-Uruguay

380 000

 

4,4705882

25

Swiss or Emmentaler cheese with eye formation

25-Tokyo

4 003 172

 

1,0264543

25-Uruguay

2 420 000

 

1,6982456