9.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1615
tat-8 ta' Settembru 2016
li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 222(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Minbarra serje ta' miżuri eċċezzjonali biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni diffiċli tas-suq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fuq il-bażi tal-Artikolu 219 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni awtorizzat ftehimiet u deċiżjonijiet volontarji dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 (2) u fil-każ ta' kooperattivi u forom oħra ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 (3) għal perjodu ta' sitt xhur li jibda mit-13 ta' April 2016. |
(2) |
L-ebda ftehim jew deċiżjoni konġunta ma ġiet rappurtata s'issa, peress li dan is-settur jeħtieġ iż-żmien biex jorganizza ruħu ħalli juża dan l-istrument il-ġdid, filwaqt li s-settur tal-ħalib għadu jħabbat wiċċu ma' żbilanċ serju ħafna fis-suq minħabba l-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda madwar id-dinja kollha, fejn għandha rwol l-estensjoni sa tmiem l-2017 tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-Unjoni. |
(3) |
Il-prezzijiet tal-ħalib mal-ħruġ mill-azjenda agrikola naqsu bi 8 % fl-2015 u bi 15 % oħra fl-ewwel ħames xhur tal-2016. F'Mejju 2016, il-medja tal-prezzijiet tal-ħalib fl-Unjoni kienet ta' 22 % anqas mill-medja tal-aħħar ħames snin. B'mod parallel, id-distakk bejn l-Istati Membri kompla jikber, b'xi Stati Membri jirrappurtaw prezzijiet 30 % inqas mill-medja tal-Unjoni. Fuq il-bażi ta' analiżi tas-suq disponibbli, l-ebda tnaqqis sinifikanti fil-volumi tal-produzzjoni ma hu mistenni sa tmiem l-2017. |
(4) |
Sabiex is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jiġi mgħejjun isib bilanċ ġdid fl-iżbilanċ prevalenti ħafna fis-suq u biex jiġu akkumpanjati l-aġġustamenti meħtieġa wara li tiskadi l-kwota tal-ħalib, huwa xieraq li jiġu awtorizzati l-ftehimiet u d-deċiżjonijiet volontarji msemmija fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/559 u tar-Regolament (UE) 2016/558 għal perjodu ulterjuri ta' sitt xhur. Billi l-kundizzjonijiet kif ukoll il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u tal-kontenut imsemmija fl-Artikolu 222(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-obbligi ta' notifika rilevanti diġà ġew speċifikati fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/559, huwa xieraq li jiġi emendat dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/559 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Minħabba l-ammont kbir ta' żbilanċ fis-suq u l-bżonn li jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/559 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 1 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 152(3)(b)(i) u l-Artikolu 209(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huma hawnhekk awtorizzati:
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 tal-11 ta' April 2016 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 20).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 tal-11 ta' April 2016 li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet ta' kooperattivi u ta' tipi oħra ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib dwar l-ippjanar tal-produzzjoni (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 18).