17.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/24 |
REGOLAMENT (UE) 2016/1384 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' Awwissu 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2016/22)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Attributi addizzjonali ta' statistika dwar investimenti f'titoli, li jmorru lil hinn minn dawk li huma preżentament meħtieġa taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (2), huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) tiġi pprovduta b'informazzjoni adegwata dwar l-investimenti f'titoli ta' gruppi bankarji. Dawn l-attributi addizzjonali għandhom jippermettu li ssir analiżi aktar profonda tar-riskji u l-iskoperturi fi ħdan is-sistema finanzjarja. Dan, min-naħa l-oħra, għandu jippermetti analiżi aktar profonda tal-mekkaniżmu ta' trasmissjoni tal-politika monetarja. L-estensjoni tal-ambitu tar-riskju tal-kreditu u ta' informazzjoni dwar il-kontabilità rrapportata f'termini tal-analiżi tal-istabbiltà finanzjarja u dik id-dejta ser tkun utli wkoll għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali. Hija meħtieġa wkoll sabiex tkun tista' tiġi vvalutata l-iskopertura tal-Eurosistema għar-riskju fil-konfront ta' kontropartijiet f'operazzjonijiet tal-politika monetarja. L-istruttura ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi emendata wkoll sabiex tikkjarifika r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-aġenti li jirrapportaw kemm għal dejta settorjali kif ukoll tal-grupp. |
(2) |
Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' rapportar għal-kustodji għandhom ikunu ċċarati sabiex jiġi evitat ir-rapportar doppju ta' titoli li jistgħu jiġu rrapportati minn diversi kustodji residenti fiż-żona tal-euro, pereżempju fil-każ ta' subkustodji. |
(3) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandu jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat skont kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat skont kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 3 huwa emendat skont kif ġej:
|
4. |
għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin: “Artikolu 3a Rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp 1. Aġenti li jirrapportaw id-dejta ta' grupp għandhom, fuq bażi trimestrali, jipprovdu lill-BĊN relevanti b'dejta fuq il-bażi ta' kull titolu dwar pożizzjonijiet ta' titoli fi tmiem it-trimestru miżmuma minnhom jew mill-gruppi tagħhom, inklużi entitajiet mhux residenti. Din id-dejta għandha tiġi rrappurtata fuq bażi grossa, mingħajr netting 'il barra mill-investimenti tal-grupp tat-titoli maħruġin minn entitajiet tal-istess grupp. Dik id-dejta għandha tiġi rrapportata skont l-istruzzjonijiet ta' rapportar stipulati mill-BĊNi relevanti. Aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw dejta dwar investimenti f'titoli, kif speċifikat fil-Kapitolu 2 tal-Anness I. 2. Aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp li huma meħtieġa jipprovdu dejta skont il-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw dejta fuq il-bażi ta' grupp fuq fuq il-bażi tar-rapportari ta' entità b'entità fir-rigward tal-istrumenti miżmuma mill-impriża prinċipali u/jew is-sussidjarji tagħha skont it-tabelli fil-Kapitolu 2 tal-Anness I. 3. Il-BĊN relevanti għandu jitlob li l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp jirrapportaw fuq bażi trimestrali, il-bandiera emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali), fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, u “emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu ta' kontabilità)”, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, għat-titoli b'kodiċi ISIN jew mingħajr li huma miżmuma mill-grupp tagħhom skont il-Kapitolu 2 tal-Anness I. 4. Aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp skont l-Artikolu 2(1)(b)(ii), għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-investimenti ta' dik l-istituzzjoni individwali jew instituzzjoni finanzjarja. Artikolu 3b Obbligi ġenerali ta' rapportar statistiku 1. Ir-rekwiżiti ta rapportar skont dan ir-Regolament, inklżi derogi minnu, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' rapportar li hemm f'dan li ġejjin: (a) Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (***); (b) Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (****); u (c) Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50). 2. Dejta titolu b'titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar ta' trimestru jew l-aħħar tax-xahar u, skont l-Artikolu 3(5), tagħrif statistiku fuq it-trimestru jew ix-xahar ta' referenza, għandha tiġi rrappurtata skont il-Partijiet 1, 2, 4, 5, 6, 7 u 8 tal-Anness II, u skont ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikoli 5, 5a u 5b; (***) Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73)." (****) Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).”;" |
5. |
L-Artikolu 4 huwa emendat skont kif ġej:
|
6. |
Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 4a u 4b li ġejjin: “Artikolu 4a Derogi għal aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp 1. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp mir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3a skont kif ġej:
2. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mir-rekwiżiti ta' rapportar lil aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp fir-rigward tal-bandiera “emittent huwa parti mill-grupp li jirrapporta (ambitu prudenzjali)”, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, kif stipulat fl-Artikolu 3a(3), sakemm il-BĊNi jkunu kapaċi jisiltu dik id-dejta minn dejta miġbura minn sorsi oħrajn. 3. Għal perijodu ta' sentejn mill-ewwel rapportar skont l-Artikolu 10b(2), il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mir-rekwiżiti ta' rapportar lil aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp fir-rigward tar-rapportar fuq il-bażi ta' entità b'entità stipulata fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għan entitajiet residenti barra mill-Unjoni sakemm il-BĊNi jkunu kapaċi jisiltu l-informazzjoni fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għall-entitajiet residenti barra mill-Unjoni bħala ħaġa sħiħa. Artikolu 4b Derogi ġenerali u qafas applikabbli għad-derogi kollha 1. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mir-rekwiżiti ta' rapportar taħt dan ir-Regolament jekk l-aġenti li jirrapportaw attwali jirrapportaw l-istess dejta taħt: (a) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (*****); (b) Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38); (c) Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40); jew (d) ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50); jew jekk il-BĊNi jkunu kapaċi jidderivaw l-istess dejta b'mezzi oħrajn, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III. 2. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stipulati taħt dan l-Artikolu, l-Artikolu 4 u 4a għall-finijiet tal-għoti, it-tiġdid jew l-irtirar, kif applikabbli u meta jkun meħtieġ, ta' xi deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena kalendarja. 3. Il-BĊNi jistgħu jissoġġettaw lill-aġenti li jirrapportaw attwali, li jkunu ngħataw derogi taħt dan l-Artikolu, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a għal rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali, meta aktar dettall ikun meqjus li huwsa meħtieġ mill-BĊNi. Aġenti li jirrapportaw attwali għandhom jirrapportaw id-dejta mitluba fi żmien 15-il jum ta' xogħol dwar talba magħmula mill-BĊN relevanti. 4. Meta jkunu ngħataw derogi minn BĊNi, aġenti li jirrapportaw attwali jistgħu madankollu jissodisfaw ir-rekwiżiti sħaħ ta' rapportar. Aġent attwali li jirrapporta li jagħżel li ma jużax id-derogi mogħtija mill-BĊN relevanti għandu jikseb il-kunsens minn qabel ta' dak il-BĊN sabiex juża d-derogi mogħtija f'data aktar tard. (*****) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).”;" |
7. |
L-Artikolu 5 huwa emendat skont kif ġej:
|
8. |
għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 5a u 5b li ġejjin: “Artikolu 5a Regoli ta' kontabbiltà għar-rapportar ta' dejta ta' grupp 1. Mingħajr preġudizzju għal prattiki ta' kontabbiltà nazzjonali, l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw investimenti f'titoli skont il-valutazzjonijiet indikati fil-Partijiet 4 u 8 tal-Anness II. 2. Mingħajr preġudizzju għall-prattiki nazzjonali tal-kontabbiltà u arranġamenti tal-innettjar, aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw investimenti f'titoli fuq bazi gross għall-iskopijiet ta' statistika. B'mod partikolari, investimenti f'titoli mill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp maħruġa mill-aġent li jirrapporta nnifsu u investimenti f'titoli mill-entitajiet legali individwali fil-grupp li jirrapporta identifikat taħt l-Artikolu 2(4) u maħruġa mill-entitajiet infushom għandhom jiġu rrapportati wkoll. Artikolu 5b Regoli ġenerali tal-kontabilità 1. Sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-regoli ta' kontabbilità segwiti mill-aġenti li jirrapportaw attwali għall-finijiet ta' rappurtar skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stipulati fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (******) jew, jekk din ma tapplikax, fi kwalunkwe standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li japplikaw għall-aġenti li jirrapportaw attwali. 2. Investimenti f'titoli mislufin taħt operazzjonijiet ta' self ta' titoli, jew mibjugħin taħt ftehimiet ta' xiri mill-ġdid, għandhom jiġu rreġistrati bħala investimenti mill-proprjetarju oriġinali, u mhux bħala investimenti tal-parti li takkwistahom temporanjament, meta jkun hemm impenn sod biex titreġġa' lura l-operazzjoni, għall-kuntrarju ta' sempliċi għażla li jsir hekk. Meta l-parti li takkwista t-titoli temporanjament tbiegħhom, dak il-bejgħ għandu jiġi rreġistrat bħala transazzjoni definittiva f'titoli u rrapportar mill-parti li takkwistahom temporanjament bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll ta' titoli relevanti. (******) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p.1).”;" |
9. |
L-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 6 Tempestività tad-dejta settorjali Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE:
|
10. |
l-Artikoli 6a u 6b li ġejjin għandhom jiddaħħlu: “Artikolu 6a Tempestività tad-dejta ta' grupp Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE dejta trimestrali titolu b'titolu dwar il-grupp skont l-Artikolu 3a(1) u l-Kapitolu 2 tal-Anness I sas-18:00 CET fil-55 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li miegħu tkun relatta d-dejta. Artikolu 6b Tempestività ġenerali 1. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu sa meta jkollhom bżonn jirċievu dejta minn aġenti li jirrapportaw attwali biex ikunu jistgħu jwettqu l-proċeduri ta' kontroll tal-kwalità meħtieġa u biex iħarsu l-iskadenzi fl-Artikoli 6 u 6a. 2. Meta skadenza msemmija fl-Artikoli 6 jew 6a tiġi f'jum meta TARGET2 tkun magħluqa, l-iskadenza għandha tiġi estiża għall-jum tax-xogħol li jmiss ta' TARGET2, kif ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE.”; |
11. |
L-Artikolu 10b li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 10b L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/22) (*******) 1. L-ewwel rapportat ta' dejta settorjali skont l-Artikolu 3 għandu jibda b'dejta għall-perijodu ta' referenza Settembru 2018. 2. L-ewwel raportar ta' dejta tal-grupp skont l-Artikolu 3a għandu jibda b'dejta għall-perijodu ta' referenza Settembru 2018; (*******) Ir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2016/22) (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 24).”" |
12. |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).
ANNESS
1. |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
(*) Meta disponibbli, is-subsetturi “gvern ċentrali” (S.1311), “gvern statali” (S.1312), “gvern lokali” (S.1313) u “fondi tas-sigurtà soċjali” (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.
(**) Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi “unitajiet domestiċi” (S.14) u “istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi” (S.15).”;
(***) Il-klassifikazzjoni tas-setturi li hemm fis-Sistema ta' Kontijiet Nazzjonali 2008 tapplika f'dan il-każ billi l-ESA 2010 ma tapplikax”;
(1) Għal dejta aggregata: numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta' prezz (ara l-qasam 4).
(2) Meta disponibbli, is-subsetturi “gvern ċentrali” (S.1311), “gvern statali” (S.1312), “gvern lokali” (S.1313) u “fondi tas-sigurtà soċjali” (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.
(3) Għal dejta aggregata: numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta' prezz (ara l-qasam 4).
(4) Meta disponibbli, is-subsetturi “gvern ċentrali” (S.1311), “gvern statali” (S.1312), “gvern lokali” (S.1313) u “fondi tas-sigurtà soċjali” (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.
(5) Fejn disponibbli, is-subsetturi “unitajiet domestiċi” (S.14) u “istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu unitajiet domestiċi” (S.15) huma rrapportati u identifikati separatament.”;
(6) Fejn tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 4a(3), l-oqsma tad-dejta li jirreferu għar-rapportar entità b'entità għandhom jiġu rrapportati skont ir-regoli nazzjonali rispettivi kif stabbiliti mill-BĊN li ta id-deroga b'mod li jiġi żgurat li d-dejta tkun omoġenja fir-rigward tar-rendikonti mandatorji.
(7) Fejn li tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 4a(3), l-oqsma tad-dejta li jirreferu għar-rapportar entità b'entità għandhom jiu rrapportati skont ir-regoli nazzjonali risettivi kif stabbiliti mill-BĊN li ta d-deroga b'mod li jiġi żgurat li d-dejta tkun omoġenja fir-rigward tar-rendikonti mandatorji.
(8) Approssimazzjonijiet alternattivi (bħal ammonti riportati) jistgħu jintużaw fuq i-bażi tal-“aħjar sforzi” jekk il-valur tas-suq ma jkunx disponibbli.
(9) Meta disponibbli, is-subsetturi “gvern ċentrali” (S.1311), “gvern statali” (S.1312), “gvern lokali” (S.1313) u “fondi tas-sigurtà soċjali” (S.1314) huma rrapportati identifikati separatament.”.
(****) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).”
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).