|
9.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1612
tat-8 ta' Settembru 2016
biex tiġi pprovduta għajnuna għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 106(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-settur tal-ħalib qed iħabbat wiċċu ma' tfixkil fis-suq minħabba l-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda madwar id-dinja kollha, fejn għandha rwol l-estensjoni sa tmiem l-2017 tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-Unjoni. |
|
(2) |
Id-domanda globali għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib żdiedet bi ftit fl-2015 u fl-ewwel ftit xhur tal-2016, imma b'rata ferm aktar baxxa mill-produzzjoni. |
|
(3) |
Il-provvista tal-ħalib globali żdied b'mod ġenerali matul l-2015, bi tkabbir tal-produzzjoni kkombinat fl-Unjoni, fl-Istati Uniti u f'New Zealand sa ammont ta' madwar 4,5 miljun t, filwaqt li l-esportazzjonijiet totali mill-Unjoni u minn dawk iż-żewġ pajjiżi terzi f'ekwivalenti tal-ħalib naqset b'madwar 200 000 t. |
|
(4) |
Fl-ewwel erba' xhur tal-2016, il-produzzjoni tal-ħalib fl-Unjoni, fl-Istati Uniti u f'New Zealand żdiedet b'madwar 3,6 miljun t, b'inqas minn 1 % ta' dan il-volum ikun assorbit minn esportazzjonijiet addizzjonali. |
|
(5) |
Il-ftehimiet volontarji u d-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ġew awtorizzati għal organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet tagħhom u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 (3), u għal kooperattivi u forom oħra ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 (4) għal perjodu ta' sitt xhur li beda mit-13 ta' April 2016. Dan il-perjodu ġie estiż permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1615 (5). |
|
(6) |
L-istrumenti ta' intervent fis-suq fil-forma ta' intervent pubbliku u ta' ħżin privat tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat baqgħu disponibbli mingħajr interruzzjoni sa minn Settembru 2014. |
|
(7) |
Dawk l-istrumenti taffew l-impatt tal-kriżi u jistabbilixxu limitu minimu għall-waqgħa kontinwa fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib, iżda l-iżbilanċ globali għadu hemm. |
|
(8) |
Sabiex jgħinu lis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib isib bilanċ ġdid fis-sitwazzjoni gravi tas-suq prevalenti u minħabba l-fatt li, fuq il-bażi ta' analiżi tas-suq disponibbli, l-ebda tnaqqis sinifikanti fil-volumi tal-produzzjoni ma hija mistennija sa tmiem l-2017, huwa xieraq li tingħata għajnuna lill-produtturi tal-ħalib li b'mod volontarju jimpenjaw ruħhom fi tnaqqis tal-produzzjoni tal-ħalib. |
|
(9) |
Peress li l-produzzjoni tal-ħalib fl-Unjoni hija fil-biċċa l-kbira kkaratterizzata minn kunsinni tal-ħalib tal-baqra, filwaqt li l-bejgħ dirett u l-ħalib minn speċijiet oħra jirrappreżentaw biss sehem marġinali tal-produzzjoni tal-ħalib tal-Unjoni, huwa xieraq li tingħata għajnuna għal tnaqqis fil-kunsinni tal-ħalib tal-baqra biss. |
|
(10) |
Sabiex jinkiseb tnaqqis effettiv fil-kunsinni tal-ħalib tal-baqra, l-eliġibbiltà tal-applikanti għandha tkun limitata għal dawk li kienu jikkonsenjaw lill-ewwel xerrejja tal-ħalib tal-baqra f'Lulju 2016, li huwa l-aktar perjodu riċenti li fih l-applikanti jistgħu jagħtu prova ta' kunsinni bħal dawn. |
|
(11) |
Bl-istess għan ta' effettività, l-għajnuna tal-Unjoni m'għandhiex tkopru tnaqqis ta' iktar minn 50 % meta mqabbla mal-kunsinni tal-ħalib tal-baqra fil-perjodu ta' referenza rilevanti. |
|
(12) |
L-għajnuna prevista f'dan ir-Regolament għandha tingħata bħala miżura ta' appoġġ tas-swieq agrikoli skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
|
(13) |
Għandu jiġi permess li dik l-għajnuna tingħaqad ma' appoġġ ieħor iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. |
|
(14) |
Minħabba li l-għotja finanzjarja hija stabbilita f'euro, u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u simultanja, huwa meħtieġ li tiġi ffissata data għall-konverżjoni tal-ammont allokat lill-Istati Membri li m'adottawx l-euro bħala l-munita nazzjonali tagħhom. Huwa għalhekk xieraq li jiġi determinat l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju skont l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Minħabba l-prinċipju msemmi fil-paragrafu (2)(b) ta' dak l-Artikolu u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu (5)(c) ta' dak l-Artikolu, id-data tal-avveniment operattiv għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(15) |
Sabiex l-iskema taħdem b'mod effettiv mingħajr ma jinqabeż il-limitu massimu tat-tnaqqis fil-volum konsenjat totali tal-ħalib tal-baqra kopert mill-għajnuna, in-notifiki għandhom ikunu previsti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal għajnuna u talbiet għal pagament. |
|
(16) |
Sabiex jiġi massimizzat l-użu tal-iskema, għandu jiġi previst numru ta' perjodi ta' applikazzjoni sakemm it-tnaqqis fil-volum konsenjat totali ta' ħalib tal-baqra li jikkorrespondi għall-baġit disponibbli jiġi eżawrit bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet jiġu ttrattati b'mod effiċjenti, dawn għandhom preferibbilment jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi. |
|
(17) |
Sabiex l-applikazzjonijiet jinvolvu tnaqqis sinifikanti fil-kunsinna tal-ħalib tal-baqra u biex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat, kwantità minima ta' kunsinna tal-ħalib tal-baqra għandha tiġi ffissata għal kull applikazzjoni. |
|
(18) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament uniformi tal-applikazzjonijiet madwar l-Unjoni, għandu jiġi stabbilit fattur ta' konverżjoni standard li jaqleb il-litri f'kg. |
|
(19) |
L-Istati Membri għandhom mhux biss jikkontrollaw l-ammissibilità tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna iżda wkoll l-plawżibbiltà tagħhom. Pereżempju, applikazzjoni għal għajnuna li għaliha l-volum totali ta' ħalib tal-baqra konsenjat lill-ewwel xerrejja fil-perjodu ta' tnaqqis huwa ikbar mill-volum totali konsenjat fil-perjodu ta' referenza m'għandhiex titqies plawżibbli. |
|
(20) |
Sabiex ikun żgurat li l-benefiċjarji jirċievu l-appoġġ malajr kemm jista' jkun u t-tnaqqis fil-produzzjoni jkun jista' jibda mingħajr dewmien, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-għajnuna tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għal applikanti eliġibbli li jnaqqsu il-kunsinni tal-ħalib tal-baqra għal perijodu ta' tliet xhur, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-perjodu ta' tnaqqis”, meta mqabbla mal-istess perjodu fis-sena ta' qabel, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-perijodu ta' referenza”, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
L-għajnuna tal-Unjoni għandha tiġi ffissata għal EUR 14/100 kg tal-ħalib tal-baqra għall-volum li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-ħalib tal-baqra konsenjat matul il-perjodu ta' referenza u l-ħalib tal-baqra konsenjat matul perjodu ta' tnaqqis. L-għajnuna tal-Unjoni ma għandhiex tkopri iktar minn tnaqqis fil-volum totali ta' konsenja tal-ħalib tal-baqra li jikkorrispondi għal EUR 150 000 000.
Għal kull applikant eliġibbli, l-għajnuna tal-Unjoni għandha tkopri tnaqqis fil-kwantità tal-konsenja tal-ħalib tal-baqra li ma jkunx aktar minn 50 % tal-kwantità totali ta' ħalib tal-baqra li jiġi konsenjat lill-ewwel xerrejja fil-perjodu ta' referenza.
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “applikanti eliġibbli” tfisser il-produtturi tal-ħalib li jkunu kkonsejnaw ħalib tal-baqra lill-ewwel xerrejja f'Lulju 2016.
3. Fir-rigward ta' applikanti eliġibbli stabbiliti fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Iżvezja u r-Renju Unit, id-data tal-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fir-rigward tal-ammonti mħallsa skont dan ir-Regolament għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
4. L-għajnuna prevista f'dan ir-Regolament tista' tiġi kumulata ma' appoġġ ieħor iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
Artikolu 2
1. L-għajnuna għandha tingħata abbażi tal-applikazzjonijiet.
Il-kwantità minima ta' tnaqqis tal-konsenja tal-ħalib tal-baqra koperta b'applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun ta' 1 500 kg.
Meta t-tnaqqis tal-kwantità tal-konsenja tal-ħalib tal-baqra huwa espress f'litri, dan għandu jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjent 1,03 sabiex jiġi espress f'kg.
2. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi mill-applikanti eliġibbli mal-Istat Membru fejn l-applikant huwa stabbilit, skont il-metodu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi b'tali mod li jkunu waslu għand l-Istat Membru sal-limiti ta' żmien stabbiliti fit-tielet subparagrafu.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu jistgħu jiġu sottomessi f'isem l-applikanti eliġibbli minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi rikonoxxuti. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna tiġi mgħoddija b'mod sħiħ lil dawk l-applikanti eliġibbli li fil-fatt naqqsu l-kunsinni tal-ħalib tal-baqra taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Il-limiti ta' żmien għall-wasla tal-applikazzjonijiet kompluti għandhom ikunu:
|
(a) |
il-21 ta' Settembru 2016 f'12.00 (ħin ta' Brussell) għall-ewwel perjodu ta' tnaqqis li jkopri Ottubru, Novembru u Diċembru 2016; |
|
(b) |
it-12 ta' Ottubru 2016 f'12.00 (ħin ta' Brussell) għat-tieni perjodu ta' tnaqqis li jkopri Novembru u Diċembru 2016 u Jannar 2017; |
|
(c) |
id-9 ta' Novembru 2016 f'12.00 (ħin ta' Brussell) għat-tielet perjodu ta' tnaqqis li jkopri Diċembru 2016 u Jannar u Frar 2017; |
|
(d) |
is-7 ta' Diċembru 2016 f'12.00 (ħin ta' Brussell) għar-raba' perjodu ta' tnaqqis li jkopri Jannar, Frar u Marzu 2017. |
L-applikanti għall-għajnuna ma għandhomx jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda għall-għajnuna skont dan ir-Regolament. Meta applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda, l-ebda waħda mill-applikazzjonijiet tiegħu ma tkun ammissibbli. Madankollu, l-applikanti li jkunu pparteċipaw għall-ewwel perjodu ta' tnaqqis jistgħu wkoll jissottomettu applikazzjoni għar-raba' perjodu ta' tnaqqis.
3. Sabiex tkun ammissibbli, applikazzjoni għall-għajnuna għandha tinkludi:
|
(a) |
l-informazzjoni li ġejja fuq formola magħmula disponibbli mill-Istat Membru:
|
|
(b) |
id-dokumenti li jindikaw il-kwantità totali ta' ħalib tal-baqra msemmi fil-punt (a)(ii); |
|
(c) |
id-dokumenti li juru li l-applikazzjoni hija relatata ma' produttur tal-ħalib li jkun kkonsenja ħalib tal-baqra lill-ewwel xerrejja f'Lulju 2016. |
4. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jkopru kwantità ta' tnaqqis fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra li jkunu ta' inqas minn 1 500 kg għandhom jiġu miċħuda.
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jkopru kwantità ta' tnaqqis fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra ta' aktar minn 50 % tal-kwantità totali msemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 għandhom jitqiesu li ġew sottomessi għal kwantità ta' tnaqqis fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra ta' 50 % tal-kwantità totali imsemmija f'dak il-punt.
Artikolu 3
Wara li jlestu l-kontrolli dwar il-plawżibbiltà u l-ammissibbiltà, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (6) dwar l-applikazzjonijiet kollha plawżibbli u ammissibbli għall-għajnuna sal-16.00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet jum tax-xogħol wara l-limitu taż-żmien rilevanti li fih jirċievu l-applikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(2).
Artikolu 4
1. Fuq il-bażi tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri sa fejn jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet għall-kwantitajiet mitluba fid-dawl tal-volum massimu msemmi fl-Artikolu 1(1).
L-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet lill-applikanti fi żmien sebat ijiem tax-xogħol wara l-limitu ta' żmien rilevanti li fih jirċievu l-applikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Għandhom jinħarġu awtorizzazzjonijiet għall-applikazzjonijiet kollha ammissibbli u plawżibbli notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3.
2. Fejn il-volum aggregat kopert bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna notifikati skont l-Artikolu 3 jaqbeż l-ammont massimu ta' volum totali msemmi fl-Artikolu 1(1), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni li jiġi adottat mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tistabbilixxi koeffiċjent ta' allokazzjoni, li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għall-għajnuna.
Fejn jiġi stabbilit koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu ta' tnaqqis kkonċernat, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi għal perjodi ta' tnaqqis sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) għandhom jiġi rrifjutat u ma għandux jibqa' possibbli li jintbagħtu applikazzjonijiet għall-perjodi ta' tnaqqis li jmiss.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, immultiplikati bil-koeffiċjent ta' allokazzjoni.
Artikolu 5
1. L-għajnuna għandha titħallas abbażi ta' applikazzjoni għal ħlas.
2. L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jiġu sottomessi mill-applikanti eliġibbli li ngħataw l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 mal-Istat Membru fejn l-applikant huwa stabbilit, skont il-metodu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jiġu sottomessi b'tali mod li jaslu għand l-Istat Membru fi żmien 45 jum wara t-tmiem tal-perjodu ta' tnaqqis.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet għall-ħlas jkunu jistgħu jiġu sottomessi f'isem l-applikanti eliġibbli minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi rikonoxxuti. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħlas jingħadda b'mod sħiħ lil dawk l-applikanti eliġibbli li fil-fatt naqqsu l-kunsinni tal-ħalib tal-baqra taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
3. Sabiex tkun ammissibbli, applikazzjoni għall-ħlas għandha tinkludi:
|
(a) |
l-informazzjoni li ġejja fuq formola magħmula disponibbli mill-Istat Membru:
|
|
(b) |
id-dokumenti li jindikaw il-kwantità totali msemmija fil-punt (a)(ii); |
4. Il-ħlas tal-għajnuna għandu jsir ladarba l-Istati Membri jkunu kkontrollaw, b'konformità mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li t-tnaqqis fil-kunsinna tal-ħalib tal-baqra li għalih tkun qed titħallas l-għajnuna tal-Unjoni ikun fil-fatt seħħ skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-ħlas għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara t-tmiem tal-perjodu ta' tnaqqis, sakemm ma tkunx għaddejja inkjesta amministrattiva.
5. L-ammont tal-għajnuna għandu jkopri t-tnaqqis attwali fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra msemmi fil-punt (a)(iii) tal-paragrafu 3 għal kull applikant eliġibbli.
Fejn it-tnaqqis attwali fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra huwa ogħla mill-kwantità li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4, l-ammont tal-għajnuna għandu jikkorrispondi għal din il-kwantità (iktar 'il quddiem “il-kwantità awtorizzata”). Fejn it-tnaqqis attwali fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra huwa ta' 80 % jew aktar mill-kwantità awtorizzata, l-ammont tal-għajnuna għandu jikkorrispondi mal-livell ta' konsenja tal-ħalib tal-baqra msemmi fil-punt (a)(iii) tal-paragrafu 3, sakemm il-kwantità awtorizzata ma tinqabiżx. Fejn it-tnaqqis attwali fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra huwa ta' 50 % jew aktar iżda inqas minn 80 % tal-kwantità awtorizzata, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi multiplikat b'koeffiċjenti ta' 0,8. Fejn it-tnaqqis attwali fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra huwa ta' 20 % jew aktar iżda inqas minn 50 % tal-kwantità awtorizzata, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi multiplikat b'koeffiċjenti ta' 0,5. Fejn it-tnaqqis attwali fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra huwa ta' anqas minn 20 % tal-kwantità awtorizzata, l-ebda ammont tal-għajnuna ma għandu jitħallas.
6. In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-pagamenti skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-għajnuna mill-Unjoni jekk il-pagamenti relevanti jsiru sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2017.
Artikolu 6
Sat-8 ta' Marzu, il-5 ta' April, it-3 ta' Mejju u s-7 ta' Ġunju 2017 fl-16.00 (ħin ta' Brussell), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 dwar l-applikazzjonijiet ammissibbli għall-pagament riċevuti għall-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' perjodu ta' tnaqqis, rispettivament.
Artikolu 7
Sat-30 ta' Ġunju 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:
|
(a) |
in-numru ta' applikanti eliġibbli u l-volum totali attwali ta' tnaqqis fil-konsenja tal-ħalib tal-baqra koperti bl-applikazzjoni għall-għajnuna u l-applikazzjonijiet għal pagament riċevuti minn għandhom; |
|
(b) |
l-ammont aggregat tal-għajnuna tal-Unjoni li mistenni jitħallas. |
Artikolu 8
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 tal-11 ta' April 2016 li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 20).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 tal-11 ta' April 2016 li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet ta' kooperattivi u ta' tipi oħra ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib dwar l-ippjanar tal-produzzjoni (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 18).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1615 tat-8 ta' Settembru 2016 li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/559 fir-rigward tal-perjodu li fih huma awtorizzati ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ara l-paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).