27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 259/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1710

tas-27 ta' Settembru 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1711 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jagħti effett lill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3).

(2)

Fis-27 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1711 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1711 tissospendi l-applikazzjoni tal-obbligu li jiġu ffriżati l-assi ta', kif ukoll il-projbizzjoni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal, “Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

(3)

Hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġi sospiżi sa fejn dawn jikkonċernaw lil ‘Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia’ — ‘FARC’ (‘Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja’).”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1711 tas-27 ta' Settembru 2016 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra certi persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).