5.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1333

tal-4 ta' Awwissu 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Koreau li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-2 ta' Marzu 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2270 (2016) li tipprevedi miżuri ġodda kontra l-Korea ta' Fuq. F'konformità ma' dik ir-Riżoluzzjoni, fl-4 ta' April 2016 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilixxa, bis-saħħa tal-UNSCR 1718 (2006), lista ta' prodotti addizzjonali li għalihom japplikaw projbizzjonijiet fuq it-trasferiment, l-akkwist u l-forniment ta' assistenza teknika (“lista ta' prodotti sensittivi”).

(3)

Fl-4 ta' Awwissu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1341 (3) li tagħti effett lil dik il-miżura. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) tal-paragrafu 1u l-paragrafu 3, il-kliem “Annessi I, Ia u Ib” huma mibdula bil-kliem “Annessi I, Ia, Ib u Ig”;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Anness Ig għandu jinkludi oġġetti relatati mal-armi tal-qerda massiva, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif identifikat u nnominat bħala prodotti sensittivi, skont il-paragrafu 25 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2270 (2016).”.

2.

Fl-Artikolu 3 (1), fil-punti (a) sa (d), il-kliem “Annessi I, Ia u Ib” huma mibdula bil-kliem “Annessi I, Ia, Ib u Ig”.

3.

Fl-Artikolu 5c(4), is-sentenza introduttorja hija mibdula b'dan li ġej:

“4.   Transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 li jinvolvu trasferiment ta' fondi għal ammonti:”.

4.

Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, il-punt li ġej huwa miżjud:

“(g)

temenda l-Anness I abbażi ta' determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u żżid in-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Maqgħuda kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.”.

5.

It-test indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala l-Anness Ig.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1341 tal-4 ta' Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ara l-paġna 116 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS Ig

Oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 6 (1)”.


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda huma dawk applikabbli għall-prodotti rilevanti tan-Nomenklatura Magħquda definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u kif huma stabbiliti fl-Anness I għalih.