|
9.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1347
tat-8 ta' Awwissu 2016
li jemenda għall-250 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-3 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti ta' Politika Barranija
ANNESS
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
|
(a) |
“Aslan Avgazarovich Byutukaev (psewdonimu (a) Аслан Авгазарович Бютукаев, (b) Amir Khazmat, (c) Амир Хазмат, (d) Abubakar, (e) Абубакар. Data tat-twelid: 22.10.1974. Post tat-twelid: Kitaevka, Distrett ta' Novoselitskiy, Reġjun ta' Stavropol, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa. Indirizz: Akharkho Street, 11, Katyr-Yurt, Distrett ta' Achkhoy-Martanovskiy, iċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 3.8.2016.” |
|
(b) |
“Ayrat Nasimovich Vakhitov (psewdonimu (a) Айрат Насимович Вахитов, (b) Salman Bulgarskiy, (c) Салман Булгарский. Data tat-twelid: 27.3.1977. Post tat-twelid: Naberezhnye Chelny, ir-Repubblika ta' Tatarstan, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa. Informazzjoni oħra: Jista' juża passaport falz ta' ċittadin Sirjan jew Iraqqin. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 3.8.2016.” |