17.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1673

tas-16 ta' Settembru 2016

li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4273. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 63).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

(f'%)

09.4273

2,424195

09.4274