|
18.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1388
tas-17 ta' Awwissu 2016
li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Konnessjoni tad-Domanda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(11) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-tlestija malajr ta' suq intern tal-enerġija li jiffunzjona b'mod sħiħ u li jkun kompletament interkonness hija kruċjali għaż-żamma tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, iż-żieda fil-kompetittività u l-iżgurar li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jixtru l-enerġija bi prezzijiet affordabbli. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji li jirregolaw l-aċċess għan-netwerk għal skambji transkonfinali fl-elettriku bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fl-elettriku. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jesiġi li l-Istati Membri jew, fejn ikunu pprovdew hekk l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji jiżguraw, inter alia, li jiġu żviluppati regoli tekniċi oġġettivi u nondiskriminatorji biex jiġu stabbiliti rekwiżi minimi għad-diżinjar tekniku kif ukoll operazzjonali għall-konnessjoni mas-sistema. Meta r-rekwiżiti jikkostitwixxu termini u kundizzjonijiet għall-konnessjoni man-netwerks nazzjonali, l-Artikolu 37(6) tal-istess Direttiva jesiġi li l-awtoritajiet regolatorji jerfgħu r-responsabbiltà biex jistabbilixxu jew japprovaw tal-anqas il-metodoloġiji li jintużaw biex dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jiġu kkalkulati jew stabbiliti. Sabiex tiġi pprovduta s-sigurtà fis-sistema interkonnessa tat-trażmissjoni, huwa essenzjali li jiġi stabbilit għarfien komuni dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja, applikabbli għall-faċilitajiet tad-domanda u s-sistemi tad-distribuzzjoni, inklużi sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa. Dawk ir-rekwiżiti li jikkontribwixxu għaż-żamma, il-preservazzjoni u r-restawr tas-sigurtà tas-sistema sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-elettriku ġewwa u bejn iż-żoni sinkroniċi, u biex jintlaħqu kosteffiċjenzi, għandhom jitqiesu bħala kwistjonijiet tan-netwerk transkonfinali u kwistjonijiet ta' integrazzjoni tas-suq. |
|
(3) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli armonizzati għall-faċilitajiet tad-domanda u għas-sistemi tad-distribuzzjoni sabiex jiġi pprovdut qafas legali ċar għall-konnessjonijiet mal-grilja, jiġi ffaċilitat il-kummerċ fl-elettriku madwar l-Unjoni, tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema, tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sorsi tal-elettriku rinnovabbli, tiżdied il-kompetizzjoni u jkun permess l-użu aktar effiċjenti tan-netwerk u r-riżorsi, għall-benefiċċju tal-konsumaturi. |
|
(4) |
Is-sigurtà tas-sistema ma tistax tiġi żgurata independentement mill-kapaċitajiet tekniċi għall-utenti kollha. Storikament, il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni kienu s-sinsla tal-forniment tal-kapaċità teknika. Madankollu, f'dan ir-rigward, il-faċilitajiet tad-domanda mistennija jieħdu rwol aktar ċentrali fil-ġejjieni. Il-koordinazzjoni regolari fil-livell tan-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif ukoll il-prestazzjoni adegwata tat-tagħmir konness man-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, b'robustezza adegwata biex tlaħħaq mad-disturbi u biex tgħin tipprevjeni kwalunkwe interruzzjoni maġġuri jew biex tiffaċilita r-restawr tas-sistema wara li din tikkollassa, huma prerekwiżiti fundamentali. |
|
(5) |
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkunsidraw il-kostijiet raġonevoli li effettivament jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistema fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament meta jistabbilixxu jew japprovaw it-tariffi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom jew meta japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet għall-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali skont l-Artikolu 37(1) u (6) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. |
|
(6) |
Sistemi tal-elettriku sinkroniċi differenti fl-Unjoni għandhom karatteristiċi differenti li jeħtieġ li jitqiesu meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-konnesjoni tad-domanda. Għalhekk huwa xieraq li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet reġjonali meta jiġu stabbiliti regoli dwar il-konnessjoni man-netwerk kif meħtieġ mill-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi pprovduta ċ-ċertezza regolatorja, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal faċilitajiet tad-domanda ġodda konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni ġodda u unitajiet tad-domanda ġodda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni (“TSOs”) rilevanti. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti użati jew li jistgħu jintużaw minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jipprovdu servizzi ta' rispons fin-naħa tad-domanda lil operaturi tas-sistema rilevanti u TSOs rilevanti. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament lanqas ma għandhom japplikaw għal faċilitajiet tad-domanda ġodda jew eżistenti konnessi fil-livell tad-distribuzzjoni sakemm ma jipprovdux servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti. Madankollu, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolamenti għandhom japplikaw fil-każ li l-awtorità regolatorja rilevanti jew l-Istat Membru jiddeċiedu mod ieħor abbażi ta' evoluzzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema u analiżi sħiħa tal-kostijiet u l-benefiċċji, jew fejn kien hemm modernizzar sostanzjali jew bdil tat-tagħmir li jolqot il-kapaċitajiet tekniċi ta' faċilità tad-domanda eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, sistema tad-distribuzzjoni eżistenti, jew unità tad-domanda eżistenti fi ħdan faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessa f'livell ta' vultaġġ ta' aktar minn 1 000 V. |
|
(8) |
Ir-rispons tad-domanda huwa strument importanti biex tiżdied il-flessibbiltà tas-suq intern tal-enerġija u biex in-netwerks ikunu jistgħu jintużaw bl-aqwa mod possibbli. Dan ir-rispons tad-domanda għandu jkun ibbażat fuq l-azzjonijiet tal-konsumaturi jew il-qbil tagħhom mal-fatt li parti terza tista' tieħu azzjoni f'isimhom. Sid ta' faċilità tad-domanda jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni magħluqa (“CDSO”) jistgħu joffru servizzi tar-rispons tad-domanda lis-suq kif ukoll lil operaturi tas-sistema għas-sigurtà tal-grilja. F'dan il-każ tal-aħħar, is-sid ta' faċlilità tad-domanda jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni magħluqa għandhom jiżguraw li l-unitajiet tad-domanda l-ġodda li jintużaw biex jipprovdu servizzi bħal dawn, jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, jew individwalment inkella kumplessivament bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda permezz ta' parti terza. F'dan ir-rigward, il-partijiet terzi għandhom rwol ċentrali fit-tlaqqigħ tal-kapaċitajiet tar-rispons tad-domanda u jistgħu jkollhom ir-responsabbiltà u l-obbligu li jiżguraw l-affidabbiltà ta' dawk is-servizzi, fejn dawk ir-responsabbiltajiet huma delegati mis-sid tal-faċilità tad-domanda jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni magħluqa. |
|
(9) |
Ir-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u trasparenza kif ukoll fuq il-prinċipju ta' ottimizzazzjoni bejn l-ogħla effiċjenza globali u l-kost totali l-aktar baxx għall-partijiet involuti kollha. It-TSOs u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni (“DSOs”) inkluż l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa (“CDSOs”) jistgħu jqisu dawk l-elementi meta jiddefinixxu r-rekwiżiti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament filwaqt li jirrikonoxxu li s-sollijiet li jiddeterminaw jekk sistema hijiex waħda tat-trażmissjoni jew waħda tad-distribuzzjoni huma stabbiliti fuq il-livell nazzjonali. |
|
(10) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għal faċilità tad-domanda konnessa ma' sistema tat-trażmissjoni għandhom jistipulaw il-kapaċitajiet fl-interfaċċja tagħha u r-risponsi awtomatizzati meħtieġa kif ukoll l-iskambju tad-dejta. Dawn ir-rekwiżiti għandhom l-għan li jiżguraw l-operabbiltà tas-sistema tat-trażmissjoni u l-kapaċità li r-rispons tal-ġenerazzjoni u tad-domanda integrat f'dawn in-netwerks jintuża fuq meded operazzjonali tas-sistema kif ukoll waqt avvenimenti kritiċi. |
|
(11) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għal sistema tad-distribuzzjoni konnessa ma' sistema tat-trażmissjoni jew sistema oħra tad-distribuzzjoni għandhom jistipulaw il-medda operazzjonali ta' dawn is-sistemi u r-risponsi awtomatizzati kif ukoll l-iskambju tad-dejta meħtieġa. Dawn ir-rekwiżiti jiżguraw l-iżvilupp effettiv u l-operabbiltà tas-sistema tat-trażmissjoni u l-kapaċità li r-rispons tal-ġenerazzjoni u tad-domanda integrat f'dawk in-netwerks jintuża fuq meded operazzjonali tas-sistema kif ukoll waqt avvenimenti kritiċi. |
|
(12) |
Ir-rekwiżiti applikabbli għal unità tad-domanda użata minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jiġu pprovduti servizzi ta' rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti għandhom jiżguraw li teżisti l-kapaċità li r-rispons tad-domanda jintuża fuq il-meded operazzjonali tas-sistema biex b'hekk jitnaqqsu kemm jista' jkun l-avvenimenti kritiċi. |
|
(13) |
Il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet marbuta mal-forniment tar-rispons tad-domanda għandhom jinżammu f'limiti raġjonevoli, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsumaturi domestiċi li se jkollhom rwol dejjem aktar importanti fit-tranżizzjoni lejn soċjetà ta' karbonju baxx — u l-adozzjoni tiegħu m'għandhiex tiġi mgħobbija għal xejn b'xejn b'kompiti amministrattivi. |
|
(14) |
Minħabba l-impatt transkonfinali tiegħu, dan ir-Regolament għandu jimmira li jinkisbu l-istess rekwiżiti marbuta mal-frekwenza għal-livelli ta' vultaġġ kollha, tal-anqas ġewwa l-istess żona sinkronika. Dan huwa meħtieġ peress li, f'żona sinkronika, bidla fil-frekwenza fi Stat Membru wieħed tħalli impatt immedjat fuq il-frekwenza u tista' tagħmel ħsara lit-tagħmir fl-Istati Membri l-oħra kollha. |
|
(15) |
Il-meded tal-vultaġġ għandhom jiġu kkoordinati bejn is-sistemi interkonnessi peress li huma kruċjali biex jiżguraw l-ippjanar u t-tħaddim ta' sistema tal-enerġija f'żona sinkronika. L-iskonnessjonijiet minħabba interruzzjonijiet tal-vultaġġ għandhom impatt fuq is-sistemi tal-viċinat. Jekk il-meded ta' vultaġġ ma jiġux speċifikati, dan jista' jwassal għal inċertezza mifruxa fl-ippjanar u t-tħaddim tas-sistema fir-rigward tat-tħaddim lil hinn mill-kundizzjonijiet ta' tħaddim normali. |
|
(16) |
Għandu jiddaħħal testjar xieraq u proporzjonat tal-konformità biex l-operaturi tas-sistema jkunu jistgħu jiżguraw is-sigurtà operazzjonali. F'konformità mal-Artikolu 37(1)(b) tad-Direttiva 2009/72/KE, l-awtoritajiet regolatorji huma responsabbli li jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi jikkonformaw ma' dan ir-Regolament |
|
(17) |
L-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri u l-operaturi tas-sistemi għandhom jiżguraw li, fil-proċess tal-iżvillupp u tal-approvazzjoni tar-rekwiżiti għall-konnessjoni man-netwerk, dawn ikunu armonizzati sal-massimu possibbli, sabiex tiġi żgurata integrazzjoni sħiħa tas-suq. Fl-iżvilupp tar-rekwiżiti tal-konnessjonijiet għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-istandards tekniċi stabbiliti. |
|
(18) |
L-operaturi tas-sistemi m'għandhomx jispeċifikaw rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir jekk dawn ixekklu l-moviment liberu tal-oġġetti fis-suq intern. Fejn l-operaturi tas-sistemi jagħmlu speċifikazzjonijiet tekniċi li jirriżultaw f'rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir, l-Istat Membru rispettiv għandu jsegwi l-proċedura msemmija fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(19) |
F'dan ir-Regolament għandu jiġi stabbilit proċess għal derogar mir-regoli sabiex jitqiesu ċirkostanzi lokali fejn eċċezzjonalment, pereżempju, il-konformità ma' dawn ir-regoli tista' tpoġġi f'periklu l-istabbiltà tan-netwerk lokali jew fejn it-tħaddim sigur ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, sistema tad-distribuzzjoni jew unità tad-domanda użata minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistema rilevanti u TSOs rilevanti jista' jkun jeħtieġ kundizzjonijiet ta' tħaddim li mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
|
(20) |
Soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti, jew awtorità oħra fejn applikabbli fi Stat Membru, is-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda u operaturi tas-sistemi rilevanti għandhom jitħallew jipproponu derogi għal ċerti klassijiet ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni u unitajiet tad-domanda użati minn faċilitajiet tad-domanda jew sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti. |
|
(21) |
Skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72/KE, f'ċerti ċirkostanzi l-Istati Membri jistgħu jipprevedu għall-klassifikazzjoni ta' sistema li tiddistribwixxi l-elettriku bħala sistema tad-distribuzzjoni magħluqa. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa meta l-Istati Membri jkunu pprevedew dan skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72/KE. |
|
(22) |
Dan ir-Regolament ġie adottat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 li jissupplimentah u li jifforma parti integrali minnu. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 714/2009 f'atti legali oħrajn għandhom jinftiehmu li jirreferu wkoll għal dan ir-Regolament. |
|
(23) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk li jistipula r-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja ta':
|
(a) |
faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni; |
|
(b) |
faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni; |
|
(c) |
sistemi tad-distribuzzjoni, inklużi sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa; |
|
(d) |
unitajiet tad-domanda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jiġu pprovduti servizzi ta' rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti. |
2. Għalhekk, dan ir-Regolament jgħin biex jiġu mħarsal-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-elettriku, biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema u l-integrazzjoni tas-sorsi tal-elettriku rinnovabbli, u biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fl-elettriku madwar l-Unjoni kollha.
3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi biex jiġi żgurat li l-operaturi tas-sistema jużaw b'mod xieraq il-kapaċitajiet tal-faċilitajiet tad-domanda u s-sistemi tad-distribuzzjoni b'mod trasparenti u nondiskriminatorju biex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni kollha.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 (5), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 (6), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 (7), u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“faċilità tad-domanda” tfisser faċilità li tikkonsma l-enerġija elettrika u li hija konnessa f'punt ta' konnessjoni wieħed jew aktar mas-sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni. Sistema tad-distribuzzjoni u/jew provvisti awżiljarji ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ma jikkostitwux faċilità tad-domanda; |
|
(2) |
“faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni” tfisser faċilità tad-domanda li għandha punt ta' konnessjoni ma' sistema tat-trażmissjoni; |
|
(3) |
“faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni” tfisser konnessjoni tas-sistema tad-distribuzzjoni jew l-impjant tal-elettriku u tagħmir tal-elettriku użati fil-punt ta' konnessjoni mas-sistema tat-trażmissjoni; |
|
(4) |
“unità tad-domanda” tfisser sett indiviżibbli ta' installazzjonijiet li jkun fihom apparat li jista' jiġi kkontrollat b'mod attiv minn sid ta' faċilità tad-domanda jew minn CDSO, jew individwalment inkella fuq bażi komuni, bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda permezz ta' parti terza; |
|
(5) |
“sistema tat-trażmissjoni magħluqa” tfisser sistema tad-distribuzzjoni, kklassifikata skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72/KE, bħala sistema tad-distribuzzjoni magħluqa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta dan ikun previst mill-Istat Membru, li tiddistribwixxi l-elettriku ġewwa sit industrijali, kummerċjali jew ta' servizzi kondiviżi li jkollu konfini ġeografiċi u li ma tipprovdix lil klijenti fi djar, mingħajr preġudizzju għall-użu inċidentali minn numru żgħir ta' djar li jkunu jinsabu fiż-żona moqdija mis-sistema u li jkollhom impjiegi jew assoċjazzjonijiet simili mas-sid tas-sistema; |
|
(6) |
“apparat tad-domanda ewlieni” tfisser għallinqas wieħed minn dawn l-apparati li ġejjin: muturi, trasformaturi, apparat ta' vultaġġ għoli fil-punt ta' konnessjoni u fl-impjant tal-proċess ta' produzzjoni; |
|
(7) |
“sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni” tfisser sistema tad-distribuzzjoni konnessa ma' sistema tat-trażmissjoni, bl-inklużjoni ta' faċilitjiaet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni; |
|
(8) |
“kapaċità massima tal-importazzjoni” tfisser il-potenza attiva kontinwa massima li faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, jew faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tista' tikkonsma min-netwerk fil-punt ta' konnessjoni kif speċifikat fil-ftehim ta' konnessjoni jew kif miftiehem bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għad-domanda, rispettivament; |
|
(9) |
“kapaċità massima tal-esportazzjoni” tfisser il-potenza attiva kontinwa massima li faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, jew faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tista' tittrażmetti lin-netwerk fil-punt ta' konnessjoni kif speċifikat fil-ftehim ta' konnessjoni jew kif miftiehem bejn l-operatur tas-sistema rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għad-domanda, rispettivament; |
|
(10) |
“skonnessjoni tad-domanda ta' frekwenza baxxa” tfisser azzjoni fejn id-domanda tiġi skonnessa matul avveniment ta' frekwenza baxxa sabiex jiġi rkuprat il-bilanċ bejn id-domanda u l-ġenerazzjoni u tiġi rrestawrata l-frekwenza tas-sistema għal limiti aċċettabbli; |
|
(11) |
“skonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx” tfisser azzjoni ta' restawr meta d-domanda tiġi skonnessa matul avveniment ta' vultaġġ baxx sabiex il-vultaġġ jirkupra u jittella' għal limiti aċċettabbli; |
|
(12) |
“kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija” tfisser apparat biex jinbidel il-punt ta' kuntatt ta' koljatura, li jista' jitħaddem waqt li t-trasformatur huwa enerġizzat jew mgħobbi; |
|
(13) |
“imblokkar tal-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija” tfisser azzjoni li timblokka l-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija matul avveniment ta' vultaġġ baxx biex it-trasformaturi jitwaqqfu milli jkomplu jagħmlu kuntatt u jillimitaw il-vultaġġi f'żona partikolari; |
|
(14) |
“kamra ta' kontroll” tfisser iċ-ċentru tal-operazzjoni ċentralizzat ta' operatur ta' sistema rilevanti; |
|
(15) |
“tagħbija fi blokka” tfisser il-grad massimu ta' tagħbija ta' potenza attiva tad-domanda rikonnessa matul ir-restawr tas-sistema wara black-out; |
|
(16) |
“kontroll tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda” tfisser domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa li hija disponibbli għall-modulazzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, li tirriżulta f'modifika tal-potenza attiva; |
|
(17) |
“kontroll tal-potenza reattiva b'rispons tad-domanda” tfisser potenza reattiva jew tagħmir ta' kumpens tal-potenza reattiva ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa li huma disponibbli għall-modulazzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti; |
|
(18) |
“ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni bħala rispons tad-domanda” tfisser domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa li hija disponibbli għall-modulazzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti għall-ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni fis-sistema; |
|
(19) |
“aggregazzjoni tad-domanda” tfisser sett ta' faċilitajiet tad-domanda jew sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa li jistgħu joperaw bħala faċilità waħda biex joffru servizz wieħed jew aktar tar-rispons tad-domanda; |
|
(20) |
“kontroll tal-frekwenza tas-sistema bħala rispons tad-domanda” tfisser domanda, ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa, li hija disponibbli għat-tnaqqis jew żieda fir-rispons għal varjazzjonijiet fil-frekwenza, magħmula permezz ta' rispons awtonomu mill-faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jitnaqqsu dawn il-varjazzjonijiet; |
|
(21) |
“kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva bħala rispons tad-domanda” tfisser domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa li tista' tiġi modulata b'rapidità kbira b'rispons għal devjazzjoni fil-frekwenza li tirriżulta f'modifika rapida ħafna tal-potenza attiva; |
|
(22) |
“dokument tal-unità tar-rispons tad-domanda” (DRUD) tfisser dokument maħruġ minn sid ta' faċilità tad-domanda jew is-CDSO lill-operatur tas-sistema rilevanti għal unitajiet tad-domanda b'rispons tad-domanda u konnessi b'livell ta' vultaġġ ogħla minn 1 000 V, li jikkonferma l-konformità tal-unità tad-domanda mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f'dan ir-Regolament u li jipprovdi d-dejta u d-dikjarazzjonijiet meħtieġa, inkluż dikjarazzjoni ta' konformità. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Ir-rekwiżiti ta' konnessjoni stipulati f'dan ir-Regolament japplikaw għal:
|
(a) |
faċilitajiet tad-domanda ġodda konnessi għat-trażmissjoni; |
|
(b) |
faċilitajiet tad-distribuzzjoni ġodda konnessi għat-trażmissjoni; |
|
(c) |
sistemi tad-distribuzzjoni ġodda, inklużi sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa ġodda; |
|
(d) |
unitajiet tad-domanda ġodda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jiġu pprovduti servizzi ta' rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti jew TSOs rilevanti. |
L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jirrifjuta li jippermetti l-konnessjoni ta' faċilità tad-domanda ġdida konnessa għat-trażmissjoni, sistema tad-distribuzzjoni ġdida konnessa għat-trażmissjoni, jew sistema tad-distribuzzjoni ġdida, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u li mhumiex koperti minn deroga maħruġa mill-awtorità regolatorja, jew awtorità oħra, fejn applikabbli, fi Stat Membru skont l-Artikolu 50. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jikkomunika tali rifjut, permezz ta' dikjarazzjoni ġustifikata bil-miktub, lis-sid ta' faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO, u, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-awtorità regolatorja, lill-awtorità regolatorja.
Abbażi tal-monitoraġġ tal-konformità skont it-Titolu III, it-TSO rilevanti għandu jirrifjuta servizzi tar-rispons tad-domanda soġġetti għall-Artikolu 27 sa 30 minn unitajiet ġodda tad-domanda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
|
(a) |
faċilitajiet tad-domanda u sistemi tad-distribuzzjoni konnessi mas-sistema tat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni u partijiet mis-sistema tat-trażmissjoni jew sistemi tad-distribuzzjoni ta' gżejjer ta' Stati Membri, li s-sistemi tagħhom ma jitħaddmux sinkronikament jew maż-żona sinkronika tal-Ewropa Kontinentali, tal-Gran Brittanja, dik Nordika, tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq inkella dik tal-Baltiku; |
|
(b) |
apparati tal-ħżin minbarra moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'akkumulazzjoni ppompjata skont l-Artikolu 5(2). |
3. Fil-każ ta' faċilitajiet tad-domanda jew sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa b'aktar minn unità waħda tad-domanda, dawn l-unitajiet tad-domanda għandhom jitqiesu flimkien bħala unità tad-domanda waħda jekk ma jkunux jistgħu jitħaddmu b'mod indipendenti minn xulxin jew jistgħu raġjonevolment jitqiesu b'mod ikkombinat.
Artikolu 4
Applikazzjoni għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti użati għall-forniment ta' servizzi tar-rispons tad-domanda
1. Faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jiġu pprovduti servizzi ta' rispons fin-naħa tad-domanda lil operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, ħlief fejn:
|
(a) |
faċilità tad-domanda eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, sistema tad-distribuzzjoni eżistenti, jew unità tad-domanda eżistenti fi ħdan faċilità tad-domanda b'livell ta' vultaġġ ogħla minn 1 000 V jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessa b'livell ta' vultaġġ ogħla minn 1 000 V, tkun ġiet modifikata sa tali punt li l-ftehim ta' konnessjoni tagħha jkollu jiġi rivedut b'mod sostanzjali skont il-proċedura li ġejja:
|
|
(b) |
awtorità regolatorja jew, fejn applikabbli, Stat Membru jiddeċiedu li faċilità tad-domanda eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, sistema tad-distribuzzjoni eżistenti jew unità tad-domanda eżistenti għandha ssir soġġetta għar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament jew għal xi wħud minnhom, wara proposta mit-TSO rilevanti skont il-paragrafi 3, 4 u 5. |
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, faċilità tad-domanda eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni eżistenti konnessa għat-trażmissjoni, sistema tad-distribuzzjoni jew unità tad-domanda li tintuża jew li tista' tintuża minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex tipprovdi servizzi tar-rispons tad-domanda lil operatur ta' sistema rilevanti jew TSO rilevanti, jitqiesu bħala eżistenti meta:
|
(a) |
diġà jkunu konnessi man-netwerk fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; jew |
|
(b) |
is-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO, jew is-CDSO jkunu kkonkludew kuntratt finali u vinkolanti għax-xiri tat-tagħmir tad-domanda ewlieni jew l-unità tad-domanda sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Is-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO, jew is-CDSO għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema rilevanti u t-TSO rilevanti dwar il-konklużjoni tal-kuntratt fi żmien 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. |
In-notifika mressqa mis-sid ta' faċilità tad-domanda, id-DSO, jew is-CDSO lill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO għandha tal-anqas tindika t-titolu tal-kuntratt, id-data tal-firma u d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir tad-domanda ewlieni jew l-unità tad-domanda li għandhom jinbnew, jintramaw jew jinxtraw.
Stat Membru jista' jistipula li f'ċirkostanzi speċifikati, l-awtorità regolatorja tista' tiddetermina jekk il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, is-sistema tad-distribuzzjoni jew l-unità tad-domanda għandhomx jitqiesu bħala ġodda inkella eżistenti.
3. Wara konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 9 u sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fattwali sinifikanti fiċ-ċirkostanzi, bħall-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema inkluż id-dħul ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, grilji intelliġenti, ġenerazzjoni distribwita jew rispons tad-domanda, it-TSO rilevanti jista' jipproponi lill-awtorità regolatorja kkonċernata, jew meta jkun applikabbli, lill-Istat Membru biex jestendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti jew unitajiet tad-domanda eżistenti użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operatur ta' sistema rilevanti jew TSO rilevanti.
Għal dan il-għan, għandha titwettaq analiżi kwantitattiva tal-kostijiet-benefiċċji, affidabbli u trasparenti, skont l-Artikoli 48 u 49. L-analiżi għandha tindika:
|
(a) |
il-kostijiet fir-rigward ta' faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti, marbuta mal-ħtiġijiet ta' konformità ma' dan ir-Regolament; |
|
(b) |
il-benefiċċju soċjoekonomiku li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament; u |
|
(c) |
il-potenzjal ta' miżuri alternattivi biex tintlaħaq il-prestazzjoni meħtieġa. |
4. Qabel ma jwettaq l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji kwantitattiva msemmija fil-paragrafu 3, it-TSO rilevanti għandu:
|
(a) |
iwettaq paragun kwalitattiv preliminari tal-kostijiet u l-benefiċċji; |
|
(b) |
jikseb approvazzjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru. |
5. L-awtorità regolatorja rilevanti jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru, jistgħu jiddeċiedu dwar l-estensjoni tal-applikabilità ta' dan ir-Regolament għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti jew unitajiet tad-domanda eżistenti, fi żmien sitt xhur mill-wasla tar-rapport u r-rakkomandazzjoni tat-TSO rilevanti skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 48. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja jew, fejn applikabbli, tal-Istat Membru, għandha tiġi ppubblikata.
6. It-TSO rilevanti għandu jqis l-istennijiet leġittimi tas-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda, id-DSOs u s-CDSOs bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti jew unitajiet tad-domanda eżistenti.
7. Kull tliet snin, it-TSO rilevanti jista' jivvaluta l-applikazzjoni ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jew kollha kemm huma, għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti jew unitajiet tad-domanda eżistenti, f'konformità mar-rekwiżiti u l-proċess stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 5.
Artikolu 5
L-applikazzjoni għal moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'akkumulazzjoni ppompjata u siti industrijali
1. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'akkumulazzjoni ppompjata li għandhom modalità tat-tħaddim kemm tal-ġenerazzjoni kif ukoll tal-ippumpjar.
2. Kwalunkwe modulu tal-ippumpjar ġewwa stazzjon tal-akkumulazzjoni ppumpjata li jipprovdi biss l-ippumpjar, għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għandu jitqies bħala faċilità tad-domanda.
3. Fil-każ ta' siti industrijali b'modulu integrat tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-operatur tas-sistema ta' sit industrijali, sid il-faċilità tad-domanda, sid il-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-operatur tas-sistema rilevanti li mas-sistema tiegħu jkun konness is-sit industrijali, jista' jaqbel, f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti dwar kundizzjonijiet għall-iskonnessjoni ta' tagħbijiet kritiċi mis-sistema rilevanti. L-għan tal-ftehim għandu jkun li jiġu ggarantiti l-proċessi tal-produzzjoni tas-sit industrijali f'każ ta' kundizzjonijiet imxekkla fis-sistema rilevanti.
Artikolu 6
Aspetti regolatorji
1. Rekwiżiti ta' applikazzjoni ġenerali li għandhom jiġu stabbiliti minn operaturi tas-sistemi rilevanti jew TSOs f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-entità ddeżinjata mill-Istat Membru, u għandhom jiġu ppubblikati. L-entità ddeżinjata għandha tkun l-awtorità regolatorja sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor mill-Istat Membru.
2. Għal rekwiżiti speċifiċi għas-sit, li għandhom jiġu stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi rilevanti jew it-TSOs, f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jesiġu l-approvazzjoni minn entità ddeżinjata.
3. Meta jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri, l-entitajiet kompetenti u l-operaturi tas-sistemi għandhom:
|
(a) |
japplikaw il-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni; |
|
(b) |
jiżguraw it-trasparenza; |
|
(c) |
japplikaw il-prinċipju ta' ottimizzazzjoni bejn l-ogħla effiċjenza globali u l-kostijiet totali l-aktar baxxi għall-partijiet kollha involuti; |
|
(d) |
jirrispettaw ir-responsabbiltà assenjata lit-TSO rilevanti sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema, inkluż kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
(e) |
jikkonsultaw mad-DSOs rilevanti u jqisu l-impatti potenzjali fuq is-sistema tagħhom; |
|
(f) |
iqisu l-istandards Ewropej u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ntlaħaq qbil dwarhom. |
4. L-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO għandu jressaq proposta għar-rekwiżiti ta' applikazzjoni ġenerali, jew il-metodoloġija użata biex dawn jiġu kkalkulati jew stabbiliti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja kompetenti fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
5. Fejn dan ir-Regolament jesiġi li l-operatur tas-sistema rilevanti, it-TSO rilevanti, is-sid ta' faċilità tad-domanda, sid il-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, id-DSO u/jew is-CDSO jilħqu qbil, dawn għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex dan isir fi żmien sitt xhur minn meta l-ewwel proposta tkun tressqet minn parti waħda quddiem il-partijiet l-oħra. Jekk ma jintlaħaq l-ebda qbil f'dan iż-żmien, kull parti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità regolatorja rilevanti biex din toħroġ deċiżjoni fi żmien sitt xhur.
6. L-entitajiet kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-proposti għar-rekwiżiti jew il-metodoloġiji fi żmien sitt xhur minn meta jaslu proposti bħal dawn.
7. Jekk l-operatur tas-sistema jew it-TSO rilevanti jqis li hemm il-ħtieġa ta' emenda għar-rekwiżiti jew għall-metodoloġiji kif previst u approvat skont il-paragrafi 1 u 2, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 3 sa 8 għandhom japplikaw għall-emenda proposta. L-operaturi tas-sistemi u t-TSOs li jipproponu emenda għandhom iqisu l-aspettattivi leġittimi, jekk jeżistu, tas-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda, tad-DSOs, tas-CDSOs, tal-manifatturi tal-apparati jew ta' partijiet ikkonċernati oħra, abbażi tar-rekwiżiti jew metodoloġiji speċifikati jew maqbula inizjalment.
8. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur ta' sistema rilevanti jew TSO fir-rigward tal-obbligi ta' dak l-operatur ta' sistema rilevanti jew tat-TSO skont dan ir-Regolament tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, fir-rwol tagħha bħala awtorità li ssolvi t-tilwim, għandha toħroġ deċiżjoni fi żmien xahrejn wara l-wasla tal-ilment. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn oħra meta tkun qiegħda tintalab informazzjoni addizzjonali mill-awtorità regolatorja. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja għandha jkollha effett vinkolanti sakemm ma tiġix revokata b'appell.
9. Meta r-rekwiżiti, skont dan ir-Regolament, ikollhom jiġu stabbiliti minn operatur ta' sistema rilevanti li mhuwiex TSO, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li minflok, it-TSO jkun responsabbli għall-istabbiliment tar-rekwiżiti rilevanti.
Artikolu 7
TSOs multipli
1. Fejn jeżisti akar minn TSO wieħed fi Stat Membru, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk it-TSOs kollha.
2. L-Istati Membri, skont ir-reġim regolatorju nazzjonali, jistgħu jipprovdu li r-responsabbiltà tat-TSO biex jikkonforma ma' xi obbligu wieħed jew aktar inkella l-obbligi kollha skont dan ir-Regolament tiġi assenjata lil TSO speċifiku wieħed jew aktar.
Artikolu 8
Irkupru tal-kostijiet
1. Il-kostijiet imġarrba mill-operaturi tas-sistema soġġetti għar-Regolament dwar it-tariffi tan-netwerk u li jirriżultaw mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. Kostijiet li jiġu stmati bħala raġonevoli, effiċjenti u proporzjonati għandhom jiġu rkuprati permezz ta' tariffi tan-netwerk jew permezz ta' mekkaniżmi xierqa oħra.
2. Jekk jintalbu mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-operaturi tas-sistema msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom, fi żmien tliet xhur mit-talba, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi faċilitata l-valutazzjoni tal-kostijiet imġarrba.
Artikolu 9
Konsultazzjoni pubblika
1. Operaturi tas-sistema rilevanti u TSOs rilevanti għandhom jagħmlu eżerċizzju ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru, dwar:
|
(a) |
proposti biex l-applikabilità ta' dan ir-Regolament tiġi estiża għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitjiaet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti skont l-Artikolu 4(3); |
|
(b) |
ir-rapport imħejji skont l-Artikolu 48(3); |
|
(c) |
l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji magħmula skont l-Artikolu 53(2); |
|
(d) |
ir-rekwiżiti għall-unitajiet tad-domanda speċifikati skont l-Artikolu 28(2)(c),(e),(f),(k) u (l) u l-Artikolu 29(2)(c) sa (e). |
Il-konsultazzjoni għandha ddum mill-inqas għal perjodu ta' xahar.
2. L-operaturi tas-sistema rilevanti jew it-TSOs rilevanti għandhom iqisu kif xieraq, il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati li jirriżultaw mill-konsultazzjonijiet, qabel ma jippreżentaw l-abbozz tal-proposta, ir-rapport, l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji jew ir-rekwiżiti għall-unitajiet tad-domanda għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, entità kompetenti jew, jekk applikabbli, l-Istat Membru. F'kull każ, ġustifikazzjoni soda għall-inklużjoni jew le tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati għandha tiġi pprovduta u ppublikata f'waqtha, qabel jew fl-istess ħin mal-pubblikazzjoni tal-proposta, ir-rapport, l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji jew ir-rekwiżiti għall-unitajiet tad-domanda speċifikati f'konformità mal-Artikolu 28 u l-Artikolu 29.
Artikolu 10
Involviment tal-partijiet ikkonċernati
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija), f'kooperazzjoni mill-qrib man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (l-ENTSO għall-Elettriku), għandha torganizza l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fir-rigward tar-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni u unitajiet tad-domanda użati minn faċilitajiet tad-domanda jew sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti, u aspetti oħra marbuta mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu identifikati l-problemi u jiġi propost titjib, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni u unitajiet tad-domanda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lill-operaturi tas-sistemi rilevanti u t-TSOs rilevanti.
Artikolu 11
Obbligi ta' kunfidenzjalità
1. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament tiġi soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. L-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għall-persuni, l-awtoritajiet regolatorji jew l-entitajiet kollha soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
3. Informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand il-persuni, awtoritajiet regolatorji jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom ma tista tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi nazzjonali, id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament, jew liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni.
4. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, l-awtoritajiet regolatorji, entitajiet jew persuni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss għall-finijiet tal-qadi tad-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.
TITOLU II
IL-KONNESSJONI TA' FAĊILITAJIET TAD-DOMANDA KONNESSI GĦAT-TRAŻMISSJONI, FAĊILITAJIET TAD-DISTRIBUZZJONI KONNESSI GĦAT-TRAŻMISSJONI U SISTEMI TAD-DISTRIBUZZJONI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 12
Rekwiżiti ġenerali tal-frekwenza
1. Il-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, il-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom ikunu kapaċi jibqgħu konnessi man-netwerk u jaħdmu fil-meded ta' frekwenzi u l-perjodi ta' ħin speċifikati fl-Anness I.
2. Is-sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew id-DSO jistgħu jaqblu mat-TSO rilevanti, dwar meded ta' frekwenzi usa' jew perjodi minimi itwal għat-tħaddim. Jekk meded ta' frekwenzi usa' jew ħinijiet minimi itwal għat-tħaddim ikunu teknikament fattibbli, il-kunsens tas-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew tad-DSO m'għandux jinżamm mingħajr raġuni valida.
Artikolu 13
Rekwiżiti ġenerali tal-vultaġġ
1. Il-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, il-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni għandhom ikunu kapaċi jibqgħu konnessi man-netwerk u jaħdmu fil-meded ta' vultaġġi u l-perjodi ta' ħin speċifikati fl-Anness II.
2. Apparat tas-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi bl-istess vultaġġ bħall-vultaġġ tal-punt ta' konnessjoni mas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkun kapaċi jibqa' konness man-netwerk kif ukoll jaħdem fil-meded ta' vultaġġi u l-perjodi ta' ħin speċifikati fl-Annness II.
3. Il-medda ta' vultaġġi fil-punt ta' konnessjoni għandha tiġi espressa bħala l-vultaġġ fil-punt ta' konnessjoni meta mqabbel mal-vultaġġ ta' referenza ta' 1 kull unità (pu). Għal-livell ta' vultaġġ tal-grilja ta' 400 kV (jew kif inkella jissejjaħ is-soltu livell ta' 380 kV) il-valur ta' referenza ta' 1 pu huwa ta' 400 kV, għal livelli ta' vultaġġ tal-grilja oħra, il-vultaġġ ta' referenza ta' 1 pu jista' jkun differenti għal kull operatur tas-sistema fl-istess żona sinkronika.
4. Jekk tal-vultaġġ bażi għall-valuri pu jkun bejn 300 kV u 400 kV, it-TSO rilevanti fi Spanja jista' jesiġi li l-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, il-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni jibqgħu konnessi fil-medda ta' vultaġġ bejn 1,05 pu u -1,0875 pu għal perjodu bla limitu.
5. Jekk il-vultaġġ bażi għall-valuri pu jkun 400 kV, it-TSOs rilevanti fiż-żona sinkronika tal-Baltiku jistgħu jesiġu li l-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, il-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni jibqgħu konnessi man-netwerk ta' 400 kV fil-meded ta' vultaġġ u għall-perjodi ta' ħin li japplikaw għaż-żona sinkronika tal-Ewropa Kontinentali.
6. Jekk it-TSO rilevanti jesiġi hekk, faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom ikunu kapaċi jiskonnettjaw awtomatikament f'vultaġġi speċifiċi. Għandu jintlaħaq qbil dwar it-termini u l-konfigurazzjonijiet għall-iskonnessjoni awtomatika bejn it-TSO rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew id-DSO.
7. Fir-rigward tas-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni b'vultaġġ taħt il-110 kV fil-punt ta' konnessjoni, it-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-medda ta' vultaġġi fil-punt ta' konnessjoni, li s-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi ma' dik is-sistema tat-trażmissjoni għandhom ikunu kapaċi jifilħu għaliha. Id-DSOs għandhom jiddisinjaw il-kapaċità tal-apparat tagħhom konness bl-istess vultaġġ bħall-vultaġġ tal-punt ta' konnessjoni mas-sistema tat-trażmissjoni, biex jikkonforma ma' din il-medda ta' vultaġġi.
Artikolu 14
Rekwiżiti marbuta max-xortijiet fiċ-ċirkwit
1. It-TSO rilevanti, abbażi tal-kapaċità nominali ta' tolleranza għal xortijiet fiċ-ċirkwit tal-elementi tan-netwerk ta' trażmissjoni tiegħu, għandu jispeċifika l-kurrent massimu ta' xort fiċ-ċirkwit fil-punt ta' konnessjoni li l-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom ikunu kapaċi jifilħu għalih.
2. It-TSO rilevanti għandu jipprovdi lil sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, estimi tal-kurrenti minimi u massimi li wieħed jista' jistenna fil-punt ta' konnessjoni bħala ekwivalenti tan-netwerk.
3. Wara avveniment mhux ippjanat, it-TSO rilevanti għandu jinforma lis-sid tal-faċilità tad-domanda milquta, konnessa għat-trażmissjoni, jew lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni milquta, konnessa għat-trażmissjoni, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-avveniment mhux ippjanat, dwar it-tibdiliet 'il fuq mis-soll tal-kurrent massimu ta' xort fiċ-ċirkwit li l-faċilità tad-domanda milquta, konnessa għat-trażmissjoni, jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni milquta, konnessa għat-trażmissjoni, għandhom ikunu kapaċi jifilħu għaliha min-netwerk tat-TSO rilevanti skont il-paragrafu 1.
4. Is-soll stipulat fil-paragrafu 3 għandu jiġi speċifikat minn sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni għall-faċilità tiegħu, jew mill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għan-netwerk tiegħu.
5. Qabel avveniment ippjanat, it-TSO rilevanti għandu jinforma lis-sid tal-faċilità tad-domanda milquta, konnessa għat-trażmissjoni, jew lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni milquta, konnessa għat-trażmissjoni, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-avveniment ippjanat, dwar it-tibdiliet 'il fuq mis-soll tal-kurrent massimu ta' xort fiċ-ċirkwit li s-sid tal-faċilità tad-domanda milquta, konnessa għat-trażmissjoni, jew lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni milquta, konnessa għat-trażmissjoni, għandhom ikunu kapaċi jifilħu għaliha min-netwerk tat-TSO rilevanti skont il-paragrafu 1.
6. Is-soll stipulat fil-paragrafu 5 għandu jiġi speċifikat minn sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni għall-faċilità tiegħu, jew mill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għan-netwerk tiegħu.
7. It-TSO rilevanti għandu jitlob informazzjoni minn sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni dwar il-kontribuzzjonijiet f'termini ta' kurrent ta' xort fiċ-ċirkwit minn dik il-faċilità jew dak in-netwerk. Bħala minimu, il-moduli ekwivalenti tan-netwerk għandhom jitwasslu u jintwerew għal sekwenzi żero, sekwenzi pożittivi u sekwenzi negattivi.
8. Wara avveniment mhux ippjanat, is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jinfurmaw lit-TSO rilevanti malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-avveniment mhux ippjanat, bil-bidliet fil-kontribuzzjoni 'l fuq mis-soll stabbilit mit-TSO rilevanti.
9. Qabel avveniment mhux ippjanat, is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jinfurmaw lit-TSO rilevanti malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard minn ġimgħa qabel l-avveniment mhux ippjanat, bil-bidliet fil-kontribuzzjoni 'l fuq mis-soll stabbilit mit-TSO rilevanti.
Artikolu 15
Rekwiżiti tal-potenza reattiva
1. Il-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni għandhom ikunu kapaċi jżommu t-tħaddim fi stat stabbli fil-punt ta' konnessjoni f'medda ta' potenza reattiva speċifikata mit-TSO rilevanti f'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
għal faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, il-medda reali ta' potenza reattiva speċifikata mit-TSO rilevanti għall-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-potenza reattiva m'għandhiex tkun usa' minn 48 fil-mija (fattur ta' potenza ta' 0,9) tal-kapaċità massima tagħhom tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni, skont liema tkun l-ogħla, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn il-benefiċċji tekniċi jew finanzjarji għas-sistema jintwerew minn sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni u dawn jiġu aċċettati mit-TSO rilevanti; |
|
(b) |
għal sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, il-medda ta' potenza reattiva reali speċifikata mit-TSO rilevanti għall-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-potenza reattiva m'għandhiex tkun usa minn:
ħlief f'sitwazzjonijiet fejn it-TSO u l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jipprovdu benefiċċji tekniċi jew finanzjarji għas-sistema permezz ta' analiżi konġunta; |
|
(c) |
it-TSO rilevanti u l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu dwar l-ambitu tal-analiżi, li għandha tindirizza s-soluzzjonijiet possibbli u tiddetermina l-aqwa soluzzjoni għall-iskambju tal-potenza reattiva bejn is-sistemi tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema, l-istruttura varjabbli tal-iskambju tal-potenza, il-flussi bidirezzjonali u l-kapaċitajiet tal-potenza reattiva fis-sistema tad-distribuzzjoni; |
|
(d) |
it-TSO rilevanti jista' jistabbilixxi l-użu tal-metrika minbarra l-fattur tal-potenza sabiex jistabilixxi meded ekwivalenti tal-kapaċità tal-potenza reattiva; |
|
(e) |
il-valuri tar-rekwiżit tal-medda tal-potenza reattiva għandhom jiġu ssodisfati fil-punt ta' konnessjoni; |
|
(f) |
b'deroga mill-punt (e), fejn punt ta' konnessjoni huwa komuni għal modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u faċilità tad-domanda, rekwiżiti ekwivalenti għandhom jiġu ssodisfati fil-punt definit fil-ftehimiet rilevanti jew il-liġi nazzjonali. |
2. It-TSO rilevanti jista' jesiġi li s-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni jkollhom il-kapaċità li fil-punt ta' konnessjoni ma jesportawx il-potenza reattiva (f'vultaġġ ta' referenza ta' 1 pu) bi fluss tal-potenza attiva li jkun inqas minn 25 % tal-kapaċità massima tal-importazzjoni. Fejn applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li t-TSO rilevanti jiġġustifika t-talba tiegħu permezz ta' analiżi konġunta mal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnesa għat-trażmissjoni. Jekk dan ir-rekwiżit ma jkunx ġustifikat abbażi tal-analiżi konġunta, it-TSO rilevanti u l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu dwar ir-rekwiżiti meħtieġa skont l-eżitu tal-analiżi konġunta.
3. Bla ħsara għall-punt (b) tal-paragrafu 1, it-TSO rilevanti jista' jesiġi li s-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni tikkontrolla attivament l-iskambju tal-potenza reattiva fil-punt ta' konnessjoni għall-benefiċċju tas-sistema kollha. It-TSO rilevanti u l-operatur tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu li jwettqu dan il-kontroll, sabiex jiżguraw il-livell ġustifikat ta' sigurtà tal-provvista għaż-żewġ partijiet. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi pjan direzzjonali li fih ikunu speċifikati l-passi u l-iskeda ta' żmien biex ir-rekwiżit jiġi ssodisfat.
4. F'konformità mal-paragrafu 3, l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jista' jesiġi li t-TSO rilevanti jikkunsidra s-sistema tiegħu tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għall-ġestjoni tal-potenza reattiva.
Artikolu 16
Rekwiżiti ta' protezzjoni
1. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-apparat u l-konfigurazzjonijiet meħtieġa biex jiġi protett in-netwerk tat-trażmissjoni f'konformità mal-karatteristiċi tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni. It-TSO rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu dwar l-iskemi u l-konfigurazzjonijiet rilevanti għall-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew is-sisema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni.
2. Il-protezzjoni elettrika tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandha tieħu preċedenza fuq il-kontrolli operazzjonali filwaqt li tiġi rispettata s-sigurtà tas-sistema u s-saħħa u s-sigurtà tal-persunal u tal-pubbliku.
3. L-apparat tal-iskemi ta' protezzjoni jista' jkopri l-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
xort fiċ-ċirkwit estern u intern; |
|
(b) |
sovra/sottovultaġġ fil-punt ta' konnessjoni mas-sistema tat-trażmissjoni; |
|
(c) |
sovra u sottofrekwenza; |
|
(d) |
protezzjoni taċ-ċirkwit tad-domanda; |
|
(e) |
protezzjoni tat-trasformatur tal-unità; |
|
(f) |
riżerva kontra ħsara fil-protezzjoni u l-iswitchgear; |
4. It-TSO rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu dwar kwalunkwe bidliet għall-iskemi ta' protezzjoni rilevanti għall-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, u dwar l-arranġamenti għall-iskemi ta' protezzjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni.
Artikolu 17
Rekwiżiti ta' kontroll
1. It-TSO rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu dwar l-iskemi u l-konfigurazzjonijiet tal-apparat ta' kontroll differenti tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni rilevanti għas-sigurtà tas-sistema.
2. Mill-inqas, il-ftehim għandu jkopri l-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
tħaddim iżolat (tan-netwerk); |
|
(b) |
attenwazzjoni tal-oxxillazzjonijiet; |
|
(c) |
tfixkil fin-netwerk tat-trażmissjoni; |
|
(d) |
swiċċjar awtomatiku għal-provvista ta' emerġenza u restawr għat-topoloġija normali; |
|
(e) |
għeluq awtomatiku mill-ġdid tal-interruttur taċ-ċirkwit (fi ħsarat monofażi (1)). |
3. It-TSO rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu dwar kwalunkwe tibdiliet għall-iskemi u l-konfigurazzjonijiet tal-apparat ta' kontroll differenti tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni rilevanti għas-sigurtà tas-sistema.
4. Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prijoritajiet tal-protezzjoni u l-kontroll, is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jistabbilixxu l-apparat ta' protezzjoni u kontroll tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni tagħha rispettivament, f'konformità mal-klassifikazzjoni segwenti tal-prijorità, organizzata f'ordni ta' importanza dejjem tonqos.
|
(a) |
protezzjoni tan-netwerk tat-trażmissjoni; |
|
(b) |
protezzjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni; |
|
(c) |
kontroll tal-frekwenza (aġġustament tal-potenza attiva); |
|
(d) |
restrizzjoni tal-potenza; |
Artikolu 18
Skambju tal-informazzjoni
1. Il-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni għandhom ikunu mgħammra f'konformità mal-istandards speċifikati mit-TSO rilevanti għall-iskambju tal-informazzjoni bejn it-TSO rilevanti u l-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni bl-inklużjoni tal-kronogrammi speċifikati. It-TSO rilevanti għandu jqiegħed l-istandards speċifikati disponibbli għall-pubbliku.
2. Is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandha tkun mgħammra f'konformità mal-istandards speċifikati mit-TSO rilevanti għall-iskambju tal-informazzjoni bejn it-TSO rilevanti u s-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni bl-inklużjoni tal-kronogrammi definiti. It-TSO rilevanti għandu jqiegħed l-istandards speċifikati disponibbli għall-pubbliku.
3. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-istandards għall-iskambju tal-informazzjoni. It-TSO rilevanti għandu jqiegħed lista preċiża tad-dejta meħtieġa disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 19
Skonnessjoni u rikonnessjoni tad-domanda
1. Il-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin, marbuta mal-kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'kundizzjonijiet ta' frekwenza baxxa:
|
(a) |
kull operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni u, fejn speċifikat mit-TSO, sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, għandhom jipprovdu kapaċitajiet li jippermettu skonnessjoni awtomatika f'kundizzjonijiet ta' “frekwenza baxxa” għal proporzjon speċifikat tad-domanda tagħhom. It-TSO rilevanti jista' jispeċifika mekkaniżmu għall-iskonnessjoni abbażi ta' kombinazzjoni ta' frekwenza baxxa u r-rata tal-bidla fil-frekwenza; |
|
(b) |
il-kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'kundizzjonijiet ta' frekwenza baxxa għandhom jippermettu l-iskonnessjoni tad-domanda fi stadji għal medda ta' frekwenzi operazzjonali; |
|
(c) |
il-kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'kundizzjonijiet ta' frekwenza baxxa għandhom jippermettu t-tħaddim minn input ta' Kurrent Alternat (“AC”) nominali li għandu jiġi speċifikat mill-operatur tas-sistema rilevanti u għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
il-provvista tal-vultaġġ AC li tintuża għall-forniment ta' kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'kundizzjonijiet ta' frekwenza baxxa għandha tiġi pprovduta min-netwerk fil-punt tal-kejl tas-sinjal tal-frekwenza, kif użata fil-forniment ta' kapaċitajiet funzjonali skont il-paragrafu 1(c), sabiex il-frekwenza tal-vultaġġ tal-provvista tal-kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'kundizzjonijiet ta' frekwenza baxxa tkun l-istess bħal dik tan-netwerk. |
2. Fir-rigward tal-kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
it-TSO rilevanti jista' jispeċifika, f'koordinazzjoni mal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx għall-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni; |
|
(b) |
it-TSO rilevanti jista' jispeċifika, f'koordinazzjoni mas-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx għall-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni; |
|
(c) |
abbażi tal-valutazzjoni tat-TSO rigward is-sigurtà tas-sistema, l-implimentazzjoni tal-imblokkar tal-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija u skonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx għandha tkun vinkolanti għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni; |
|
(d) |
jekk it-TSO rilevanti jiddeċiedi li jimplementa kapaċità funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx, it-tagħmir kemm għall-imblokkar tal-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija kif ukoll għall-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx għandu jiġi installat f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti; |
|
(e) |
il-metodu għall-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx għandu jiġi implimentat permezz ta' relay jew inizjazzjoni minn kamra ta' kontroll; |
|
(f) |
il-kapaċitajiet funzjonali tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx, għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
3. Fir-rigward l-imblukkar tal-kommutaturi tat-trasformaturi fi stat ta' tagħbija, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
jekk it-TSO rilevanti jesiġi hekk, it-trasformatur fil-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandu jkun kapaċi li jimblokka l-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija kemm awtomatikament kif ukoll manwalment; |
|
(b) |
It-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-kapaċità funzjonali tal-imblokkar tal-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija. |
4. Is-sistemi tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni u l-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin, marbuta mal-iskonnessjoni jew ir-rikonnessjoni ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni:
|
(a) |
fir-rigward tal-kapaċità tar-rikonnessjoni wara skonnessjoni, it-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jkunu intitolati jwettqu rikonnessjoni mas-sistema tat-trażmissjoni. L-installazzjoni tas-sistemi ta' rikonnessjoni awtomatika għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel mit-TSO rilevanti. |
|
(b) |
fir-rigward tar-rikonnessjoni ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandha tkun kapaċi twettaq sinkronizzazzjoni għall-frekwenzi fil-meded imsemmija fl-Artikolu 12. It-TSO rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jaqblu dwar il-konfigurazzjoni tal-apparat tas-sinkronizzazzjoni qabel il-konnessjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, inkluż il-vultaġġ, il-frekwenza, il-medda tal-angolu tal-fażi u d-devjazzjoni tal-vultaġġ u tal-frekwenza; |
|
(c) |
faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandha tkun kapaċi tiġi skonnessa mill-bogħod mis-sistema tat-trażmissjoni meta dan ikun meħtieġ mit-TSO rilevanti. Jekk ikun meħtieġ, l-apparat tal-iskonnessjoni awtomatizzata għall-konfigurazzjoni mill-ġdid tas-sistema bi tħejjija għat-tagħbija fi blokka għandu jiġi speċifikat mit-TSO rilevanti. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika l-ħin meħtieġ għall-iskonnessjoni mill-bogħod. |
Artikolu 20
Kwalità tal-potenza
Is-sidien ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni u operaturi ta' sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni għandhom jiżguraw li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk ma tirriżultax f'livell determinat ta' distorsjoni jew varjazzjoni tal-vultaġġ tal-provvista fuq in-netwerk, fil-punt ta' konnessjoni. Il-livell ta' distorsjoni m'għandux jaqbeż dak allokat lilhom mit-TSO rilevanti. It-TSOs għandhom jikkoordinaw ir-rekwiżiti tagħhom tal-kwalità tal-enerġija mar-rekwiżiti tat-TSOs ta' biswithom.
Artikolu 21
Mudelli ta' simulazzjoni
1. Is-sistemi tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni u l-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tal-mudelli tas-simulazzjoni jew informazzjoni ekwivalenti.
2. Kull TSO jista' jesiġi mudelli ta' simulazzjoni jew informazzjoni ekwivalenti biex tintwera l-imġiba tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, jew it-tnejn li huma, kemm fi stat stabbli kif ukoll fi stat dinamiku.
3. Kull TSO għandu jispeċifika l-kontenut u l-format ta' dawk il-mudelli ta' simulazzjoni jew informazzjoni ekwivalenti. Il-kontenut u l-format għandhom jinkludu:
|
(a) |
l-istat fiss u dak dinamiku, inkluż il-komponent ta' 50 Hz; |
|
(b) |
simulazzjonijiet elettromanjetiċi tranżitorji fil-punt ta' konnessjoni; |
|
(c) |
dijagrammi tal-istruttura u tal-blokka. |
4. Għall-finijiet tas-simulazzjonijiet dinamiċi, il-mudell ta' simulazzjoni jew informazzjoni ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 3(a) għandu jkun fih is-sottomudelli li ġejjin jew informazzjoni ekwivalenti:
|
(a) |
kontroll tal-potenza; |
|
(b) |
kontroll tal-vultaġġ; |
|
(c) |
mudelli ta' protezzjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni u tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni; |
|
(d) |
it-tipi differenti ta' domanda, jiġifieri l-karatteristiċi elettrotekniċi tad-domanda; u |
|
(e) |
mudelli tal-konvertituri. |
5. Kull operatur ta' sistema rilevanti jew TSO rilevanti għandu jispeċifika r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tar-reġistrazzjonijiet tal-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni jew tal-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, jew it-tnejn li huma, sabiex ir-rispons tal-mudell jitqabbel ma' dawn ir-reġistrazzjonijiet.
KAPITOLU 2
Proċedura ta' notifika operazzjonali
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Il-proċedura għan-notifika operazzjonali għall-konnessjoni ta' kull faċilità tad-domanda ġdida konnessa għat-trażmissjoni, kull faċilità tad-distribuzzjoni ġdida konnessa għat-trażmissjoni u kull sistema tad-distribuzzjoni ġdida għandha tinkludi:
|
(a) |
notifika operazzjonali dwar l-enerġizzazzjoni (“EON”); |
|
(b) |
notifika operazzjonali interim, (“ION”); |
|
(c) |
notifika operazzjonali finali (“FON”). |
2. Kull sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, li japplikaw għalih rekwiżit wieħed jew aktar tat-Titolu II, għandu juri lit-TSO rilevanti li hu ikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament, billi kkompleta b'suċċess il-proċedura ta' notifika operazzjonali għall-konnessjoni ta' kull faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, kull faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni u kull sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni deskritta fl-Artikoli 23 sa 26.
3. It-TSO rilevanti għandu jispeċifika u jagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dettalji ulterjuri rigward il-proċedura ta' notifika operazzjonali.
Artikolu 23
Notifika operazzjonali dwar l-enerġizzazzjoni (“EON”)
1. EON għandha tagħti dritt lis-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, biex jenerġizza n-netwerks interni u l-awżiljarji tiegħu permezz tal-konnessjoni mal-grilja li hija speċifikata għall-punt ta' konnessjoni.
2. It-TSO għandu joħroġ EON, soġġett għat-tlestija tat-tħejjijiet inkluż ftehim dwar il-konfigurazzjonijiet ta' protezzjoni u ta' kontroll rilevanti għall-punt ta' konnessjoni bejn it-TSO u s-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni.
Artikolu 24
Notifika operazzjonali interim (“ION”)
1. ION tagħti d-dritt lis-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni biex iħaddem il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni billi juża l-konnessjoni mal-grilja għal perjodu ta' żmien limitat.
2. It-TSO rilevanti għandu joħroġ ION, soġġett għat-tlestija tad-dejta u l-proċess tal-analiżi tal-istudju kif meħtieġ minn dan l-Artikolu.
3. Fir-rigward tad-dejta u l-analiżi tal-istudju, it-TSO rilevanti għandu jkollu d-dritt li jitlob li s-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew li operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jipprovdi dan li ġej:
|
(a) |
dikjarazzjoni dettaljata ta' konformità; |
|
(b) |
dejta teknika dettaljata tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, rilevanti għall-konnessjoni mal-grilja kif speċifikat mit-TSO rilevanti |
|
(c) |
ċertifikati tat-tagħmir maħruġa minn ċertifikatur awtorizzat fir-rigward tal-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, tal-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u tas-sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, meta dawn ikunu essenzjali bħala parti mill-evidenza ta' konformità; |
|
(d) |
mudelli ta' simulazzjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 21 u meħtieġa mit-TSO; |
|
(e) |
studji li juru l-prestazzjoni fl-istat stabbli u dak dinamiku mistennija kif meħtieġ fl-Artikoli 43, 46 u 47; |
|
(f) |
dettalji tal-metodu prattiku maħsub biex jiġu kkompletati t-testijiet ta' konformità skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV. |
4. Il-perjodu massimu li matulu s-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jista' jżomm l-istatus ta' ION huwa ta' 24 xahar. It-TSO rilevanti għandu d-dritt jispeċifika perjodu ta' validità ta' ION iqsar. Estensjoni tal-ION għandha tingħata biss jekk is-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jkun għamel progress sostanzjali lejn konformità sħiħa. Il-kwistjonijiet pendenti għandhom jiġu identifikati fil-ħin tat-talba għal estensjoni.
5. Tista' tingħata estensjoni tal-perjodu li matulu s-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjon jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jista' jżomm l-istatus tal-ION, lil hinn minn kif stabbilit fil-paragrafu 4 jekk issir talba għal deroga lit-TSO rilevanti qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, f'konformità mal-proċedura tad-derogi stipulata fl-Artikolu 50
Artikolu 25
Notifika operazzjonali finali (“FON”)
1. FON għandha tagħti d-dritt lis-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni biex iħaddem il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni billi juża l-konnessjoni mal-grilja.
2. It-TSO rilevanti għandu joħroġ FON, mat-tneħħija minn qabel tal-inkompatibbiltajiet kollha identifikati għall-finijiet tal-istatus tal-ION u soġġett għat-tlestija tal-proċess tal-analiżi tad-dejta u l-istudju kif meħtieġ minn dan l-Artikolu.
3. Għall-finijiet tal-analiżi tad-dejta u l-istudju, is-sid ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jrid iressaq dan li ġej lit-TSO rilevanti:
|
(a) |
dikjarazzjoni dettaljata ta' konformità; u |
|
(b) |
aġġornament tad-dejta teknika applikabbli, mudelli ta' simulazzjoni u studji kif imsemmija fil-punti (b), (d) u (e) tal-Artikolu 24(3), inkluż l-użu tal-valuri reali mkejla matul l-ittestjar. |
4. Jekk tiġi identifikata inkompatibbiltà fir-rigward tal-ħruġ tal-FON, tista' tingħata deroga fuq talba li ssir mit-TSO, skont il-proċedura ta' deroga deskritta fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V. It-TSO rilevanti għandu joħroġ FON, jekk il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-deroga.
Meta talba għal deroga tiġi rifjutata, it-TSO rilevanti għandu jkollu d-dritt li jirrifjuta li jippermetti t-tħaddim tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni sakemm is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni u t-TSO rilevanti jirrisolvu l-inkompatibbiltà u t-TSO jikkunsidra li l-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew is-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Jekk it-TSO rilevanti u s-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni ma jirrisolvux l-inkompatibbiltà f'perjodu ta' żmien raġonevoli, iżda fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sitt xhur wara n-notifika tar-rifjut tat-talba għal deroga, kull parti tista' tirreferi l-kwistjoni għal deċiżjoni lill-awtorità regolatorja.
Artikolu 26
Notifika operazzjonali limitata (“LON”)
1. Is-sidien ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni jew operaturi ta' sistemi tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni li ngħatatilhom FON għandhom jinfurmaw lit-TSO rilevanti sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-okkorrenza ta' inċident, dwar dawn iċ-ċirkostanzi:
|
(a) |
il-faċilità hija temporanjament soġġetta għal modifika sinifikanti jew telf tal-kapaċità li jaffettwa l-prestazzjoni tagħha; jew |
|
(b) |
ħsarat fl-apparat li jwasslu għal nuqqas ta' konformità ma' xi rekwiżiti rilevanti. |
Perjodu ta' ħin itwal sabiex it-TSO rilevanti jiġi infurmat, jista' jinqabel ma' sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, skont in-natura tal-bidliet.
2. Is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandu japplika mat-TSO għal notifika operazzjonali limitata (LON), jekk is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jistenna b'mod raġonevoli li ċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 1 jippersistu għal aktar minn tliet xhur.
3. It-TSO għandu joħroġ LON li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja li għandha tkun identifikabbli b'mod ċar:
|
(a) |
il-kwistjonijiet mhux riżolti li jiġġustifikaw l-għoti tal-LON; |
|
(b) |
ir-responsabbiltajiet u l-perjodi ta' żmien għas-soluzzjoni mistennija; u |
|
(c) |
perjodu massimu ta' validità li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu inizjali mogħti jista' jkun iqsar bil-possibbiltà ta' estensjoni, jekk titressaq evidenza għas-sodisfazzjoni tat-TSO rilevanti li turi li sar progress sostanzjali lejn l-ilħuq ta' konformità sħiħa. |
4. Il-FON għandha tiġi sospiża matul il-perjodu ta' validità tal-LON fir-rigward tal-punti li għalihom inħarġet il-LON.
5. Estensjoni ulterjuri tal-perjodu ta' validità tal-LON tista' tingħata fuq talba għal deroga li ssir lit-TSO rilevanti qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, skont il-proċedura ta' deroga deskritta fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V.
6. It-TSO rilevanti għandu jkollu d-dritt li jirrifjuta li jippermetti t-tħaddim tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, ladarba l-LON ma tibqax valida. F'tali każijiet, il-FON għandha awtomatikament issir invalida.
7. Jekk it-TSO rilevanti ma jagħtix estensjoni tal-perjodu ta' validità tal-LON skont il-paragrafu 5 jew jekk jirrifjuta li jippermetti t-tħaddim tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni ladarba l-LON ma tibqax valida skont il-paragrafu 6, is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jista' jirreferi l-kwistjoni għad-deċiżjoni lill-awtorità regolatorja fi żmien sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tat-TSO rilevanti
TITOLU III
KONNESSJONI TA' UNITAJIET TAD-DOMANDA UŻATI MINN FAĊILITÀ TAD-DOMANDA JEW SISTEMA TAD-DISTRIBUZZJONI MAGĦLUQA BIEX JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI TA' RISPONS TAD-DOMANDA LIL OPERATURI TAS-SISTEMI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 27
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għandha ssir distinzjoni bejn is-servizzi tar-rispons tad-domanda pprovduti lill-operaturi tas-sistemi, abbażi ta' dawn il-kategoriji:
|
(a) |
kontrollati mill-bogħod:
|
|
(b) |
kontrollati b'mod awtonomu:
|
2. Faċilitajiet tad-domanda u sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa jistgħu jipprovdu servizzi tar-rispons min-naħa tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti jew TSOs rilevanti. Is-servizzi tar-rispons tad-domanda jistgħu jinkludu, b'mod konġunt jew separat, modifiki 'l isfel jew 'il fuq tad-domanda.
3. Il-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex esklussivi u dan ir-Regolament ma jservix ta' prevenzjoni milli jiġu żviluppati kategoriji oħra. Dan ir-Regolament ma japplikax għal servizzi tar-rispons tad-domanda pprovduti lil entitajiet oħra apparti l-operaturi tas-sistemi rilevanti jew it-TSOs rilevanti.
Artikolu 28
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-unitajiet tad-domanda b'kontroll tal-potenza attiva b'ripons tad-domanda, kontroll tal-potenza reattiva u ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni
1. Faċilitajiet tad-domanda u sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa jistgħu joffru kontroll tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda, kontroll tal-potenza reattiva b'rispons tad-domanda jew ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni b'rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti.
2. Unitajiet tad-domanda b'kontroll tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda, b'kontroll tal-potenza reattiva b'rispons tad-domanda jew ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni b'rispons tad-domanda, jew individwalment inkella fejn mhumiex parti minn faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, kollettivament, bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda permezz ta' parti terza, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
ikunu kapaċi joperaw fil-meded ta' frekwenzi speċifikati fl-Artikolu 12(1) u fil-medda estiża speċifikata fl-Artikolu 12(2); |
|
(b) |
ikunu kapaċi joperaw fil-meded ta' vultaġġi speċifikati fl-Artikolu 13 jekk ikunu konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' 110 kV jew aktar; |
|
(c) |
ikunu kapaċi joperaw fil-medda ta' vultaġġi operazzjonali normali tas-sistema fil-punt ta' konnessjoni, speċifikata mill-operatur tas-sistema rilevanti jekk ikunu konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV. Din il-medda għandha tqis l-istandards eżistenti u għandha, qabel l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6, tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1); |
|
(d) |
ikunu kapaċi jikkontrollaw il-konsum tal-enerġija min-netwerk f'medda daqs il-medda maħruġa b'kuntratt, direttament jew indirettament lil parti terza, mit-TSO rilevanti; |
|
(e) |
ikunu kapaċi jirċievu struzzjonijiet, direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti sabiex jimmodifikaw id-domanda tagħhom u jitrasferixxu l-informazzjoni neċessarja. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jagħmel pubblikament disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet approvati sabiex jippermettu dan it-trasferiment ta' informazzjoni. Għal unitajiet tad-domanda konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, qabel l-approvazzjoni skont l-Artikolu 6, ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1); |
|
(f) |
ikunu kapaċi jaġġustaw il-konsum tal-enerġija f'perjodu ta' żmien speċifikat mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti. Għal unitajiet tad-domanda konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, qabel l-approvazzjoni skont l-Artikolu 6, ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1); |
|
(g) |
ikunu kapaċi jesegwixxu kompletament struzzjoni maħruġa mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti sabiex jimmodifikaw il-konsum tal-enerġija tagħhom sal-limiti tas-salvagwardji għall-protezzjoni elettrika, sakemm ma jkunx fis-seħħ metodu maqbul kuntrattwalment mal-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti għas-sostituzzjoni tal-kontribuzzjoni tagħhom (inkluż il-kontribuzzjoni tal-faċilitajiet tad-domanda aggregati permezz ta' parti terza); |
|
(h) |
ladarba tkun seħħet modifika għall-konsum tal-enerġija u sakemm iddum il-modifika mitluba, jimmodifikaw biss id-domanda użata sabiex jiġi pprovdut is-servizz, jekk dan ikun meħtieġ mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti sal-limiti tas-salvagwardji għall-protezzjoni elettrika, sakemm ma jkunx fis-seħħ metodu maqbul kuntrattwalment mal-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti għas-sostituzzjoni tal-kontribuzzjoni tagħhom (inkluż il-kontribuzzjoni tal-faċilitajiet tad-domanda aggregati permezz ta' parti terza). L-istruzzjonijiet biex jiġi mmodifikat il-konsum tal-enerġija jista' jkollhom effett immedjat jew imdewwem; |
|
(i) |
jinnotifikaw lill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti bil-modifika tal-kapaċità tar-rispons tad-domanda. L-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, għandu jispeċifika l-modalitajiet tan-notifika; |
|
(j) |
fejn l-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, jordnaw il-modifika tal-konsum tal-enerġija, jippermettu l-modifika ta' parti mid-domanda tagħhom b'rispons għal struzzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, fil-limiti maqbula mas-sid tal-faċilità tad-domanda jew is-CDSO u skont il-konfigurazzjonijiet tal-unità tad-domanda; |
|
(k) |
ikollhom il-kapaċità li jifilħu għall-iskonnessjoni minn mas-sistema anke f'każ ta' rata tal-bidla tal-frekwenza sa valur speċifikat mit-TSO rilevanti. Fir-rigward ta' din li kapaċità li jifilħu għall-iskonnessjoni, il-valur tar-rata ta' bidla fil-frekwenza għandu jiġi kkalkulat fuq perjodu ta' 500 ms. Għal unitajiet tad-domanda konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, qabel l-approvazzjoni skont l-Artikolu 6, ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1); |
|
(l) |
fejn il-modifika għall-konsum tal-enerġija tiġi speċifikata permezz tal-kontroll tal-frekwenza jew tal-vultaġġ, jew it-tnejn li huma, u permezz ta' sinjal ta' qabel it-twissija mibgħut mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, li jkun attrezzat biex jirċievi, direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, l-itruzzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, sabiex ikejjel il-frekwenza jew il-valur tal-vultaġġ, jew it-tnejn li huma, sabiex ikun jista' jikkontrolla l-ittrippjar tad-domanda u jittrasferixxi l-informazzjoni. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jispeċifika u jippubblika l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi approvati sabiex jippermettu dan it-trasferiment ta' informazzjoni. Għal unitajiet tad-domanda konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, qabel l-approvazzjoni skont l-Artikolu 6, ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1). |
3. Għall-kontroll tal-vultaġġ bl-iskonnessjoni jew ir-rikonnessjoni ta' faċilitajiet tal-kumpens statiku, kull faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessa għat-trażmissjoni għandha tkun kapaċi twettaq konnessjoni jew skonnessjoni fil-faċilitajiet ta' kumpens statiku tagħha, direttament jew indirettament, individwalment jew fuq bażi komuni bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda permezz ta' parti terza, b'rispons għal struzzjoni trażmessa mit-TSO rilevanti, jew fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt bejn it-TSO rilevanti u sid il-faċilità tad-domanda jew is-CDSO.
Artikolu 29
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-unitajiet tad-domanda b'kontroll tal-frekwenza tas-sistema b'rispons tad-domanda
1. Faċilitajiet tad-domanda u sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa jistgħu joffru kontroll tal-frekwenza tas-sistema b'rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti, u lit-TSOs rilevanti.
2. Unitajiet tad-domanda b'kontroll tal-frekwenza tas-sistema b'rispons tad-domanda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, jew individwalment inkella, jekk mhumiex parti minn faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, kollettivament, bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda permezz ta' parti terza:
|
(a) |
ikunu kapaċi joperaw fil-meded ta' frekwenzi speċifikati fl-Artikolu 12(1) u fil-medda estiża speċifikata fl-Artikolu 12(2); |
|
(b) |
ikunu kapaċi joperaw fil-meded ta' vultaġġi speċifikati fl-Artikolu 13 jekk ikunu konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' 110 kV jew aktar; |
|
(c) |
ikunu kapaċi joperaw fil-medda ta' vultaġġi operazzjonali normali tas-sistema fil-punt ta' konnessjoni, speċifikata mill-operatur tas-sistema rilevanti jekk ikunu konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV. Din il-medda għandha tqis l-istandards eżistenti u għandha, qabel l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6, tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1); |
|
(d) |
ikunu mgħammra b'sistema ta' kontroll li mhix sensittiva b'banda mejta madwar il-frekwenza nominali tas-sistema ta' 50,00 Hz, b'wisa' li għandha tiġi speċifikata mit-TSO rilevanti f'konsultazzjoni mat-TSOs fiż-żona sinkronika. Għal unitajiet tad-domanda konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, qabel l-approvazzjoni skont l-Artikolu 6, ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1); |
|
(e) |
ikunu kapaċi li, mar-ritorn għall-frekwenza f'banda mejta speċifikata fil-paragrafu 2(d), jagħtu bidu għal dewmien aleatorju ta' sa 5 minuti qabel ma jkomplu bit-tħaddim normali. Id-devjazzjoni massima mill-valur nomali ta' 50,00 Hz, li tkun teħtieġ rispons, għandha tkun speċifikata mit-TSO rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSOs fiż-żona sinkronika. Għal unitajiet tad-domanda konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' inqas minn 110 kV, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, qabel l-approvazzjoni skont l-Artikolu 6, ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skont l-Artikolu 9(1). Id-domanda għandha tiġi miżjuda jew imnaqqsa għal frekwenza tas-sistema li tkun ogħla jew aktar baxxa minn banda mejta nominali ta' (50,00 Hz) rispettivament; |
|
(f) |
tkun mgħammra b'kontrollur li jkejjel il-frekwenza reali tas-sistema. Il-kejl għandu jiġi aġġornat tal-anqas darba kull 0,2 ta' sekonda; |
|
(g) |
tkun kapaċi tidditektja bidla ta' 0,01 Hz fil-frekwenza tas-sistema sabiex tkun tista' tagħti rispons kumplessiv tas-sistema li huwa proporzjonali u linerali, fir-rigward għas-sensittività u l-akkuratezza tal-kontroll tal-frekwenza tas-sistema b'rispons tad-domanda għall-kejl tal-frekwenza u l-modifika konsegwenti tad-domanda. L-unità tad-domanda għandha tkun kapaċi twettaq ditezzjoni rapida u rispons rapidu għall-bidliet fil-frekwenza tas-sistema, li għandhom jiġu speċifikati mit-TSO rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSOs fiż-żona sinkronika. Offset tal-kejl tal-frekwenza fi stat stabbli, sa 0,05 Hz għandu jitqies bħala aċċettabbli. |
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-unitajiet tad-domanda b'kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda
1. It-TSO rilevanti, f'koordinazzjoni mal-operatur tas-sistema rilevanti, jista' jaqbel ma' sid il-faċilità tad-domanda jew CDSO (inkluż, iżda mhux ristrett għal, permezz ta' parti terzi) dwar kuntratt għal provvediment ta' kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda.
2. Jekk il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 iseħħ, il-kuntratt li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jispeċifika:
|
(a) |
bidla fil-potenza attiva relattivament ma' xi kejl bħar-rata tal-bidla fil-frekwenza għal dik il-porzjon tad-domanda; |
|
(b) |
il-prinċipju tat-tħaddim ta' din is-sistema ta' kontroll u l-parametri ta' prestazzjoni assoċjati; |
|
(c) |
il-ħin tar-rispons għal kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda, li m'għandux ikun itwal minn 2 sekondi. |
KAPITOLU 2
Proċedura ta' notifika operazzjonali
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Il-proċedura ta' notifika operazzjonali għall-unitajiet tad-domanda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jiġu pprovduti servizzi ta' rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi għandha tagħmel distinzjoni bejn:
|
(a) |
unitajiet tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' 1 000 V jew inqas; |
|
(b) |
unitajiet tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' aktar minn 1 000 V. |
2. Kull sid ta' faċilità tad-domanda jew CDSO, li jipprovdi rispons tad-domanda lil operatur ta' sistema rilevanti jew TSO rilevanti, għandu jikkonferma lill-operatur tas-sistema rilevanti, jew it-TSO rilevanti, direttament jew indirettament permezz ta' persuna terza, il-kapaċità tiegħu li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tad-disinn u dawk operazzjonali kif jissemmew fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament.
3. Is-sid tal-faċilità tad-domanda jew is-CDSO għandu jinnotifika bil-quddiem, direttament jew indirettament, permezz ta' parti terza, lill-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti, dwar kwalunkwe deċiżjoni li se jieqaf joffri servizzi tar-rispons tad-domanda u/jew dwar it-tneħħija permanenti ta' unità tad-domanda b'rispons tad-domanda. Din l-informazzjoni tista' tiġi aggregata kif speċifikat mill-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti
4. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jispeċifika u jagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dettalji ulterjuri rigward il-proċedura ta' notifika operazzjonali.
Artikolu 32
Proċeduri għall-unitajiet tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' 1 000 V jew inqas
1. Il-proċedura ta' notifika operazzjonali għal unità tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessa f'livell ta' vultaġġ ta' 1 000 V jew inqas għandha tinkorpora dokument tal-istallazzjoni.
2. Il-mudell tad-dokument tal-istallazzjoni għandu jiġi pprovdut mill-operatur tas-sistema rilevanti, u l-kontenuti maqbula mat-TSO rilevanti, direttament jew indirettament permezz ta' parti terza.
3. Abbażi ta' dokument tal-istallazzjoni, is-sid tal-faċilità tad-domanda jew is-CDSO għandhom jippreżentaw informazzjoni, direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, lill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti. Id-data ta' din il-preżentazzjoni għandha tkun qabel l-offerta fis-suq tal-kapaċità tar-rispons tad-domanda mill-unità tad-domanda. Ir-rekwiżiti stipulati fid-dokument tal-istallazzjoni għandhom jiddifferenzjaw bejn tipi ta' konnessjonijiet differenti u bejn il-kategoriji differenti tas-servizzi tar-rispons tad-domanda.
4. Għal unitajiet tad-domanda sussegwenti b'rispons tad-domanda, għandhom jiġu pprovduti dokumenti tal-istallazzjoni separati.
5. Il-kontenut tad-dokument tal-istallazzjoni ta' unitajiet tad-domanda individwali jista' jiġi aggregat mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti.
6. Id-dokument tal-istallazjoni għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-post li fih l-unità tad-domanda bir-rispons tad-domanda hija konnessa man-netwerk; |
|
(b) |
il-kapaċità massima tal-installazzjoni tar-rispons tad-domanda f'kW; |
|
(c) |
it-tip ta' servizzi ta' rispons tad-domanda; |
|
(d) |
iċ-ċertifikat tal-unita tad-domanda u ċ-ċertifikat tat-tagħmir, kif rilevanti, għas-servizz tar-rispons tad-domanda, jew jekk ma jkunux disponibbli, tagħrif ekwivalenti; |
|
(e) |
id-dettalji ta' kuntatt ta' sid il-faċilità tad-domanda, l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni magħluqa jew il-parti terza li taggrega l-unitajiet tad-domanda mill-faċilità tad-domanda jew is-sistema tad-distribuzzjoni magħluqa. |
Artikolu 33
Proċeduri għall-unitajiet tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessi f'livell ta' vultaġġ ta' aktar minn 1 000 V
1. Il-proċedura ta' notifika operazzjonali għal unità tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessa f'livell ta' vultaġġ ta' aktar minn 1 000 V għandha tinkorpora dokument tal-istallazzjoni ta' unità tar-rispons tad-domanda (DRUD). L-operatur tas-sistema rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti, għandu jispeċifika l-kontenut meħtieġ għad-DRUD. Il-kontenut tad-DRUD għandu jirrikjedi dikjarazzjoni tal-konformità li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 36 sa 47 għall-faċilitajiet tad-domanda u s-sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa, iżda r-rekwiżiti ta' konformità msemmija fl-Artikoli 36 sa 47 għal faċilitajiet tad-domanda u sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa jistgħu jiġu ssimplifikati għal stadju uniku ta' notifika operazzjonali u jistgħu jitnaqqsu wkoll. Is-sid tal-faċilità tad-domanda jew is-CDSO għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jippreżentaha lill-operatur tas-sistema rilevanti. Unitajiet tad-domanda sussegwenti b'rispons tad-domanda, għandhom jipprovdu DRUDs separati.
2. Abbażi tad-DRUD, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu joħroġ FON għal sid il-faċilità tad-domanda jew is-CDSO.
TITOLU IV
KONFORMITÀ
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 34
Ir-responsabbiltà ta' sid il-faċilità tad-domanda, tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni u tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni magħluqa
1. Is-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni u d-DSOs għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, il-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, jew is-sistemi tad-distribuzzjoni, jikkonformaw mar-rekwiżiti previsti f'dan ir-Regolament. Is-sid ta' faċilità tad-domanda jew is-CDSO li jipprovdu servizzi ta' rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u t-TSOs rilevanti għandhom jiżguraw li l-unità tad-domanda tikkonforma mar-rekwiżiti previsti f'dan ir-Regolament.
2. Meta r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ikunu applikabbli għal unitajiet tad-domanda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jipprovdu servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti, sid il-faċilità tad-domanda jew ic-CDSO jistgħu jiddelegaw lil partijiet terzi, totalment jew parzjalment, kompiti bħalma huma l-komunikazzjoni mal-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti, kif ukoll il-ġbir tad-dokumentazzjoni minn sid il-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO biex tingħata prova tal-konformità.
Il-partijiet terzi għandhom jiġu ttrattati bħala utenti uniċi bid-dritt li jikkompilaw dokumentazzjoni rilevanti u li juru l-konformità tal-faċilitajiet tad-domanda aggregata jew sistemi aggregati tad-distribuzzjoni magħluqa mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-faċilitajiet tad-domanda u s-sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa li jipprovdu servizzi ta' rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti jew TSOs rilevanti jistgħu jaġixxu kollettivament permezz ta' partijiet terzi.
3. Fejn l-obbligi jiġu ssodisfati permezz ta' partijiet terzi, dawn għandhom biss jinfurmaw lill-operatur tas-sistema rilevanti dwar il-bidliet għas-servizzi totali li qegħdin jiġu offerti, filwaqt li jitqiesu s-servizzi speċifiċi għall-post.
4. Meta r-rekwiżiti jkunu speċifikati mit-TSO rilevanti jew ikunu għall-finijiet tal-operazzjoni tas-sistema tat-TSO rilevanti, testijiet alternattivi jew rekwiżiti għall-aċċettazzjoni tar-riżultati tat-test għal dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu maqbula flimkien mat-TSO rilevanti.
5. Kwalunkwe ħsieb li jiġu mmodifikati l-kapaċitajiet tekniċi tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tas-sistema tad-distribuzzjoni jew tal-unità tad-domanda li jkollhom impatt fuq il-konformità mar-rekwiżiti previsti fil-Kapitoli 2 sa 4 tat-Titolu IV għandhom jiġu nnotifikati lill-operatur tas-sistema rilevanti, direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, qabel ma ssir tali modifika, fil-perjodu ta' żmien ipprovdut mill-operatur tas-sistema rilevanti.
6. Kwalunkwe inċidenti operazzjonali jew fallimenti tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tas-sistema tad-distribuzzjoni jew tal-unità tad-domanda, li jkollhom impatt fuq il-konformità mar-rekwiżiti previsti fil-Kapitoli 2 sa 4 tat-Titolu IV għandhom jiġu nnotifikati lill-operatur tas-sistema rilevanti, direttament jew indirettament permezz ta' parti terza, kemm jista' jkun malajr wara l-okkorrenza ta' inċident bħal dan.
7. Kwalunkwe skedi tat-testijiet u proċeduri ppjanati biex tiġi vverifikata l-konformità tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tas-sistema tad-distribuzzjoni jew tal-unità tad-domanda, mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-operatur tas-sistema rilevanti fil-perjodu ta' żmien speċifikat minnu, u hu għandu japprovhom qabel ma jinbdew.
8. L-operatur tas-sistema rilevanti jista' jipparteċipa f'tali testijiet u jirreġistra l-prestazzjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tas-sistema tad-distribuzzjoni u tal-unità tad-domanda.
Artikolu 35
Il-kompiti tal-operatur tas-sistema rilevanti
1. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jivvaluta l-konformità tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità għad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tas-sistema tad-distribuzzjoni u tal-unità tad-domanda mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament matul il-ħajja tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, jew tas-sistema tad-distribuzzjoni, jew tal-unità tad-domanda. Is-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta' din il-valutazzjoni
Il-konformità ta' unità tad-domanda użata minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jiġu pprovduti servizzi ta' rispons tad-domanda lil TSOs rilevanti, għandha tiġi vvalutata b'mod konġunt mit-TSO rilevanti u l-operatur tas-sistema rilevanti, u jekk ikun applikabbli, f'koordinazzjoni mal-parti terza involuta fl-aggregazzjoni tad-domanda.
2. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jitlob lil sid il-faċilità tad-domanda, lid-DSO jew lis-CDSO iwettaq testijiet tal-konformità u simulazzjonijiet skont pjan sistematiku jew skema ġenerali, inkella wara kull falliment, modifika jew sostituzzjoni ta' kwalunkwe tagħmir li jista' jkollu impatt fuq il-konformità tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, tas-sistema tad-distribuzzjoni jew tal-unità tad-domanda mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Is-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta' dawk it-testijiet u simulazzjonijiet ta' konformità.
3. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku, il-lista ta' informazzjoni u dokumenti li għandhom jiġu pprovduti kif ukoll ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mis-sid ta' faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO fil-qafas tal-proċess ta' konformità. Il-lista għandha tkopri tal-anqas l-informazzjoni, id-dokumenti u r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
id-dokumentazzjoni u ċ-ċertifikati kollha li għandhom jiġu pprovduti mis-sid ta' faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO; |
|
(b) |
dettalji tad-dejta teknika meħtieġa mill-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, mill-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, mis-sistema tad-distribuzzjoni jew mill-unità tad-domanda b'rilevanza għall-konnessjoni mal-grilja jew it-tħaddim tagħha. |
|
(c) |
ir-rekwiżiti għall-mudelli għall-istudji tas-sistema fi stat stabbli u dak dinamiku; |
|
(d) |
skeda ta' żmien għall-forniment tad-dejta tas-sistema meħtieġa biex jitwettqu l-istudji; |
|
(e) |
l-istudji mis-sid ta' faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO biex tintwera l-prestazzjoni fi stat stabbli u dik fi stat dinamiku mistennija skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 43, 44 u 45; |
|
(f) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri, inkluż l-ambitu, għar-reġistrazzjoni taċ-ċertifikati tat-tagħmir; |
|
(g) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-użu taċ-ċertifikati tat-tagħmir rilevanti, maħruġa minn korp taċ-ċertifikazzjoni awtorizzat minn sid il-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO. |
4. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lis-sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, id-DSO jew is-CDSO u lill-operatur tas-sistema għall-ittestjar tal-konformità, is-simulazzjoni u l-monitoraġġ.
5. L-operatur tas-sistema rilevanti jista' jiddelega kompletament jew parzjalment il-prestazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità tiegħu lil partijiet terzi. F'tali każijiet, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkompli jiżgura konformità mal-Artikolu 11, inkluż li jidħol f'impenji ta' kunfidenzjalità maċ-ċessjonarju.
6. Jekk it-testijiet jew is-simulazzjonijiet ta' konformità ma jistgħux jitwettqu kif miftiehem bejn l-operatur tas-sistema rilevanti, id-DSO jew is-CDSO minħabba raġunijiet attribwibbli għall-operatur tas-sistema rilevanti, l-operatur tas-sistema rilevanti ma għandux iżomm bla bżonn in-notifika operazzjonali msemmija fit-Titolu II u t-Titolu III.
KAPITOLU 2
Testjar tal-konformità
Artikolu 36
Dispożizzjonijiet komuni għall-ittestjar tal-konformità
1. L-ittestjar tal-prestazzjoni ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew unità tad-domanda b'kontroll tal-potenza reattiva b'rispons tad-domanda jew ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni b'rispons tad-domanda, għandu jimmira li juri jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ġewx issodisfati jew le.
2. Minkejja r-rekwiżiti minimi għall-ittestjar tal-konformità stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-operatur tas-sistema rilevanti, għandu dritt li:
|
(a) |
jippermetti lis-sid ta' faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO jwettaq sett alternattiv ta' testijiet, sakemm dawk it-testijiet ikunu effiċjenti u biżżejjed biex juru li l-faċilità tad-domanda jew is-sistema tad-distribuzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; u |
|
(b) |
jitlob lis-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO jwettaq settijiet addizzjonali jew alternattivi ta' testijiet f'dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni pprovduta lill-operatur tas-sistema rilevanti fir-rigward tal-ittestjar tal-konformità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 sa 41 ma tkunx biżżejjed biex turi konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
3. Is-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO huwa responsabbli għat-twettiq tat-testijiet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jikkoopera u ma jdewwimx bla bżonn it-twettiq tat-testijiet.
4. L-operatur tas-sistema rilevanti jista' jieħu sehem fl-ittestjar tal-konformità fuq is-sit jew b'mod remot mill-kamra ta' kontroll tal-operatur tas-sistema. Għal dan il-għan, is-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO għandu jipprovdi t-tagħmir ta' monitoraġġ meħtieġ biex jirreġistra kull sinjal u kejl tat-test rilevanti u għandu wkoll jiżgura li r-rappreżentanti meħtieġa tas-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO jkunu disponibbli fil-post għall-perjodu kollu tal-ittestjar. Għandhom jiġu pprovduti sinjali speċifikati mill-operatur tas-sistema rilevanti, għal testijiet magħżula, jekk l-operatur tas-sistema jkun jixtieq juża t-tagħmir tiegħu stess biex jirreġistra l-prestazzjoni. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu d-diskrezzjoni unika jekk jipparteċipax jew le.
Artikolu 37
Testjar tal-konformità għall-iskonnessjoni u r-rikonnessjoni ta' faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni
1. Il-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-iskonnessjoni u r-rikonnessjoni msemmija fl-Artikolu 19 u għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet ta' konformità li ġejjin.
2. Fir-rigward tal-konformità tal-kapaċità tar-rikonnessjoni wara skonnessjoni inċidentali minħabba tfixkil fin-netwerk, ir-rikonnessjoni għandha ssir permezz ta' proċedura ta' rikonnessjoni, preferibbilment b'mod awtomatiku, awtorizzata mit-TSO rilevanti.
3. Fir-rigward tat-test ta' sinkronizzazzjoni, għandhom jintwerew il-kapaċitajiet tekniċi ta' sinkronizzazzjoni tal-faċilità ta' distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni. It-test għandu jivverifika l-konfigurazzjonijiet tat-tagħmir ta' sinkronizzazzjoni. It-test għandu jkopri l-aspetti li ġejjin: il-vultaġġ, il-frekwenza, il-medda tal-angolu tal-fażi, id-devjazzjoni tal-vultaġġ u l-frekwenza.
4. Fir-rigward tat-test tal-iskonnessjoni mill-bogħod, għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni li taqtal-konnessjoni mill-bogħod fil-punt jew punti ta' konnessjoni mis-sistema tat-trażmissjoni fejn meħtieġ mit-TSO rilevanti fil-ħin speċifikat mit-TSO rilevanti.
5. Fir-rigward tat-test tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' frekwenza baxxa, għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni li taqta' d-domanda f'każ ta' frekwenza baxxa, ta' perċentwal tad-domanda li għandu jiġi speċifikat mit-TSO rilevanti f'koordinazzjoni mat-TSOs ta' biswit, fejn tkun mgħammra kif previst fl-Artikolu 19.
6. Fir-rigward tat-test tar-relays tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' frekwenza baxxa, għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-faċilità ta' distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni li topera minn input nominali ta' provvista AC, f'konformità mal-Artikolu 19(1) u (2). Dan l-input ta' provvista AC għandu jiġi speċifikat mit-TSO rilevanti.
7. Fir-rigward tat-test ta' skonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx, għandha tinwera l-kapaċità teknika tal-faċilità ta' distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, li topera f'azzjoni waħda bl-tal-imblokkar tal-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija fl-Artikolu 19(3), f'konformità mal-Artikolu 19(2).
8. Minflok il-parti tat-testijiet prevista fil-paragrafu 1, jista' jintuża ċertifikat tat-tagħmir, bil-kundizzjoni li dan jiġi pprovdut lit-TSO rilevanti.
Artikolu 38
Testjar tal-konformità għall-iskambju tal-informazzjoni ta' faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni
1. Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn it-TSO rilevanti u l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni f'ħin reali jew perjodikament, għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni li tikkonforma mal-istandard għall-iskambju tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 18(3).
2. Minflok il-parti tat-testijiet prevista fil-paragrafu 1, jista' jintuża ċertifikat tat-tagħmir, bil-kundizzjoni li dan jiġi pprovdut lit-TSO rilevanti.
Artikolu 39
Testjar tal-konformità għall-iskonnessjoni u r-rikonnessjoni ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni
1. Il-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-iskonnessjoni u r-rikonnessjoni msemmija fl-Artikolu 19 u għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet ta' konformità li ġejjin.
2. Fir-rigward tal-konformità tal-kapaċità tar-rikonnessjoni wara skonnessjoni inċidentali minħabba tfixkil fin-netwerk, ir-rikonnessjoni għandha ssir permezz ta' proċedura ta' rikonnessjoni, preferibbilment b'mod awtomatiku, awtorizzata mit-TSO rilevanti.
3. Fir-rigward tat-test ta' sinkronizzazzjoni, għandhom jintwerew il-kapaċitajiet tekniċi ta' sinkronizzazzjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni. It-test għandu jivverifika l-konfigurazzjonijiet tat-tagħmir ta' sinkronizzazzjoni. It-test għandu jkopri l-aspetti li ġejjin: il-vultaġġ, il-frekwenza, il-medda tal-angolu tal-fażi, id-devjazzjoni tal-vultaġġ u l-frekwenza.
4. Fir-rigward tat-test tal-iskonnessjoni mill-bogħod, għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni li taqtal-konnessjoni mill-bogħod fil-punt jew punti ta' konnessjoni mis-sistema tat-trażmissjoni fejn meħtieġ mit-TSO rilevanti fil-ħin speċifikat mit-TSO rilevanti.
5. Fir-rigward tat-test tar-relays tal-iskonnessjoni tad-domanda f'każ ta' frekwenza baxxa, għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni li topera minn input nominali ta' provvista AC, f'konformità mal-Artikolu 19(1) u (2). Dan l-input ta' provvista AC għandu jiġi speċifikat mit-TSO rilevanti.
6. Fir-rigward tat-test ta' skonnessjoni tad-domanda f'każ ta' vultaġġ baxx, għandha tinwera l-kapaċità teknika tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, li topera f'azzjoni waħda bl-tal-imblokkar tal-kommutatur tat-trasformatur fi stat ta' tagħbija fl-Artikolu 19(3), f'konformità mal-Artikolu 19(2).
7. Minflok il-parti tat-testijiet prevista fil-paragrafu 1, jista' jintuża ċertifikat tat-tagħmir, bil-kundizzjoni li dan jiġi pprovdut lit-TSO rilevanti.
Artikolu 40
Testjar tal-konformità għall-iskambju tal-informazzjoni ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni
1. Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn it-TSO rilevanti u sid il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni f'ħin reali jew perjodikament, għandha tintwera l-kapaċità teknika tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni li tikkonforma mal-istandard għall-iskambju tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 18(3).
2. Minflok il-parti tat-testijiet prevista fil-paragrafu 1, jista' jintuża ċertifikat tat-tagħmir, bil-kundizzjoni li dan jiġi pprovdut lit-TSO rilevanti.
Artikolu 41
Testjar tal-konformità għall-unitajiet tad-domanda b'kontroll tal-potenza attiva b'ripons tad-domanda, kontroll tal-potenza reattiva u ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni
1. Fir-rigward tat-test tal-immodifikar tad-domanda:
|
(a) |
il-kapaċità teknika tal-unità tad-domanda użata minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex tipprovdi kontroll tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda, kontroll tal-potenza reattiva b'rispons tad-domanda jew ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni b'rispons tad-domanda u b'hekk timmodifika l-konsum tal-enerġija tagħha, wara li tkun irċeviet struzzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti f'medda, tul ta' ħin u qafas ta' żmien miftiehem minn qabel u stabbilit f'konformità mal-Artikolu 28, għandha tintwera, individwalment jew kollettivament bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda permezz ta' parti terza; |
|
(b) |
it-test għandu jsir, preferibbilment jew permezz ta' struzzjoni jew alternattivament, permezz ta' simulazzjoni tal-wasla ta' struzzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti u aġġustament tad-domanda għall-enerġija tal-faċilità tad-domanda jew tas-sistema tad-distribuzzjoni magħluqa; |
|
(c) |
it-test għandu jitqies li għadda b'suċċess jekk il-kundizzjonijiet speċifikati mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti skont l-Artikolu 28(2)(d)(f)(g)(h)(k) u (l) ikunu ġew issodisfati; |
|
(d) |
minflok il-parti tat-testijiet prevista fil-paragrafu 1(b), jista' jintuża ċertifikat tat-tagħmir, bil-kundizzjoni li dan jiġi pprovdut lill-operatur tas-sistema rilevanti jew lit-TSO rilevanti. |
2. Fir-rigward tat-test tal-iskonnessjoni jew ir-rikonnessjoni tal-faċilitajiet tal-kumpens statiku:
|
(a) |
il-kapaċità teknika tal-unità tad-domanda użata minn sid ta' faċilità tad-domanda jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jipprovdu kontroll tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda, kontroll tal-potenza reattiva b'rispons tad-domanda jew ġestjoni tar-restrizzjonijiet tat-trażmissjoni b'rispons tad-domanda sabiex jikkonnektjaw jew jiskonnektjaw, jew it-tnejn, l-faċilità ta' kumpens statiku tagħha meta tkun irċeviet struzzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti f'qafas ta' żmien f'konformità mal-Artikolu 28, għandha tintwera, individwalment jew kollettivament bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda permezz ta' parti terza; |
|
(b) |
it-test għandu jsir permezz tas-simulazzjoni tal-wasla ta' struzzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti u l-iskonnessjoni sussegwenti tal-faċilità ta' kumpens statiku, u permezz tas-simulazzjoni tal-wasla ta' struzzjoni mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti u r-rikonnessjoni sussegwenti tal-faċilità; |
|
(c) |
it-test għandu jitqies li għadda b'suċċess jekk il-kundizzjonijiet speċifikati mill-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti skont l-Artikolu 28(2)(d)(f)(g)(h)(k) u (l) ikunu ġew issodisfati. |
KAPITOLU 3
Simulazzjoni tal-konformità
Artikolu 42
Dispożizzjonijiet komuni dwar is-simulazzjoni tal-konformità
1. Is-simulazzjoni tal-prestazzjoni ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew unità tad-domanda b'kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda f'faċiltà tad-domanda jew sistema ta' distribuzzjoni magħluqa għandha turi jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ġewx issodisfati jew le.
2. Għandhom isiru simulazzjonijiet meta:
|
(a) |
tkun meħtieġa konnessjoni ġdida għas-sistema tat-trażmissjoni; |
|
(b) |
unità tad-domanda ġdida użata minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa biex jiġu pprovduti servizzi ta' rispons għall-kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza lil TSO rilevanti tkun tqabbdet b'kuntratt f'konformità mal-Artikolu 30; |
|
(c) |
ikun seħħ żvilupp ulterjuri, sostituzzjoni jew modernizzar tat-tagħmir; |
|
(d) |
ikun hemm allegat nuqqas ta' konformità mill-operatur tas-sistema rilevanti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
3. Minkejja r-rekwiżiti minimi għas-simulazzjoni tal-konformità stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-operatur tas-sistema rilevanti, għandu dritt li:
|
(a) |
jippermetti lis-sid ta' faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO jwettaq sett alternattiv ta' simulazzjonijiet, sakemm dawk is-simulazzjonijiet ikunu effiċjenti u biżżejjed biex juru li l-faċilità tad-domanda jew is-sistema tad-distribuzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali; u |
|
(b) |
jitlob lis-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO jwettaq settijiet addizzjonali jew alternattivi ta' simulazzjonijiet f'dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni pprovduta lill-operatur tas-sistema rilevanti fir-rigward tas-simulazzjoni tal-konformità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 43, 44 u 45 ma tkunx biżżejjed biex turi konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
4. Is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jipproduċu rapport b'riżultati tas-simulazzjoni għal kull faċilità individwali tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni partikolari jew faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni. Is-sid tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandhom jipproduċu u jipprovdu mudell ta' simulazzjoni vvalidat għal faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni partikolari jew faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni partikolari. L-ambitu tal-mudelli ta' simulazzjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 21(1) u (2).
5. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jkollu d-dritt li jiċċekkja li faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament billi jwettaq is-simultazzjonijiet ta' konformità tiegħu stess abbażi tar-rapporti ta' simulazzjoni pprovduti, il-mudelli ta' simulazzjoni u l-kejl tat-test tal-konformità.
6. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jipprovdi lil sid il-faċilità tad-domanda, id-DSO jew is-CDSO bid-dejta teknika u mudell ta' simulazzjoni tan-netwerk, sal-punt meħtieġ biex jitwettqu s-simulazzjonijiet mitluba f'konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45.
Artikolu 43
Simulazzjonijiet tal-konformità għal faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni
1. Fir-rigward tas-simulazzjoni għall-kapaċità tal-potenza reattiva ta' faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni:
|
(a) |
għandu jintuża mudell ta' simulazzjoni tal-fluss ta' tagħbija fi stat stabbli tan-netwerk tas-sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni sabiex jiġi kkalkulat l-iskambju tal-potenza reattiva f'kundizzjonijiet ta' tagħbija u ta' ġenerazzjoni differenti. |
|
(b) |
kombinazzjoni ta' kundizzjonijiet ta' tagħbija minima u massima fi stat stabbli li jirriżultaw fl-iskambju l-aktar baxx u dak l-aktar għoli tal-potenza reattiva għandhom ikunu parti mis-simulazzjonijiet. |
|
(c) |
bħala parti mis-simulazzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 15, għandha tiġi kkalkulata l-esportazzjoni tal-potenza reattiva fi fluss ta' potenza attiva ta' inqas minn 25 % tal-kapaċità massima tal-importazzjoni fil-punt tal-konnessjoni. |
2. It-TSO rilevanti jista' jispeċifika l-metodu għas-simulazzjoni tal-konformità tal-kontroll attiv tal-potenza reattiva stabbilita fl-Artikolu 15(3).
3. Is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk ir-riżultati juru konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15.
Artikolu 44
Simulazzjonijiet tal-konformità għal faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni
1. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-kapaċità tal-potenza reattiva ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni mingħajr ġenerazzjoni fuq il-post:
|
(a) |
il-kapaċità tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni mingħajr ġenerazzjoni fuq il-post, fil-punt ta' konnessjoni, għandha tintwera; |
|
(b) |
għandu jintuża mudell ta' simulazzjoni tal-fluss tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni sabiex jiġi kkalkulat l-iskambju tal-potenza reattiva f'kundizzjonijiet ta' tagħbija differenti. Kundizzjonijiet ta' tagħbija minima u massima li jirriżultaw fl-ogħla skambju tal-potenza reattiva kif ukoll l-aktar wieħed baxxa għandhom ikunu parti mis-simulazzjonijiet. |
|
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk ir-riżultati juru konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(1) u (2). |
2. Fir-rigward tas-simulazzjoni tal-kapaċità tal-potenza reattiva ta' faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni bil-ġenerazzjoni fuq il-post:
|
(a) |
għandu jintuża mudell ta' simulazzjoni tal-fluss tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni sabiex jiġi kkalkulat l-iskambju tal-potenza reattiva f'kundizzjonijiet ta' tagħbija differenti u f'kundizzjonijiet ta' ġenerazzjoni differenti; |
|
(b) |
bħala parti mis-simulazzjonijiet, għandu jkun hemm kombinazzjoni ta' kundizzjonijiet ta' tagħbija u ta' ġenerazzjoni minima u massima li jirriżultaw fl-ogħla domanda tal-potenza reattiva u fl-aktar waħda baxxa fil-punt ta' konnessjoni; |
|
(c) |
is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk ir-riżultati juru konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(1) u (2). |
Artikolu 45
Simulazzjonijiet ta' konformità għall-unitajiet tad-domanda b'kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda
1. Il-mudell tal-unità tad-domanda użat minn sid ta' faċilità tad-domanda jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġi pprovvdut kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda, għandu jagħti prova tal-kapaċità teknika tal-unità tad-domanda li tipprovdi l-kontroll mgħaġġel ħafna tal-potenza attiva b'rispons għal avveniment ta' frekwenza baxxa fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30.
2. Is-simulazzjoni għandha titqies li rnexxiet jekk il-mudell juri konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30.
KAPITOLU 4
Monitoraġġ tal-konformità
Artikolu 46
Monitoraġġ tal-konformità għal faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni
Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tal-potenza reattiva applikabbli għall-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni:
|
(a) |
faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni għandha tkun mgħammra bit-tagħmir meħtieġ biex jitkejlu l-potenza attiva u dik reattiva, f'konformità mal-Artikolu 15; u |
|
(b) |
l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jispeċifika l-iskeda taż-żmien għall-monitoraġġ tal-konformità. |
Artikolu 47
Monitoraġġ tal-konformità għal faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni
Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tal-potenza reattiva applikabbli għall-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni:
|
(a) |
il-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni għandha tkun mgħammra bl-apparat meħtieġ biex jitkejlu l-potenza attiva u dik reattiva, f'konformità mal-Artikolu 15; u |
|
(b) |
l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jispeċifika l-iskeda taż-żmien għall-monitoraġġ tal-konformità. |
TITOLU IV
APPLIKAZZJONIJIET U DEROGI
KAPITOLU 1
Analiżi tal-kostijiet-benefiċċji
Artikolu 48
L-identifikazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti
1. Qabel ma jiġi applikat kwalunkwe rekwiżit stabbilit f'dan ir-Regolament għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti skont l-Artikolu 4(3), it-TSO rilevanti għandu jwettaq paragun kwalitattiv tal-kostijiet u l-benefiċċji relatati mar-rekwiżit li qiegħed jiġi kkunsidrat. Dan il-paragun għandu jqis l-alternattivi disponibbli bbażati fuq in-netwerk jew fuq is-suq. It-TSO rilevanti jista' jipproċedi biss biex iwettaq analiżi tal-kostijiet-benefiċċji kwantitattiva, f'konformità mal-paragrafi 2 sa 5, jekk il-paragun kwalitattiv jindika li l-benefiċċji probabbli jaqbżu l-kostijiet probabbli. Jekk, madankollu, il-kost jitqies għoli jew il-benefiċċju jitqies baxx, allura t-TSO rilevanti m'għandux jipproċedi aktar.
2. Wara stadju preparatorju skont il-paragrafu 1, it-TSO rilevanti għandu jwettaq analiżi tal-kostijiet-benefiċċji kwantitattiva ta' kwalunkwe rekwiżit ikkunsidrat għall-applikazzjoni għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti li jkunu wrew benefiċċji potenzjali bħala riżultat tal-istadju preparatorju skont il-paragrafu 1.
3. Fi żmien tliet xhur minn meta tiġi konkluża l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji, it-TSO rilevanti għandu jippreżenta fil-qosor is-sejbiet f'rapport li għandu:
|
(a) |
jinkludi analiżi tal-kostijiet-benefiċċji u rakkomandazzjoni dwar kif għandu jipproċedi; |
|
(b) |
jinkludi proposta għal perjodu tranżizzjonali biex jiġu applikati r-rekwiżiti għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti. Dan il-perjodu tranżizzjonali ma għandux ikun itwal minn sentejn mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja, jew fejn applikabbli, l-Istat Membru, dwar l-applikabbiltà tar-rekwiżit; |
|
(c) |
ikun soġġett għal konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 9. |
4. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-konsultazzjoni pubblika, it-TSO rilevanti għandu jipprepara rapport li jispjega l-eżitu tal-konsultazzjoni u jagħmel proposta dwar l-applikabbiltà tar-rekwiżit ikkunsidrat għall-faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti. Ir-rapport u l-proposta għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità regolatorja, jew fejn applikabbli, l-Istat Membru, u s-sid tal-faċilità tad-domanda, id-DSO, is-CDSO jew fejn applikabbli, parti terza, għandhom jiġu infurmati dwar il-kontenut tiegħu.
5. Il-proposta li ssir mit-TSO rilevanti lill-awtorità regolatorja jew fejn applikabbli, l-Istat Membru, skont il-paragrafu 4 għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
proċedura ta' notifika operazzjoni biex tintwera l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minn faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti; |
|
(b) |
perjodu ta' tranżizzjoni għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti, fejn għandhom jitqiesu l-klassijiet tal-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni u unitajiet tad-domanda użati minn faċilitajiet tad-domanda jew sistemi tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti, u kwalunkwe ostakli sottostanti għat-twettiq effiċjenti tal-immodifikar, armar mill-ġdid tal-apparat. |
Artikolu 49
Prinċipji tal-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji
1. Is-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda, id-DSOs u s-CDSOs għandhom jgħinu u jikkontribwixxu fl-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji magħmula skont l-Artikoli 48 u 53 u jipprovdu d-dejta meħtieġa kif mitluba mill-operatur tas-sistema rilevanti jew mit-TSO rilevanti fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mat-TSO rilevanti. Għat-tħejjija ta' analiżi tal-kostijiet-benefiċċji minn sid ta' faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, jew minn DSO/CDSO jew operatur prospettiv li jivvaluta deroga potenzjali skont l-Artikolu 52, it-TSO u d-DSO rilevanti għandhom jgħinu billi jikkontribwixxu għall-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji u jipprovdu d-dejta meħtieġa kif mitlub minn sid il-faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, jew mid-DSO/CDSO jew operatur prospettiv, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu t-talba, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor ma' sid il-faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, jew mad-DSO/CDSO jew operatur prospettiv.
2. L-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għandha tkun konformi mal-prinċipji li ġejjin:
|
(a) |
it-TSO rilevanti, sid il-faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, DSO/CDSO, jew operatur prospettiv, għandhom jibbażaw l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji fuq wieħed jew aktar minn dawn il-prinċipji ta' kalkolu li ġejjin:
|
|
(b) |
it-TSO rilevanti, sid il-faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, DSO/CDSO, jew operatur prospettiv, għandhom ukoll jikkwantifikaw il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi f'termini ta' titjib fis-sigurtà tal-provvistà u għandhom jinkludu tal-anqas:
|
|
(c) |
it-TSO rilevanti, sid il-faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, DSO/CDSO, jew operatur prospettiv, għandhom ukoll jikkwantifikaw il-benefiċċji għas-suq intern fl-elettriku, il-kummerċ transkonfinali u l-integrazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli, inklużi tal-anqas:
|
|
(d) |
it-TSO rilevanti għandu jikkwantifika l-kostijiet biex jiġu applikati r-regoli meħtieġa għal faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni u unitajiet tad-domanda eżistenti, inklużi tal-anqas:
|
KAPITOLU 2
Derogi
Artikolu 50
Setgħa li jingħataw derogi
1. L-awtoritajiet regolatorji fuq talba mis-sid tal-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv u DSO/CDSO jew operatur prospettiv, operatur ta' sistema rilevanti jew TSO rilevanti jistgħu jagħtu lis-sidien jew lis-sidien prospettivi tal-faċilitajiet tad-domanda, DSOs/CDSOs jew operaturi prospettivi, operaturi tas-sistema rilevanti jew TSOs rilevanti, derogi minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni u unitajiet tad-domanda, ġodda jew eżistenti skont l-Artikoli 51 sa 53.
2. Fejn applikabbli fi Stat Membru, id-derogi jistgħu jingħataw u jiġu revokati skont l-Artikoli 51 sa 53 minn awtoritajiet oħra għajr l-awtorità regolatorja.
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Kull awtorità regolatorja, wara li tikkonsulta lill-operaturi rilevanti tas-sistema, lis-sidien tal-faċilitajiet tad-domanda, DSOs, CDSOs u partijiet ikkonċernati oħra li tqishom milquta minn dan ir-Regolament, għandha tispeċifika l-kriterji għall-għoti tad-derogi skont l-Artikoli 52 u 53. Hi għandha tippubblika dawk il-kriterji fuq is-sit web tagħha u tinnotifikahom lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-awtorità regolatorja biex temenda l-kriterji jekk tikkunsidra li dawn mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-possibbiltà li jiġu riveduti u emendati l-kriterji għall-għoti tad-derogi m'għandhiex taffettwa d-derogi diġà mogħtija li għandhom jibqgħu fis-seħħ sad-data ta' skadenza ppjanati, kif speċifikat fid-deċiżjoni tal-għoti tal-eżenzjoni.
2. Jekk l-awtorità regolatorja tqis li dan ikun meħtieġ minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi marbuta mal-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema, din tista' tirrevedi u temenda sa mhux aktar minn darba f'sena l-kriterji għall-għoti ta' derogi skont il-paragrafu 1. Kull tibdil li jsir fil-kriterji m'għandux japplika għad-derogi li għalihom tkun diġà saret talba.
3. L-awtorità regolatorja tista' tiddeċiedi li faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni u unitajiet tad-domanda li għalihom tkun tressqet talba għal deroga skont l-Artikoli 52 jew 53 ma jkollhomx bżonn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, li minnhom tkun intalbet deroga, mid-data tat-tressiq tat-talba sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
Artikolu 52
Talba għal deroga minn sid ta' faċilità tad-domanda, operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni jew operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni magħluqa
1. Sidien ta' faċilitajiet tad-domanda jew sidien prospettivi u DSOs/CDSOs jew operaturi prospettivi jistgħu jitolbu deroga għal rekwiżit wieħed jew aktar ta' dan ir-Regolament għal faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni jew unitajiet tad-domanda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operatur ta' sistema rilevanti u TSO rilevanti.
2. Talba għal deroga għandha titressaq għand l-operatur tas-sistema rilevanti u għandha tinkludi:
|
(a) |
identifikazzjoni ta' sid ta' faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, id-DSO/CDSO jew operatur prospettiv, u persuna ta' kuntatt għal kwalunkwe komunikazzjoni; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, is-sistema tad-distribuzzjoni jew l-unità tad-domanda li għaliha qed tintalab deroga; |
|
(c) |
referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li minnhom qiegħda tintalab deroga u deskrizzjoni dettaljata tad-deroga mitluba; |
|
(d) |
raġunament iddettaljat, b'dokumenti ta' sostenn rilevanti u analiżi tal-kostijiet-benefiċċji skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 49; |
|
(e) |
turija li d-deroga mitluba ma jkollha ebda effett avvers fuq il-kummerċ transkonfinali. |
3. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta' talba għal deroga l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jikkonferma lil sid ta' faċilità tad-domanda jew sid prospettiv, jew lid-DSO/CDSO, jew operatur prospettiv, jekk it-talba hijiex kompleta. Jekk l-operatur tas-sistema rilevanti jqis li t-talba mhix kompleta, sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, għandu jippreżenta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa fi żmien xahar mill-wasla tat-talba għall-informazzjoni addizzjonali. Jekk sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew jekk id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba f'dak il-limitu ta' żmien, it-talba għal deroga titqies bħala rtirata.
4. L-operatur tas-sistema rilevanti għandu, f'koordinazzjoni mat-TSO rilevanti u ma' kwalunkwe DSO ta' biswitu affettwat, jivvaluta t-talba għal deroga u l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji pprovduta, filwaqt li jqis il-kriterji stabbiliti mill-awtorità regolatorja skont l-Artikolu 51.
5. Fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' talba għal deroga, l-operatur tas-sistema rilevanti għandu jibgħat it-talba lill-awtorità regolatorja u għandu jressaq il-valutazzjoni(jiet) imħejjija skont l-paragrafu 4. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahar jekk l-operatur tas-sistema rilevanti jfittex informazzjoni ulterjuri minn sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, u b'xahrejn jekk l-operatur tas-sistema rilevanti jitlob lit-TSO rilevanti jippreżenta valutazzjoni tat-talba għal deroga.
6. L-awtorità regolatorja għandha tadotta deċiżjoni li tikkonċerna kwalunkwe talba għal deroga fi żmien sitt xhur mill-ġurnata li fiha tirċievi t-talba. Dak il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż bi tliet xhur qabel ma jiskadi fil-każ li l-awtorità regolatorja titlob aktar informazzjoni minn sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, jew minn kwalunkwe parti interessata oħra. Il-perjodu addizzjonali għandu jibda meta tiġi rċevuta l-informazzjoni kompluta.
7. Sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, għandhom iressqu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità regolatorja fi żmien xahrejn mill-wasla ta' talba bħal din. Jekk sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew jekk id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba f'dak il-limitu ta' żmien, it-talba għal deroga titqies bħala rtirata, sakemm, qabel ma tiskadi:
|
(a) |
l-awtorità regolatorja ma tiddeċidix li tagħti estensjoni; jew |
|
(b) |
sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, ma jinfurmawx lill-awtorità regolatorja permezz ta' sottomissjoni motivata li t-talba għal deroga hija kompleta. |
8. L-awtorità regolatorja għandha toħroġ deċiżjoni motivata dwar talba għal deroga. Meta l-awtorità regolatorja tagħti deroga, din għandha tispeċifika t-tul tagħha.
9. L-awtorità regolatorja għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lil sid il-faċilità tad-domanda jew is-sid prospettiv, jew id-DSO/CDSO, jew l-operatur prospettiv, l-operatur tas-sistema rilevanti u t-TSO rilevanti.
10. Awtorità regolatorja tista' tirrevoka deċiżjoni li tagħti deroga jekk iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet sottostanti ma jibqgħux japplikaw jew fuq rakkomandazzjoni motivata mill-Kummissjoni jew rakkomandazzjoni motivata mill-Aġenzija skont l-Artikolu 55(2) ta' dan ir-Regolament.
11. Għal unitajiet tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessi f'livell ta' 1 000 V jew inqas, talba għal deroga tista' ssir skont dan l-Artikolu minn parti terza f'isem is-sid jew sid prospettiv ta' faċilità tad-domanda jew f'isem is-CDSO jew operatur prospettiv. Talba bħal din tista' tkun għal unità tad-domanda waħda jew diversi unitajiet tad-domanda fl-istess faċilità tad-domanda jew sistema ta' distribuzzjoni magħluqa. Fil-każ ta' dan tal-aħħar, u dejjem jekk il-kapaċità massima kumulattiva hija speċifikata, il-parti terza tista' tissostitwixxi d-dettalji meħtieġa mill-punt (a) tal-paragrafu 2 bid-dettalji tagħhom.
Artikolu 53
Talba għal deroga minn operatur tas-sistema rilevanti jew TSO rilevanti
1. L-operaturi tas-sistemi rilevanti jew it-TSOs rilevanti jistgħu jitolbu derogi għal faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-tramiżżjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni jew unitajiet tad-domanda ġewwa faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa konnessi jew li se jiġu konnessi man-netwerk tagħhom.
2. L-operaturi tas-sistema rilevanti jew it-TSOs rilevanti għandhom iressqu t-talbiet tagħhom għal deroga lill-awtorità regolatorja. Kull talba għal deroga għandha tinkludi:
|
(a) |
identifikazzjoni tal-operatur tas-sistema rilevanti jew it-TSO rilevanti, u persuna ta' kuntatt għal kwalunkwe komunikazzjoni; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, il-faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni, is-sistema tad-distribuzzjoni jew l-unità tad-domanda li għaliha qed tintalab deroga u l-kapaċità totali installata kif ukoll l-għadd ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni jew unitajiet tad-domanda; |
|
(c) |
ir-rekwiżit jew ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li għalihom tintalab deroga, b'deskrizzjoni ddettaljata tad-deroga motivata; |
|
(d) |
raġunament iddettaljat, bid-dokumenti ta' sostenn rilevanti kollha; |
|
(e) |
turija li d-deroga mitluba ma jkollha ebda effett negattiv fuq il-kummerċ transkonfinali; |
|
(f) |
analiżi tal-kostijiet-benefiċċji skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 49. Jekk ikun applikabbli, l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għandha titwettaq flimkien tat-TSO rilevanti u kwalunkwe DSO biswit. |
3. Fejn it-talba għal deroga tiġi ppreżentata minn DSO, l-awtorità regolatorja għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-wasla ta' dik it-talba, titlob lit-TSO rilevanti biex jivvaluta t-talba għal deroga fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-awtorità regolatorja skont l-Artikolu 51.
4. Fi żmien ġimagħtejn mill-jum wara l-wasla ta' tali talba għal valutazzjoni, it-TSO rilevanti għandu jikkonferma lid-DSO rilevanti jekk it-talba għal deroga hijiex kompleta. Jekk it-TSO rilevanti jikkunsidra t-talba bħala mhux kompluta, id-DSO rilevanti għandu jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa fi żmien xahar mill-wasla tat-talba għal informazzjoni addizzjonali.
5. Fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' talba għal deroga, it-TSO rilevanti għandu jressaq lill-awtorità regolatorja, il-valutazzjoni tiegħu, inkluż kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti. Il-perjodu ta' żmien ta' sitt xhur jista' jiġi estiż b'xahar meta t-TSO rilevanti jitlob għal aktar informazzjoni mid-DSO rilevanti.
6. L-awtorità regolatorja għandha tadotta deċiżjoni li tikkonċerna talba għal deroga fi żmien sitt xhur mill-ġurnata li fiha tirċievi t-talba. Meta t-talba għal deroga titressaq mid-DSO, il-perjodu ta' żmien ta' sitt xhur jibda jgħodd mill-jum wara l-wasla tal-valutazzjoni tat-TSO rilevanti skont il-paragrafu 5.
7. Il-perjodu ta' żmien ta' sitt xhur imsemmi fil-paragrafu 6, qabel l-iskadenza tiegħu, jista' jiġi estiż bi tliet xhur oħra meta l-awtorità regolatorja titlob informazzjoni oħra mill-operatur tas-sistema rilevanti li jkun qiegħed jitlob id-deroga jew minn kwalunkwe parti oħra interessata. Dan il-perjodu addizzjonali għandu jibda jgħodd mill-jum wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni kompluta.
L-operatur tas-sistema rilevanti għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità regolatorja fi żmien xahrejn mid-data tat-talba. Jekk l-operatur tas-sistema rilevanti ma jipprovdix l-informazzjoni addizzjonali mitluba fiż-żmien stipulat, it-talba għal deroga għandha titqies li ġiet irtirata sakemm, qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien:
|
(a) |
l-awtorità regolatorja ma tiddeċidix li tagħti estensjoni; jew |
|
(b) |
l-operatur tas-sistema rilevanti ma jinformax lill-awtorità regolatorja permezz ta' sottomissjoni motivata li t-talba għal deroga hija kompleta. |
8. L-awtorità regolatorja għandha toħroġ deċiżjoni motivata dwar talba għal deroga. Meta l-awtorità regolatorja tagħti deroga, din għandha tispeċifika t-tul tagħha.
9. L-awtorità regolatorja għandha tgħarraf lill-operatur tas-sistema rilevanti li jitlob id-deroga, it-TSO rilevanti u l-Aġenzija bid-deċiżjoni tagħha.
10. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jistabbilixxu aktar rekwiżiti li jikkonċernaw it-tħejjija tat-talbiet għal deroga mill-operaturi tas-sistema rilevanti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu d-delineazzjoni bejn is-sistema tat-trażmissjoni u s-sistema tad-distribuzzjoni fil-livell nazzjonali u għandhom jikkonsultaw mal-operatur tas-sistema, is-sidien ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-partijiet ikkonċernati, inkluż il-manifatturi.
11. Awtorità regolatorja tista' tirrevoka deċiżjoni li tagħti deroga jekk iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet sottostanti ma jibqgħux japplikaw jew fuq rakkomandazzjoni motivata mill-Kummissjoni jew rakkomandazzjoni motivata mill-Aġenzija skont l-Artikolu 55(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 54
Ir-reġistru tad-derogi mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom iżommu reġistru tad-derogi kollha li approvaw jew irrifjutaw u għandhom jipprovdu lill-Aġenzija b'reġistru aġġornat u kkonsolidat tal-anqas darba kull sitt xhur, li kopja minnhom għandha tingħata lill-ENTSO għall-Elettriku.
2. Ir-reġistru għandu b'mod partikolari, jinkludi:
|
(a) |
ir-rekwiżit jew ir-rekwiżiti li għalihom id-deroga qiegħda tingħata jew tiġi rifjutata; |
|
(b) |
il-kontenut tad-deroga; |
|
(c) |
ir-raġunijiet għall-għoti jew ir-rifjut tad-deroga; |
|
(d) |
il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-għoti tad-deroga. |
Artikolu 55
Monitoraġġ ta' derogi
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-proċedura tal-għoti ta' derogi bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru. Dawn l-awtoritajiet jew l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan il-għan.
2. L-Aġenzija tista' toħroġ rakkomandazzjoni motivata lil awtorità regolatorja biex tirrevoka deroga minħabba nuqqas ta' ġustifikazzjoni. Il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjoni motivata lil awtorità regolatorja jew awtorità rilevanti tal-Istat Membru biex tirrevoka deroga minħabba nuqqas ta' ġustifikazzjoni.
3. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, u tipprovdi raġunijiet għalfejn talbet jew ma talbetx ir-revoka tad-derogi.
TITOLU IV
GWIDA MHUX VINKOLANTI U MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 56
Gwida mhux vinkolanti dwar l-implimentazzjoni
1. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jħejji gwida bil-miktub mhux vinkolanti, u minn hemm 'il quddiem kull sentejn jipprovdiha lill-membri tiegħu u lil operaturi ta' sistema oħra dwar l-elementi ta' dan ir-Regolament li jeħtieġu deċiżjonijiet nazzjonali. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippubblika din il-gwida fuq is-sit web tiegħu.
2. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati meta jipprovdi gwida mhux vinkolanti.
3. Il-gwida mhux vinkolanti għandha tispjega l-kwistjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet u l-interdipendenzi li jridu jiġu kkunsidrati meta jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali.
Artikolu 57
Monitoraġġ
1. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-monitoraġġ għandu jkopri b'mod partikolari l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe diverġenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali ta' dan ir-Regolament; |
|
(b) |
il-valutazzjoni ta' jekk l-għażla tal-valuri u l-meded fir-rekwiżiti applikabbli għall-faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, il-faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, is-sistemi tad-distribuzzjoni u l-unitajiet tad-domanda koperti minn dan ir-Regolament jibqgħux validi. |
2. L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandha tipproduċi lista tal-informazzjoni rilevanti kollha li għandha tiġi kkomunikata mill-ENTSO għall-Elettriku lill-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 8(9) u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-lista tal-informazzjoni rilevanti tista' tkun soġġetta għall-aġġornamenti. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jżomm arkivju tad-dejta diġitali komprensiv, f'format standardizzat, bl-informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija.
3. It-TSOs rilevanti għandhom jippreżentaw lill-ENTSO għall-Elettriku l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
Abbażi ta' talba mill-awtorità regolatorja, id-DSOs għandhom jipprovdu lit-TSOs bl-informazzjoni skont il-paragrafu 2 sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà nkisbet mill-awtoritajiet regolatorji, l-Aġenzija jew l-ENTSO-E fir-rigward tal-kompiti rispettivi ta' monitoraġġ ta' implimentazzjoni tagħhom, bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni.
4. Meta l-ENTSO għall-Elettriku jew l-Aġenzija jistabbilixxu oqsma soġġetti għal dan ir-Regolament fejn, abbażi ta' żviluppi fis-suq jew l-esperjenza miġbura fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa rakkomandabbli li jkun hemm aktar armonizzazzjoni tar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament sabiex tiġi promossal-integrazzjoni tas-suq, għandhom jipproponu abbozzi ta' emendi għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 7 (1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 58
Emendi tal-kuntratti u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-klawżoli kollha rilevanti fil-kuntratti u t-termini u kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-konnessjoni mal-grilja ta' faċilitajiet ġodda tad-domanda ġodda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni ġodda konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni ġodda u unitajiet tad-domanda ġodda jinġiebu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2. Il-klawżoli kollha rilevanti fil-kuntratti u l-klawżoli rilevanti tat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-konnessjoni mal-grilja tal-faċilitajiet tad-domanda eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni eżistenti konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni eżistenti u unitajiet tad-domanda eżistenti, soġġetti għar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament, jew xi wħud minnhom skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 għandhom jiġu emendati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-klawżoli rilevanti għandhom jiġu emendati fi żmien tliet snin wara d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja jew l-Istat Membru kif jissemma fl-Artikolu 4(1).
3. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-ftehimiet bejn l-operaturi tas-sistemi u sidien ta' faċilitajiet tad-domanda ġodda jew eżistenti, jew operaturi ta' sistemi tad-distribuzzjoni ġodda jew eżistenti soġġetti għal dan ir-Regolament u marbuta mar-rekwiżiti tal-konnessjoni mal-grilja għal faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni, sistemi tad-distribuzzjoni u unitajiet tad-domanda użati minn faċilità tad-domanda jew sistema tad-distribuzzjoni magħluqa sabiex jiġu pprovduti servizzi tar-rispons tad-domanda lil operaturi tas-sistemi rilevanti u TSOs rilevanti, b'mod partikolari fil-kodiċijiet tan-netwerk nazzjonali, jirriflettu r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2)(b), l-Artikolu 6, l-Artikolu 51, l-Artikolu 56 u l-Artikolu 57, dan ir-Regolament japplika għal tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
(2) Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(3) Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
(4) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(5) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).
(6) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 tal-14 ta' April 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja (ĠU L 112, 27.4.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u pubblikazzjoni ta' dejta fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).
ANNESS I
Meded ta' frekwenzi u perjodi ta' ħin imsemmija fl-Artikolu 12(1)
|
Żona sinkronika |
Medda ta' frekwenzi |
Perjodu ta' ħin għat-tħaddim |
|
L-Ewropa Kontinentali |
47,5 Hz — 48,5 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas minn 30 minuta |
|
48,5 Hz — 49,0 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas mill-perjodu għal 47,5 Hz — 48,5 Hz |
|
|
49,0 Hz — 51,0 Hz |
Bla limitu |
|
|
51,0 Hz — 51,5 Hz |
30 minuta |
|
|
Iż-żona Nordika |
47,5 Hz — 48,5 Hz |
30 minuta |
|
48,5 Hz — 49,0 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas minn 30 minuta |
|
|
49,0 Hz — 51,0 Hz |
Bla limitu |
|
|
51,0 Hz — 51,5 Hz |
30 minuta |
|
|
Il-Gran Brittanja |
47,0 Hz — 47,5 Hz |
20 sekonda |
|
47,5 Hz — 48,5 Hz |
90 minuta |
|
|
48,5 Hz — 49,0 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas minn 90 minuta |
|
|
49,0 Hz — 51,0 Hz |
Bla limitu |
|
|
51,0 Hz — 51,5 Hz |
90 minuta |
|
|
51,5 Hz — 52,0 Hz |
15 minuta |
|
|
L-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq |
47,5 Hz — 48,5 Hz |
90 minuta |
|
48,5 Hz — 49,0 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas minn 90 minuta |
|
|
49,0 Hz — 51,0 Hz |
Bla limitu |
|
|
51,0 Hz — 51,5 Hz |
90 minuta |
|
|
Il-Baltiku |
47,5 Hz — 48,5 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas minn 30 minuta |
|
48,5 Hz — 49,0 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas mill-perjodu għal 47,5 Hz — 48,5 Hz |
|
|
49,0 Hz — 51,0 Hz |
Bla limitu |
|
|
51,0 Hz — 51,5 Hz |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux anqas minn 30 minuta |
It-tabella turi l-perjodi minimi ta' ħin li matulhom faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew sistema tad-distribuzzjoni jridu jkunu kapaċi joperaw fuq frekwenzi differenti, li jiddevjaw minn valur nominali, mingħajr skonnessjoni min-netwerk.
ANNESS II
Meded ta' vultaġġi u perjodi ta' ħin imsemmija fl-Artikolu 13(1)
|
Żona sinkronika |
Medda tal-vultaġġ |
Perjodu ta' ħin għat-tħaddim |
|
L-Ewropa Kontinentali |
0,90 pu — 1,118 pu |
Bla limitu |
|
1,118 pu — 1,15 pu |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO iżda mhux anqas minn 20 minuta u mhux aktar minn 60 minuta |
|
|
Iż-żona Nordika |
0,90 pu — 1,05 pu |
Bla limitu |
|
1,05 pu — 1,10 pu |
60 minuta |
|
|
Il-Gran Brittanja |
0,90 pu — 1,10 pu |
Bla limitu |
|
L-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq |
0,90 pu — 1,118 pu |
Bla limitu |
|
Il-Baltiku |
0,90 pu — 1,118 pu |
Bla limitu |
|
1,118 pu — 1,15 pu |
20 minuta |
It-tabella turi l-perjodi minimi ta' ħin li matulhom faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jridu jkunu kapaċi joperaw għal vultaġġi, li jiddevjaw mill-valur ta' referenza ta' 1pu, fil-punt ta' konnessjoni mingħajr skonnessjoni min-netwerk fejn il-bażi tal-vultaġġ għall-valuri pu hija ta' 110 kV jew aktar u sa 300 kV (imma mhux inkluż).
|
Żona sinkronika |
Medda tal-vultaġġ |
Perjodu ta' ħin għat-tħaddim |
|
L-Ewropa Kontinentali |
0,90 pu — 1,05 pu |
Bla limitu |
|
1,05 pu — 1,10 pu |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO iżda mhux anqas minn 20 minuta u mhux aktar minn 60 minuta |
|
|
Iż-żona Nordika |
0,90 pu — 1,05 pu |
Bla limitu |
|
1,05 pu — 1,10 pu |
Għandu jiġi speċifikat minn kull TSO, iżda mhux aktar minn 60 minuta |
|
|
Il-Gran Brittanja |
0,90 pu — 1,05 pu |
Bla limitu |
|
1,05 pu — 1,10 pu |
15 minuta |
|
|
L-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq |
0,90 pu — 1,05 pu |
Bla limitu |
|
Il-Baltiku |
0,90 pu — 1,097 pu |
Bla limitu |
|
1,097 pu — 1,15 pu |
20 minuta |
It-tabella turi l-perjodi minimi ta' ħin li matulhom faċilità tad-domanda konnessa għat-trażmissjoni, faċilità tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jew sistema tad-distribuzzjoni konnessa għat-trażmissjoni jridu jkunu kapaċi joperaw għal vultaġġi, li jiddevjaw mill-valur ta' referenza ta' 1pu, fil-punt ta' konnessjoni mingħajr skonnessjoni min-netwerk fejn il-bażi tal-vultaġġ għall-valuri pu hija bejn 300 kV u 400 kV (inklużi).