30.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1252

tat-28 ta' Lulju 2016

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/72 u (UE) 2015/2072 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Ċerti trasferimenti jew skambji tal-kwoti bejn il-Partijiet Kontraenti ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO) jiġu miftiehma fil-bidu tas-sena kalendarja. Għaldaqstant huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet legali rilevanti li jirregolaw it-trasferimenti u l-iskambji ta' kwoti taħt ir-Regolament (UE) 2016/72 jibqgħu applikabbli fil-bidu tal-2017.

(3)

Billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/72 dwar il-projbizzjonijiet ta' sajd ta' speċijiet vulnerabbli jew sajd f'perijodi li għandhom ikunu magħluqin għas-sajd jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi kontinwata, u sabiex tiġi evitata inċertezza legali matul il-perijodu bejn tmiem l-2016 u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017, huwa xieraq li jiġi previst li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-projbizzjonijiet u l-istaġuni magħluqa jkomplu japplikaw fil-bidu tal-2017, sad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017.

(4)

Abbażi tal-pariri xjentifiċi dwar l-istokkijiet tal-aringa fiż-żoni VIa(N) u VIa(S), VIIb u VIIc tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), jistgħu jiġu stabbiliti Qabdiet Totali Permissibbli sabiex tkun tista' tinġabar data li tiddependi fuq is-sajd fiż-żewġ żoni ta' ġestjoni. Dan itejjeb il-pariri xjentifiċi futuri dwar dawk l-istokkijiet.

(5)

Skont il-parir xjentifiku mill-ICES, jenħtieġ li jitnaqqsu l-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis). Wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jixraq li jiġu mmodifikati l-limiti għall-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana f'ICES IIIa u fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N.

(6)

Il-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) joffri appoġġ għal kwota kummerċjali addizzjonali żgħira sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-bastimenti tas-sajd fi programm xjentifiku dwar il-lingwata komuni fid-diviżjoni VIIa tal-ICES, li jitwettaq taħt kundizzjonijiet speċifiċi. Dik il-kwota addizzjonali jenħtieġ li tingħata biss għat-tul tal-programm xjentifiku u tkun mingħajr preġudizzju għall-istabbiltà relattiva.

(7)

Skont il-parir xjentifiku tal-ICES, jenħtieġ li jitnaqqsu l-qabdiet tal-laċċa kaħla fil-Baħar tat-Tramuntana. L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu stabbiliti filwaqt li jitqies il-fatt li tnaqqis sinifikanti għal għarrieda matul sena partikolari fil-limiti tal-qbid jipperikola s-sostenibbiltà soċjali u ekonomika tal-flotot involuti, filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm konformità mal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd. Għaldaqstant huwa xieraq li t-tabella korrispondenti tal-opportunitajiet tas-sajd tiġi modifikata. L-ammonti allokati għall-qabdiet tal-laċċa l-kaħla fl-2016 jenħtieġ li jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal dik l-ispeċi.

(8)

L-ICES jipprovdi parir xjentifiku għall-ispeċi squalus acanthias u l-kodiċi ta' rappurtar huwa bbażat ukoll fuq l-isem Latin tagħha. Madankollu, l-isem komuni użat f'ċerti verżjonijiet lingwistiċi fir-Regolament (UE) 2016/72 ma jikkorrispondix mal-isem Latin tal-ispeċi. Għaldaqstant, l-isem komuni jenħtieġ li jiġi kkoreġut fejn neċessarju.

(9)

L-opportunitajiet tas-sajd attwali għall-mazzola griża (squalus acanthias) huma stabbiliti għal 0 tunnellati. L-STECF evalwa proġett biex jiddaħħal l-evitar f'ħin reali tal-qbid tal-mazzola griża (squalus acanthias). Fl-evalwazzjoni tiegħu, l-STECF identifika l-potenzjal għall-proġett li jippromwovi l-evitar tal-qabdiet aċċessorji tal-mazzola griża (squalus acanthias). Il-bastimenti li jipparteċipaw fil-proġett jenħtieġ li jitħallew iħottu l-art kwantitajiet limitati ta' mazzola griża (squalus acanthias) li jew jkunu mejtin jew inkella li ma jgħixux anki jekk jinħelsu immedjatament. Bħala miżura ta' prekawzjoni biex ikun żgurat li ma jkunx hemm ħsara għall-irkupru fit-tul tal-istokk, dak il-ħatt l-art jenħtieġ li jkun soġġett għal limitu annwali globali ta' 270 tunnellata, b'limitu ta' mhux aktar minn żewġ tunnellati kull xahar għal kull bastiment li jipparteċipa fil-proġett. Il-lista tal-bastimenti parteċipanti kollha jenħtieġ li tiġi nnotifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(10)

Matul il-laqgħa intersessjonali tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) f'Marzu 2016, ġie miftiehem li l-Unjoni Ewropea talloka lill-Portugall parti mill-kapaċità tagħha ta' trobbija tal-ħut li ma tkunx intużat għall-provvista tat-tonn maqbud fis-selvaġġ għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut. Dak jippermetti lill-Portugall li jopera farm tat-tonn fil-ġejjieni. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi stabbilita l-provvista massima tat-tonn maqbud fis-selvaġġ li l-Portugall jista' jalloka għall-farm tiegħu.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 (2) jidentifika l-istokkijiet li jinsabu f'limiti bijoloġiċi sikuri fil-Baħar Baltiku. Skont l-aktar parir reċenti, l-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku jinsab f'limiti bijoloġiċi sikuri. Bħala konsegwenza, jixraq li tiġi mmodifikata l-identifikazzjoni tal-limiti bijoloġiċi sikuri stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(12)

Billi l-modifiki tal-limiti ta' qbid għandhom influwenza fuq l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġuni tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(13)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2016/72 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jemendaw dak ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għaċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(14)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2016/72 u r-Regolament (UE) 2015/2072 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/72

Ir-Regolament (UE) 2016/72 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-verżjoni fil-lingwa Ingliża, fl-Artikolu 12(1), fir-referenza għall-ispeċi squalus acanthias, il-kelma “spurdog” hija sostitwita bi “picked dogfish”.

(2)

Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Dan l-Artikolu għandu japplika sal-31 ta' Jannar 2017 għat-trasferimenti ta' kwoti minn Parti Kontraenti tal-RFMO lill-Unjoni u għall-allokazzjoni sussegwenti tagħhom lill-Istati Membri”.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 48a

Dispożizzjoni transizzjonali

Il-paragrafi 1, 2 u 5 tal-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikoli 13, 24, 25, 30, 34, 35, 36, 40, 42 u 46 għandhom ikomplu japplikaw, mutatis mutandis, fl-2017 sad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2017.”

(4)

L-Anness I, IA u IV għar- Regolament (UE) 2016/72 huma emendati kif indikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (UE) 2015/2072

L-Anness tar-Regolament (UE) 2015/2072 huwa emendat kif indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 tas-17 ta' Novembru 2015 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 1).


ANNESS I

EMENDI GĦALL-ANNESSI I, IA U IV GĦAR-REGOLAMENT (UE) 2016/72

A.

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/72 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ma jikkonċernax il-verżjoni bil-Malti;

(2)

Ma jikkonċernax il-verżjoni bil-Malti.

B.

L-Anness IA għar-Regolament (UE) 2016/72 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN (1)

(HER/5B6ANB)

Il-Ġermanja

466 (2)

 

 

Franza

88 (2)

 

 

L-Irlanda

630 (2)

 

 

In-Netherlands

466 (2)

 

 

Ir-Renju Unit

2 520  (2)

 

 

L-Unjoni

4 170  (2)

 

 

TAC

4 170

 

TAC analitika

(2)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fiż-żoni VIaS, VIIb u VIIc hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

VIaS (3), VIIb u VIIc

(HER/6AS7BC)

L-Irlanda

1 482

 

 

In-Netherlands

148

 

 

L-Unjoni

1 630

 

 

TAC

1 630

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

(3)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona IIIa hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

IIIa

(PRA/03 A.)

Id-Danimarka

3 813

 

 

L-Iżvezja

2 054

 

 

L-Unjoni

5 867

 

 

TAC

10 987

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”

(4)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi::

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta' 62° N

(PRA/04-N.)

Id-Danimarka

357

 

 

L-Iżvezja

155 (4)

 

 

L-Unjoni

512

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

(5)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona VIIa hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

Żona:

VIIa

(SOL/07 A.)

Il-Belġju

10 (5)

 

 

Franza

0 (5)

 

 

L-Irlanda

17 (5)

 

 

In-Netherlands

3 (5)

 

 

Ir-Renju Unit

10 (5)

 

 

L-Unjoni

40 (5)

 

 

TAC

40 (5)  (6)

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

(6)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

2 524  (7)

 

 

Id-Danimarka

199 746  (7)

 

 

Il-Ġermanja

2 524  (7)

 

 

Franza

2 524  (7)

 

 

In-Netherlands

2 524  (7)

 

 

L-Iżvezja

1 330  (7)  (8)

 

 

Ir-Renju Unit

8 328  (7)

 

 

L-Unjoni

219 500

 

 

In-Norveġja

20 000

 

 

Il-Gżejjer Faroe

5 500  (9)

 

 

TAC

245 000

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament

(7)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIa hija sostitwita b'dan li ġej:

Ma jikkonċernax il-verżjoni bil-Malti

(8)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV hija sostitwita b'dan li ġej:

Ma jikkonċernax il-verżjoni bil-Malti

(9)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Mazzola griża

Squalus acanthias

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

(DGS/15X14)

Il-Belġju

0 (10)  (11)

 

 

Il-Ġermanja

0 (10)  (11)

 

 

Spanja

0 (10)  (11)

 

 

Franza

0 (10)  (11)

 

 

L-Irlanda

0 (10)  (11)

 

 

In-Netherlands

0 (10)  (11)

 

 

Il-Portugall

0 (10)  (11)

 

 

Ir-Renju Unit

0 (10)  (11)

 

 

L-Unjoni

0 (10)  (11)

 

 

TAC

0 (10)  (11)

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament.

C.

Fil-punt (6) tal-Anness IV għar-Regolament (UE) 2016/72, it-Tabella B hija sostitwita b'dan li ġej:

“TABELLA B

Provvista massima ta' tonn maqbud fis-selvaġġ (f'tunnellati)

Spanja

5 855

L-Italja

3 764

Il-Greċja

785

Ċipru

2 195

Il-Kroazja

2 947

Malta

8 768

Il-Portugall

500”


(1)  Ir-referenza hija għall-istokk tal-aringa fil-parti taż-żona VIa tal-ICES li tinsab fil-Lvant tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u fit-Tramuntana tal-linja parallela tal-latitudni 55° N, jew fil-Punent tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u fit-Tramuntana tal-linja parallela tal-latitudni 56° N, minbarra x-xmara Clyde.

(2)  Għandu jiġi pprojbit is-sajd li jkollu fil-mira l-aringi fil-parti taż-żoni tal-ICES li hija soġġetta għal din it-TAC u li tinsab bejn 56° N u 57° 30′ N, bl-eċċezzjoni tal-ilmijiet f'faxxa ta' sitt mili nawtiċi mkejla mil-linja bażi tal-baħar territorjali tar-Renju Unit.”

(3)  Ir-referenza hija għall-istokk tal-aringa fiż-żona VIa li tinsab fin-Nofsinhar ta' 56° 00′ N u fil-Punent ta' 07° 00′ W.”

(4)  Il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju iswed iridu jingħaddu mal-kwoti ta' dawn l-ispeċijiet.”

(5)  Esklużivament għal qabdiet aċċessorji. Mhu permess l-ebda sajd dirett taħt din il-kwota.

(6)  Minbarra din it-TAC, l-Istati Membri li għandhom kwota għal-lingwata fiż-żona VIIa jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jallokaw total globali ta' 7 tunnellati lil bastiment wieħed jew aktar li jwettqu s-sajd xjentifiku dirett ivvalutat mill-STECF sabiex tittejjeb l-informazzjoni xjentifika dwar dan l-istokk (SOL/*07 A.). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-isem jew l-ismijiet tal-bastimenti lill-Kummissjoni qabel ma jippermettu l-ħatt l-art.”

(7)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet tal-barbun komuni u tal-merlangu jistgħu jingħaddu sa mhux iżjed minn 2 % tal-kwota (OTH/*2AC4C), sakemm dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota għal-laċċa kaħla.

(8)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(9)  Jista' jkun fihom sa 4 % ta' qabdiet aċċessorji ta' aringi”

(10)  Il-mazzola griża ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. Meta din tinqabad b'kumbinazzjoni fiż-żoni tas-sajd li fihom ma tkunx soġġetta għall-obbligu tal-ħatt l-art, ma għandhiex issirilha ħsara u għandha tinħeles minnufih. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.

(11)  B'deroga, bastiment li jipparteċipa fil-programm għall-evitar tal-qabdiet aċċessorji li jkun ġie evalwat b'mod pożittiv mill-STECF jista' jħott l-art mhux iżjed minn 2 tunnellati kull xahar ta' mazzola griża li tkun mejta fil-mument meta l-irkaptu jittella' abbord. L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm għall-evitar ta' qabdiet aċċessorji għandhom jiżguraw li l-ammont totali annwali ta' mazzola griża li tinħatt l-art abbażi ta' din id-deroga ma jkunx jaqbeż l-ammonti indikati hawn taħt. Huma għandhom jibagħtu l-lista ta' bastimenti parteċipanti lill-Kummissjoni qabel ma jippermettu l-ħatt l-art. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar iż-żoni ta' evitar bejniethom.

Speċi:

Mazzola griża

Squalus acanthias

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

(DGS/*15X14)

Il-Belġju

20

 

 

Il-Ġermanja

4

 

 

Spanja

10

 

 

Franza

83

 

 

L-Irlanda

53

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Il-Portugall

0

 

 

Ir-Renju Unit

100

 

 

L-Unjoni

270

 

 

TAC

270”

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament.


ANNESS II

EMENDA GĦALL-ANNESS GĦAR-REGOLAMENT (UE) 2015/2072

Fl-Anness għar-Regolament (UE) 2015/2072, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Id-Danimarka

19 958

 

 

Il-Ġermanja

12 644

 

 

L-Estonja

23 175

 

 

Il-Finlandja

10 447

 

 

Il-Latvja

27 990

 

 

Il-Litwanja

10 125

 

 

Il-Polonja

59 399

 

 

L-Iżvezja

38 582

 

 

L-Unjoni

202 320

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

Għandu japplika l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

TAC analitika”