|
25.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1415
tal-24 ta' Awwissu 2016
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Tepertős pogácsa (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Ungerija ppreżentat id-denominazzjoni “Tepertős pogácsa” bil-ħsieb li din tkun tista' tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 bir-riżerva tad-denominazzjoni. |
|
(2) |
Id-denominazzjoni “Tepertős pogácsa” kienet ġiet irreġistrata qabel (2) bħala speċjalità tradizzjonali garantita bla riżerva tad-denominazzjoni skont l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
(3) |
Il-Kummissoni eżaminat it-talba mressqa tad-denominazzjoni “Tepertős pogácsa” u sussegwentement ippubblikatha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(4) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Tepertős pogácsa” għandha tiddaħħal fir-reġistru bir-riżerva tad-denominazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'dan, id-denominazzjoni “Tepertős pogácsa” (STG) qed tiddaħħal fir-reġistru bir-riżerva tad-denominazzjoni.
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Tepertős pogácsa” għandha titqies li hi l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Tepertős pogácsa” bir-riżerva tad-denominazzjoni.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 2.3. ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (4).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1144/2013 tat-13 ta' Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Tepertős pogácsa (STG)) (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 17).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).