|
14.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1646
tat-13 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar indiċijiet ewlenin u boroż rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 197(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistipula li ekwitajiet jew bonds konvertibbli li jinsabu f'indiċi ewlieni jistgħu jintużaw mill-istituzzjonijiet bħala kollateral eliġibbli. Wieħed mill-kriterji ta' eliġibbiltà għall-kollateral huwa li jinħtieġ li jkun likwidu biżżejjed. L-indiċijiet tal-ekwità, sabiex jiġu kkunsidrati bħala indiċijiet ewlenin għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jinħtieġ li għaldaqstant ikunu prinċipalment ekwitajiet li b'mod raġonevoli jistgħu jinkisbu, meta istituzzjoni għandha bżonn tillikwidahom. Dan jinħtieġ li jkun il-każ meta mill-inqas 90 % tal-komponenti ta' indiċi jkollhom volum varjabbli ta' mill-inqas EUR 500 000 000 jew, fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-volum varjabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq ta' mill-inqas EUR 1 000 000 000. |
|
(2) |
L-istituzzjonijiet jinħtieġ li jkollhom ukoll il-possibilità, li jirrikonoxxu bħala eliġibbli l-istrumenti tal-kollateral li jkunu likwidi skont is-swieq li jkunu qegħdin jaħdmu fihom u li jilħqu livell minimu ta' likwidità, irrispettivament minn jekk suq huwiex stabbilit fl-Unjoni jew f'pajjiż terz. Għaldaqstant, l-indiċi ta' ekwità jinħtieġ li jitqies bħala indiċi ewlieni meta jinkludi mhux aktar minn nofs l-għadd totali ta' kumpaniji li l-ishma tagħhom huma nnegozjati fis-suq li fih jkun ibbażat l-indiċi, fejn il-fatturat medju ta' kuljum ikun ta' mhux inqas minn EUR 100 000, u meta dan ikun jissodisfa tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-indiċi tkun mill-inqas 40 % tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-kumpaniji kollha li l-ishma tagħhom jkunu nnegozjati f'dan is-suq; il-fatturat totali tal-kummerċ fil-komponenti tal-indiċi jkun mill-inqas 40 % tal-fatturat totali tal-ishma kollha nnegozjati f'dan is-suq; u l-indiċi jservi bħala sottostanti għall-prodotti ta' derivattivi. |
|
(3) |
L-indiċijiet tal-bonds konvertibbli jinħtieġ li jitqiesu biss bħala indiċijiet ewlenin meta bonds kostitwenti jistgħu jiġu kkonvertiti f'ekwitajiet fejn mill-inqas 90 % ta' dawn l-ekwitajiet ikollhom volum varjabbli ta' mill-inqas EUR 500 000 000 jew, fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-volum varjabbli, kapitalizzazzjoni tas-suq ta' mill-inqas EUR 1 000 000 000. |
|
(4) |
Meta żewġ indiċijiet jissodisfaw il-kriterji sabiex jiġu kkunsidrati bħala indiċi ewlieni, u wieħed ikun sottogrupp tal-ieħor, għal raġunijiet ta' sempliċità, l-aktar wieħed ġenerali biss jinħtieġ li jiġi inkluż fil-lista ta' indiċijiet ewlenin. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistipula li t-titoli ta' dejn maħruġa minn ċerti istituzzjonijiet, li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (external credit assessment institution, ECAI), jistgħu jintużaw bħala kollateral eliġibbli meta dawn jissodisfaw għadd ta' kundizzjonijiet, b'waħda minnhom tkun li jkunu elenkati f'borża rikonoxxuta. |
|
(6) |
Sabiex borża titqies bħala borża rikonoxxuta għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, borża trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(72) ta' dan ir-Regolament. Rigward waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, jiġifieri din li l-borża jinħtieġ li jkollha mekkaniżmu ta' kklerjar, is-swieq irregolati kollha li jinnegozjaw strumenti finanzjarji li mhumiex elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinħtieġ li jissodisfaw din it-tieni kundizzjoni billi jkunu lliċenzjati bħala suq irregolat skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u permezz ta' regoli u proċeduri għall-ikklerjar u għas-saldu ta' tranżazzjonijiet fis-seħħ, skont id-Direttiva 2004/39/KE. |
|
(7) |
Meta l-mekkaniżmu tal-ikklerjar ta' borża jkun ipprovdut minn kontroparti ċentrali (central counterparty, CCP), din is-CCP jinħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għall-boroż ta' derivattivi rari li ma jkunux servuti mis-CCPs, ir-regoli għall-proviżjonament tal-marġni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinħtieġ li jintużaw bħala punt ta' riferiment sabiex jiġi vvalutat jekk r-rekwiżiti għall-proviżjonament tal-marġni stabbiliti minn dawn il-boroż huma adegwati. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Fis-17 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha li tapprova l-abbozz tal-istandard tekniku ta' implimentazzjoni b'emendi sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni l-fatt li xi indiċijiet ta' ekwità, li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà biex jitqiesu bħala indiċijiet ewlenin, ma ġewx inklużi fil-lista pprovduta f'dan l-abbozz tal-istandard. Fl-opinjoni formali tagħha tat-28 ta' Jannar 2016, l-ESMA kkonfermat il-pożizzjoni inizjali tagħha u ma reġgħetx ippreżentat l-istandard tekniku ta' implimentazzjoni emendat b'mod konformi mal-emendi proposti tal-Kummissjoni. L-abbozz tal-istandard tekniku ta' implimentazzjoni jinħtieġ li għalhekk jiġi approvat bl-emendi meħtieġa sabiex tiġi evitata l-esklużjoni ta' indiċijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà biex jiġu kkunsidrati bħala indiċijiet ewlenin għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(10) |
L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqhom dan ir-Regolament huwa bbażat u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-ESMA ma analizzax fid-dettall il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati mal-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għax dawn kienu jkunu sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt tagħhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Indiċijiet ewlenin
L-indiċijiet ewlenin għall-finijiet tal-Artikolu 197(8)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Boroż rikonoxxuti
Il-boroż rikonoxxuti għall-finijiet tal-Artikolu 197(8)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma speċifikati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
L-INDIĊIJIET EWLENIN IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 197 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 575/2013
Tabella 1
Indiċijiet ta' ekwità
|
Indiċi |
Pajjiż/Żona |
|
STOXX Asia/Pacific 600 |
L-Asja/il-Paċifiku |
|
ASX100 |
L-Awstralja |
|
ATX Prime (1) |
L-Awstrija |
|
BEL20 |
Il-Belġju |
|
IBOVESPA |
Il-Brażil |
|
TSX60 |
Il-Kanada |
|
CETOP20 Index |
L-Ewropa Ċentrali |
|
Hang Seng Mainland 100 Index (China) |
Iċ-Ċina |
|
NYSE ARCA China Index |
Iċ-Ċina |
|
Shanghai Shenzhen CSI 300 |
Iċ-Ċina |
|
PX Prague |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
OMX Copenhagen 20 |
Id-Danimarka |
|
FTSE RAFI Emerging Markets |
Swieq emerġenti |
|
MSCI Emerging Markets 50 |
Swieq emerġenti |
|
FTSE Europe Index |
L-Ewropa |
|
STOXX Europe 600 |
L-Ewropa |
|
MSCI AC Europe & Middle East |
L-Ewropa u l-Lvant Nofsani |
|
OMXH25 |
Il-Finlandja |
|
SBF120 (2) |
Franza |
|
S&P BMI France |
Franza |
|
HDAX (3) |
Il-Ġermanja |
|
FTSE All World Index |
Globali |
|
MSCI ACWI |
Globali |
|
FT ASE Large Cap |
Il-Greċja |
|
Hang Seng |
Hong Kong |
|
Hang Seng Composite Index |
Hong Kong |
|
CNX 100 Index |
L-Indja |
|
S&P BSE 100 Index |
L-Indja |
|
ISEQ 20 |
L-Irlanda |
|
FTSE MIB |
L-Italja |
|
Nikkei 300 |
Il-Ġappun |
|
TOPIX mid 400 |
Il-Ġappun |
|
S&P Latin America 40 |
L-Amerika Latina |
|
FTSE Bursa Malaysia KLCI Index |
Il-Malasja |
|
Mexico Bolsa Index |
Il-Messiku |
|
AEX |
In-Netherlands |
|
S&P NZX 15 Index |
New Zealand |
|
OBX |
In-Norveġja |
|
WIG20 |
Il-Polonja |
|
PSI 20 |
Il-Portugall |
|
MSCI Russia Index |
Ir-Russja |
|
Russian Traded Index |
Ir-Russja |
|
FTSE Straits Times Index |
Singapor |
|
FTSE JSE Top 40 |
L-Afrika t'Isfel |
|
INDI 25 Index |
L-Afrika t'Isfel |
|
KOSPI 100 |
Il-Korea t'Isfel |
|
IBEX35 |
Spanja |
|
OMXS60 |
L-Iżvezja |
|
OMXSB |
L-Iżvezja |
|
SMI Expanded Index |
L-Iżvizzera |
|
TSEC Taiwan 50 |
It-Tajwan |
|
FTSE Nasdaq Dubai UAE 20 Index |
L-EGĦM |
|
FTSE 350 (4) |
Ir-Renju Unit |
|
NASDAQ100 |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
|
Russell 3000 Index |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
|
S&P 500 |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Tabella 2
Indiċijiet tal-bonds konvertibbli
|
Exane ECI-Europe |
L-Ewropa |
|
Jefferies JACI Global |
Globali |
|
Thomson Reuters Global Convertible |
Globali |
(1) Jinkludi lil ATX.
(2) Jinkludi lil CAC40, CAC Next 20, u CAC Mid Cap.
(3) Jinkludi lil DAX u MDAX.
(4) Jinkludi lil FTSE 100.
ANNESS II
IL-BOROŻ RIKONOXXUTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 197 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 575/2013
Tabella 1
Il-boroż rikonoxxuti li ma jiġux innegozjati fihom il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
Swieq irregolati |
MIC |
|
EURONEXT PARIS |
XPAR |
|
BOERSE BERLIN (REGULIERTER MARKT) |
BERA |
|
BOERSE BERLIN (IT-TIENI SUQ IRREGOLAT TA' BERLIN) |
BERC |
|
BOERSE DUESSELDORF (REGULIERTER MARKT) |
DUSA |
|
BOERSE DUESSELDORF — QUOTRIX (REGULIERTER MARKT) |
DUSC |
|
BOERSE BERLIN EQUIDUCT TRADING (REGULIERTER MARKT) |
EQTA |
|
BOERSE BERLIN EQUIDUCT TRADING (IT-TIENI SUQ IRREGOLAT TA' BERLIN) |
EQTB |
|
HANSEATISCHE WERTPAPIERBOERSE HAMBURG (REGULIERTER MARKT) |
HAMA |
|
NIEDERSAECHSISCHE BOERSE ZU HANNOVER (REGULIERTER MARKT) |
HANA |
|
BOERSE MUENCHEN (REGULIERTER MARKT) |
MUNA |
|
BOERSE MUENCHEN — MARKET MAKER MUNICH (REGULIERTER MARKT) |
MUNC |
|
BADEN-WUERTTEMBERGISCHE WERTPAPIERBOERSE (REGULIERTER MARKT) |
STUA |
|
FRANKFURTER WERTPAPIERBOERSE (REGULIERTER MARKT) |
FRAA, XETA |
|
TRADEGATE EXCHANGE (REGULIERTER MARKT) |
XGRM |
|
IRISH STOCK EXCHANGE — MAIN SECURITIES MARKET |
XDUB |
|
EURONEXT LISBON |
XLIS |
|
BOLSA DE BARCELONA |
XBAR, XMCE |
|
BOLSA DE BILBAO |
XBIL, XMCE |
|
BOLSA DE MADRID |
XMAD, XMCE, MERF |
|
BOLSA DE VALENCIA |
XVAL, XMCE |
|
BONDVISION MARKET |
BOND |
|
ELECTRONIC OPEN-END FUNDS AND ETC MARKET |
ETFP |
|
MARKET FOR INVESTMENT VEHICLES (MIV) |
MIVX |
|
ELECTRONIC BOND MARKET |
MOTX |
|
ELECTRONIC SHARE MARKET |
MTAA |
|
MTS GOVERNMENT MARKET |
MTSC |
|
MTS CORPORATE MARKET |
MTSM |
|
SECURITISED DERIVATIVES MARKET |
SEDX |
|
MERCADO DE DEUDA PUBLICA EN ANOTACIONES |
XDPA |
|
AIAF — MERCADO DE RENTA FIJA |
XDRF, SEND |
|
BOURSE DE LUXEMBOURG |
XLUX |
|
CYPRUS STOCK EXCHANGE |
XCYS |
|
SPOT REGULATED MARKET — BMFMS |
SBMF |
|
SPOT REGULATED MARKET — BVB |
XBSE |
|
RM-SYSTEM CZECH STOCK EXCHANGE |
XRMZ |
|
PRAGUE STOCK EXCHANGE |
XPRA |
|
BATS EUROPE REGULATED MARKET |
BATE, CHIX |
|
ISDX MAIN BOARD |
ISDX |
|
EURONEXT LONDON |
XLDN |
|
LONDON STOCK EXCHANGE — REGULATED MARKET |
XLON |
|
NASDAQ RIGA |
XRIS |
|
NASDAQ STOCKHOLM |
XSTO |
|
NORDIC GROWTH MARKET NGM |
XNGM |
|
NASDAQ COPENHAGEN |
XCSE |
|
OSLO AXESS |
XOAS |
|
OSLO BØRS |
XOSL |
|
NASDAQ TALLINN |
XTAL |
|
NASDAQ HELSINKI |
XHEL |
|
VIENNA STOCKEXCHANGE OFFICIAL MARKET (AMTLICHER HANDEL) |
WBAH |
|
VIENNA STOCKEXCHANGE SECOND REGULATED MARKET (GEREGELTER FREIVERKEHR) |
WBGF |
|
BULGARIAN STOCK EXCHANGE — SOFIA JSC |
XBUL |
|
NASDAQ ICELAND |
XICE |
|
BUDAPEST STOCK EXCHANGE |
XBUD |
|
BRATISLAVA STOCK EXCHANGE |
XBRA |
|
NASDAQ VILNIUS |
XLIT |
|
EURONEXT BRUSSELS |
XBRU |
|
ZAGREB STOCK EXCHANGE |
XZAG |
|
ELECTRONIC SECONDARY SECURITIES MARKET |
HDAT |
|
ATHENS EXCHANGE SECURITIES MARKET |
XATH |
|
EUROPEAN WHOLESALE SECURITIES MARKET |
EWSM |
|
MALTA STOCK EXCHANGE |
XMAL |
|
EURONEXT AMSTERDAM |
XAMS |
|
BONDSPOT SECURITIES MARKET |
RPWC |
|
WARSAW STOCK EXCHANGE |
XWAR,WBON, WETP |
|
LJUBLJANA STOCK EXCHANGE OFFICIAL MARKET |
XLJU |
|
GIBRALTAR STOCK EXCHANGE |
GSXL |
Tabella 2
Il-boroż rikonoxxuti li ma jiġux innegozjati fihom il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
Swieq irregolati |
MIC |
|
MATIF |
XMAT |
|
MONEP |
XMON |
|
POWERNEXT DERIVATIVES |
XPOW |
|
EUROPEAN ENERGY EXCHANGE |
XEEE |
|
EUREX DEUTSCHLAND |
XEUR |
|
MERCADO DE FUTUROS E OPCOES |
MFOX |
|
MERCADO REGULAMENTADO DE DERIVADOS DO MIBEL |
OMIP |
|
MEFF EXCHANGE |
XMRV, XMPW |
|
MERCADO DE FUTUROS DE ACEITE DE OLIVA — S.A |
XSRM |
|
DERIVATIVES REGULATED MARKET — BMFMS |
BMFM |
|
POWER EXCHANGE CENTRAL EUROPE |
XPXE |
|
CME EUROPE LIMITED |
CMED |
|
ICE FUTURES EUROPE — ENERGY PRODUCTS DIVISION |
IFEU |
|
ICE FUTURES EUROPE — FINANCIAL PRODUCTS DIVISION |
IFLL |
|
ICE FUTURES EUROPE — EQUITY PRODUCTS DIVISION |
IFLO |
|
ICE FUTURES EUROPE — AGRICULTURAL PRODUCTS DIVISION |
IFLX |
|
THE LONDON INTERNATIONAL FINANCIAL FUTURES AND OPTIONS EXCHANGES (LIFFE) |
XLIF |
|
THE LONDON METAL EXCHANGE |
XLME |
|
LONDON STOCK EXCHANGE DERIVATIVES MARKET |
XLOD |
|
ITALIAN DERIVATIVES MARKET |
XDMI |
|
NASDAQ STOCKHOLM |
XSTO |
|
FISH POOL |
ĦUT |
|
NOREXECO |
NEXO |
|
NASDAQ OSLO |
NORX |
|
OSLO BØRS |
XOSL |
|
EURONEXT BRUSSELS DERIVATIVES |
XBRD |
|
ATHENS EXCHANGE DERIVATIVES MARKET |
XADE |
|
VIENNA STOCKEXCHANGE OFFICIAL MARKET (AMTLICHER HANDEL) |
WBAH |
|
BUDAPEST STOCK EXCHANGE |
XBUD |
|
ICE ENDEX DERIVATIVES |
NDEX |
|
EURONEXT EQF — EQUITIES AND INDICES DERIVATIVES |
XEUE |
|
WARSAW STOCK EXCHANGE/COMMODITIES/POLISH POWER EXCHANGE/COMMODITY DERIVATIVES |
PLPD |