|
1.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/77 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1752
tat-30 ta' Settembru 2016
li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(2) |
Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill żied tliet persuni mal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżel fl-Annessi III għar-Regolament (UE) 2016/44. Jenħtieġ li l-informazzjoni u r-raġunijiet għal tlieta minn dawk il-persuni jiġu emendati. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
ANNESS
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif imniżżel fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
“ANNESS III
LISTA TAL-PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, L-ENTITAJIET JEW IL-KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
21. |
SALEH ISSA GWAIDER, Agila |
Data tat-twelid: l-1 ta' Ġunju 1942 Post tat-twelid: Elgubba, il-Libja. Passaport: D001001 (Libja), maħruġ fit-22 ta' Jannar 2015. |
Agila Saleh ilu l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana mill-5 ta' Awwissu 2014. Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015. Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta diversi drabi li ssir votazzjoni dwar il-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali ‘GNA’). Fit-23 ta' Awwissu 2016, Saleh indirizza ittra lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li fiha hu kkritika l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti lill-GNA li huwa ddeskriva bħala l-impożizzjoni ta' ‘grupp ta' individwi fuq il-poplu Libjan (…) bi ksur tal-Kostituzzjoni u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti’. Huwa kkritika l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2259(2015), li approvat il-Ftehim Skhirat, u hedded li jressaq lin-Nazzjonijiet Uniti, li huwa jżomm bħala responsabbli għal appoġġ ‘bla kondizzjonijiet u mhux ġustifikat’ għal Presidenza tal-Kunsill mhux kompluta, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali għal ksur tal-Karta tan-NU, il-Kostituzzjoni Libjana u s-sovranità tal-Libja. Dawk id-dikjarazzjonijiet jimminaw l-appoġġ għall-medjazzjoni min-NU u l-Missjoni ta' Appoġġ tan-NU fil-Libja (UNSMIL), kif espress fir-Riżoluzzjonijiet kollha rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, partikolarment ir-Riżoluzzjoni 2259(2015). Fis-6 ta' Settembru 2016, Saleh għamel żjara uffiċjali fin-Niġer ma' Abdullah Al-Thani, ‘Prim Ministru’ tal-gvern mhux rikonoxxuti ta' Tobruk, anke jekk ir-Riżoluzzjoni 2259(2015) tappella għall-waqfien ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet paralleli li jiddikjaraw li jirrappreżentaw l-awtorità leġittima iżda mhumiex partijiet għall-Ftehim u l-kuntatt uffiċjali magħhom. |
1.4.2016 |
|
22. |
GHWELL, Khalifa magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa AL-GHAWAIL, Khalifa |
Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1956 Post tat-twelid: Misurata, il-Libja Nazzjonalità: Libja Passaport: A005465 (Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015 u jiskadi fil-11 ta' April 2017 |
Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-GNC Nuri Abu Sahmain. Bħala 'Prim Ministru' tal-GNC, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit taħt il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru tad-Difiża’ tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli. Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru tad-Difiża’ tal-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti ċaħdet il-GNA. |
1.4.2016. |
|
23. |
ABU SAHMAIN, Nuri magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori BO SAMIN, Nuri |
data tat-twelid: 16.5.1956 Zouara/Zuwara Libja |
Nuri Abu Sahmain kien l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Bħala President tal-GNC, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GNA’). Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru. Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-GNC ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
1.4.2016” |