20.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1398

tad-19 ta' Awwissu 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern ta' qabel tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ entitajiet mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi, b'referenza għall-paragrafi 19 u 23 tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 qed jiġi b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 169 8.7.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 131/2011 (ĠU L 41, 15.2.2011, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 l-annotazzjonijiet li ġejjin jitħassru:

(a)

“65.

IRAQI OIL TANKERS COMPANY (alias IRAQI OIL TANKERS ENTERPRISE). Indirizz: P.O. Box 37, Basrah, l-Iraq.”

(b)

“171.

STATE OIL MARKETING ORGANISATION. Indirizz: Box 5118, Khanat Al-Jaysh, Bagdad, l-Iraq.”