|
29.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/70 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1246
tat-28 ta' Lulju 2016
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri Provviżorji
|
(1) |
Fid-29 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit (“HFP rebars”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/113 (“ir-Regolament provviżorju”) (2). |
|
(2) |
L-investigazzjoni nbdiet fit-30 ta' April 2015 (3) wara lment li ġie ppreżentat fis-17 ta' Marzu 2015 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni kollha ta' HFP rebars tal-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping tal-prodott imsemmi u ta' dannu materjali bħala riżultat ta' dan, li tqies biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni. |
2. Reġistrazzjoni ta' oġġetti importati
|
(3) |
Wara talba mill-ilmentatur li kien fiha biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku kienu sodisfatti, permezz tar-Regolament (UE) 2015/2386 (4), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta' HFP rebars li joriġinaw fiċ-Ċina soġġetti għal reġistrazzjoni mid-19 ta' Diċembru 2015. |
3. Proċedura sussegwenti
|
(4) |
Wara li ġew divulgati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien ġie impost dazju antidumping provviżorju (“id-divulgazzjoni provviżorja”), il-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-importaturi, l-utenti, u assoċjazzjoni ta' importaturi ppreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. |
|
(5) |
Is-seduti ta' smigħ saru mal-produtturi esportaturi Ċiniżi u ma' importaturi u utenti mhux relatati fl-Unjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati, u fejn xieraq, immodifikat is-sejbiet provviżorji skont dan. |
|
(7) |
Parti interessata talbet l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta biex tiġi vverifikata l-korrettezza tad-dejta mill-pajjiż analogu, peress li minħabba n-natura kunfidenzjali tagħha d-dejta ma kinitx ġiet divulgata fid-divulgazzjoni provviżorja. L-Uffiċjal tas-Seduta vverifika d-dejta u ma sab ebda żbalji. L-istess parti interessata talbet ukoll seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta sabiex tesprimi d-dubji tagħha dwar il-metodu għall-kalkolu tad-dazji. Fil-konklużjoni tas-seduta, l-Uffiċjal tas-Seduta sab li s-servizzi tal-Kummissjoni kienu mexxew l-investigazzjoni skont il-prattika aċċettata u regolari. |
|
(8) |
L-ilmentatur qies li fir-Regolament provviżorju, il-profitt fil-mira ma kienx ġie stabbilit b'mod korrett u ma kienx adegwat għall-industrija tal-HFP rebars. Wera d-dubji tiegħu dwar il-metodu li kien intuża biex jiġi stabbilit dan il-profitt u talab lill-Kummissjoni biex tapprofondixxi l-investigazzjoni tagħha dwar din il-kwistjoni. Għalhekk intbagħtu kwestjonarji speċifiċi lill-produtturi tal-Unjoni dwar il-livelli storiċi tal-profitabbiltà tagħhom qabel il-perjodu meqjus, jiġifieri mill-2005 sal-2010. L-erba' produtturi kollha tal-Unjoni li kienu inklużi fil-kampjun bagħtu t-tweġibiet, li, fl-istess ħin, ippreżentaw kalkoli riveduti dwar il-kost u l-profitabilità għall-perjodu kkunsidrat. |
|
(9) |
Wara r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, il-partijiet interessati kellhom perjodu ta' 20 jum biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Waslu kummenti mingħand il-produtturi tal-Unjoni, mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, mill-importaturi, mill-utenti, u minn assoċjazzjoni ta' importaturi. |
|
(10) |
Sabiex jiġi eżaminat jekk l-applikazzjoni retroattiva tad-dazji definittivi kinitx iġġustifikata, intbagħtu kwestjonarji lil importaturi mhux relatati dwar il-volumi tal-importazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjoni u l-inventarji tagħhom fil-perjodu wara l-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri mill-1 ta' April 2015 sal-31 ta' Jannar 2016. Waslu tweġibiet mingħand tliet produtturi mhux relatati. Intbagħtu wkoll kwestjonarji lil produtturi tal-Unjoni dwar il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom fil-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri mill-1 ta' April 2015 sal-31 ta' Jannar 2016. Waslu tweġibiet mingħand l-erba' produtturi kollha tal-Unjoni li kienu inklużi fil-kampjun. |
|
(11) |
Sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet għall-kwestjonarji imsemmija fil-premessi (8) u (10) hawn fuq, saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:
|
|
(12) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' HFP rebars (“id-divulgazzjoni definittiva”). Il-partijiet kollha ingħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni definittiva. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u fejn xieraq tqiesu. |
4. Kampjunar
|
(13) |
Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-metodu ta' kampjunar, is-sejbiet provviżorji stabbiliti fil-premessi (6) sa (11) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
5. Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(14) |
Kif stabbilit fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni dwar id-dumping u d-danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi fis-suq fl-2011 spjegati fil-premessa (148) tar-Regolament provviżorju, is-sena 2011 tnaqqsilha l-piż fl-analiżi tad-dannu, u l-iżviluppi li saru sa mill-1 ta' Jannar 2012 ingħataw aktar enfasi kif xieraq. Għalhekk l-indiċi huma bbażati fuq is-sena 2012, meta applikabbli. |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(15) |
Kif stabbilit fil-premessi (17) sa (19) tar-Regolament provviżorju, il-prodott soġġett għal investigazzjoni huwa żbarri u vireg tal-ħadid jew tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit, magħmula mill-ħadid, mill-azzar mhux illigat jew mill-azzar illigat (iżda minbarra l-azzar inossidabbli, l-azzar rapidu u l-azzar siliko-manganiż), mhux maħdum aktar ħlief irrumblat bis-sħana, iżda inkluż dawk mibruma wara l-irrumblar; dawn l-iżbarri u l-vireg fihom indentazzjonijiet, tqabbiż, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħra magħmula waqt il-proċess tal-irrumblar jew jiġu mibrumin wara l-irrumblar. Il-karatteristika ewlenija tar-reżistenza għolja għar-reħi hija l-kapaċità ta' materjal li jiflaħ stress ripetut mingħajr ma jinkiser u, b'mod speċifiku, il-kapaċità li jirreżisti f'eċċess ta' 4,5 miljun ċiklu ta' reħi bl-użu ta' proporzjon tal-istress (minimu/massimu) ta' 0,2 u medda ta' stress li taqbeż il-150 MPa. |
|
(16) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott deskritt fil-premessa (15) hawn fuq, li joriġina miċ-Ċina, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 20 00, ex 7228 30 20, ex 7228 30 41, ex 7228 30 49, ex 7228 30 61, ex 7228 30 69, ex 7228 30 70 u ex 7228 30 89. |
|
(17) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, importatur sostna li fil-prattika jkun diffiċli li l-prodott ikkonċernat jiġi sseparat minn tipi oħra ta' rebars, li jaqgħu taħt l-istess kodiċijiet NM. Allega li għalhekk l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni jistgħu bi żball jimponu dazji antidumping fuq prodotti oħra li mhumiex ikkonċernati mill-investigazzjoni u ma jimponux dazji fuq il-prodott ikkonċernat. |
|
(18) |
Kif spjegat fil-premessa (18) tar-Regolament provviżorju, id-definizzjoni tal-prodott tikkorrispondi b'mod esklussiv għar-rekwiżiti tal-Istandard Brittaniku BS4449 u hija normalment distingwibbli miċ-ċertifikazzjoni ta' CARES u l-immarkar imbuzzat fuq ir-rebars infushom. |
|
(19) |
L-importatur ma setax jispeċifika b'liema mod id-definizzjoni tal-prodott tista' tikkoinċidi jew tiġi konfuża mad-definizzjoni ta' tipi ta' rebars oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma hemm l-ebda problema ta' implimentazzjoni prattika tal-miżuri u rrifjutat it-talba. Il-Kummissjoni tosserva li ċ-ċertifikazzjoni ma ġietx inkluża fid-deskrizzjoni tal-prodott sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni permezz ta' importazzjonijiet ta' oġġetti mhux iċċertifikati li jiġu ċċertifikati biss ladarba jaslu fl-Unjoni. |
|
(20) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, żewġ partijiet interessati sostnew li fil-fatt il-prodott ikkonċernat qiegħed jinbiegħ ukoll fi Spanja u fil-Portugall, u li b'konsegwenza ta' dan il-figuri tal-Kummissjoni dwar il-konsum ma jinkludux il-konsum kollu fl-Unjoni. Il-partijiet interessati bbażaw id-dikjarazzjoni fuq dikjarazzjoni fuq is-sit web ta' produttur tal-Unjoni, li elenka lil Spanja u lill-Portugall bħala pajjiżi li jużaw rebars b'duttilità għolja. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni tirriafferma li rebars li jikkorrispondu għall-istandards Spanjoli u Portugiżi mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat, minħabba li r-rekwiżiti tekniċi tar-rebars fi Spanja u fil-Portugall ma jikkorrispondux mad-definizzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni attwali, kif stabbilit fil-premessa (15). Għalhekk din il-pretensjoni għandha tiġi miċħuda. |
|
(22) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-konklużjonijiet li waslu għalihom fil-premessi (17) sa (19) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
C. ID-DUMPING
|
(23) |
Id-dettalji tal-kalkolu tad-dumping, huma stabbiliti fil-premessi (21) sa (45) tar-Regolament provviżorju. |
|
(24) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, żewġ partijiet interessati tennew it-tħassib tagħhom, deskritt fil-premessa (22) tar-Regolament provviżorju, dwar il-fatt li għall-finijiet tal-kalkoli tal-marġnijiet tad-dumping u tad-danni, iż-żewġ gruppi ta' kumpaniji ġew ikkunsidrati bħala relatati. Dawn il-partijiet tennew argumenti preċedenti dwar in-nuqqas ta' ebda rabta operattiva bejn iż-żewġ gruppi u n-nuqqas ta' involviment fil-proċess deċiżjonali ta' xulxin. Barra minn hekk il-partijiet interessati rrilevaw li fi proċeduri antidumping li saru minn pajjiżi terzi (jiġifieri mill-Malasja, mit-Tajlandja u mill-Istati Uniti) dawn ġew trattati bħala entitajiet separati. Il-partijiet interessati inkwistjoni tennew l-istess argumenti f'dan ir-rigward wara d-divulgazzjoni definittiva. |
|
(25) |
Madankollu, il-Kummissjoni għadha tal-fehma li n-natura u s-saħħa tar-relazzjonijiet bejn il-gruppi, jiġifieri r-rabtiet kapitali tagħhom u d-dritt, li huwa stabbilit b'mod ċar fl-istatut ta' assoċjazzjoni, li jinnominaw l-uffiċjali ta' wieħed mill-gruppi fil-korpi statutorji tal-ieħor, ma jippermettux li dawn il-partijiet interessati jiġu trattati bħala entitajiet separati, b'mod partikolari minħabba li dik l-interkonnessjoni tagħmilha possibbli li tiġi stabbilita relazzjoni strutturali u kummerċjali aktar mill-qrib bejniethom mingħajr diffikultà. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet interessati jqajmu l-kwistjoni ta' trattament separat, filwaqt li fil-fatt din id-deċiżjoni ser twassal għal miżuri antidumping aktar stretti għal wieħed minnhom, jista' jwassal ukoll għall-konklużjoni ta' hawn fuq. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu li ssegwi d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi fil-proċeduri antidumping tagħhom abbażi tal-leġislazzjoni domestikament applikabbli tagħhom. Għalhekk, il-konklużjoni preliminari milħuqa fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju dwar it-trattament komuni taż-żewġ Gruppi ta' esportaturi hija b'dan ikkonfermata. |
|
(26) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata reġgħet qajmet it-tħassib tagħha dwar l-għażla tal-Afrika t'Isfel bħala pajjiż analogu u l-bini sussegwenti tal-valur normali abbażi ta' dan il-pajjiż. Il-parti interessata enfasizzat il-fatt li l-ebda tip ta' prodott mit-tmienja prodotti u mibjugħa mill-esportaturi Ċiniżi ma kien għadda mit-test tar-rappreżentanza ta' 5 % fuq il-bejgħ domestiku fl-Afrika t'Isfel u tlieta minnhom lanqas biss kienu prodotti mill-produttur tal-Afrika t'Isfel. Għalhekk ma kienx hemm il-kost tal-produzzjoni disponibbli għal dawn it-tliet tipi. Il-parti interessata kkontestat ukoll il-livell għoli ta' profitt (fuq medda ta' 10-20 % (5)) użat għall-valur normali maħdum. Fl-aħħar nett, il-parti interessata indikat li l-kost tal-produzzjoni fl-Afrika t'Isfel kien għoli, u saħansitra sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni, u allegat li dan jikkontradixxi l-konklużjoni provviżorja tal-Kummissjoni li l-Afrika t'Isfel hija suq miftuħ b'kompetizzjoni interna u esterna. |
|
(27) |
Bi tweġiba għad-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq, l-ewwel għandu jiġi spjegat li anki jekk produttur fil-pajjiż analogu ma jkollux biżżejjed volumi ta' bejgħ domestiku ta' ċerti tipi ta' prodotti biex jissodisfa t-test ta' rappreżentattività ta' 5 %, dan ma jwaqqafx it-twaqqif tal-valur normali għal dawn it-tipi ta' prodotti. Minħabba li dawn it-tipi kienu prodotti u mibjugħa mill-produttur tal-Afrika t'Isfel, il-valur normali kien maħdum abbażi tal-kost attwali tal-produzzjoni. Fir-rigward tat-tliet tipi ta' prodotti li ma jiġux prodotti fl-Afrika t'Isfel, il-valur normali maħdum tagħhom kien ibbażat fuq il-kost tal-produzzjoni tal-eqreb tipi ta' prodotti prodotti fl-Afrika t'Isfel. F'dan il-każ, l-eqreb tipi ta' prodotti ġew identifikati permezz ta' tibdil f'parametru wieħed biss tal-prodott, jiġifieri t-tul tiegħu. Minflok il-kost tal-produzzjoni (għal kull kg) għat-tulijiet qosra jew twal intuża l-kost tal-produzzjoni għat-tulijiet medji. Fir-rigward tal-profitt użat biex jinħadmu l-valuri normali, ġie applikat il-metodu standard. Għat-tipi ta' prodotti fejn ma kienx hemm bejgħ domestiku jew tranżazzjonijiet domestiċi profitabbli, intuża l-profitt medju tal-kumpanija fuq il-bejgħ domestiku kollu tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li dan il-profitt domestiku kien ivarja bejn 10-20 %. Barra minn hekk, il-Kummissjoni applikat ukoll is-sentenza tal-bord tad-WTO fil-kawża Norwegian Salmon (6) biex jinħadmu l-valuri normali għal dawk it-tipi ta' prodotti li ma kellhomx biżżejjed tranżazzjonijiet domestiċi profitabbli. F'dak il-każ, ġie applikat il-profitt attwali tat-tranżazzjonijiet domestiċi profitabbli għal kull tip ta' prodott. F'dak il-każ ir-rata tal-profitt kienet normalment inqas minn 10-20 %. |
|
(28) |
Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni fil-fatt uriet li l-kost tal-produzzjoni fl-Afrika t'Isfel huwa ogħla mill-kost u mill-prezzijiet tal-Industrija tal-Unjoni. Dan huwa l-kost attwali li ġie vverifikat fil-bini tal-produttur u nstab li l-produttur tal-Afrika t'Isfel kien irrapportah b'mod korrett. Il-Kummissjoni ma tarax kif dan jista' jikkontradixxi l-konklużjoni preliminari tagħha dwar il-ftuħ u n-natura kompetittiva tas-suq tal-Afrika t'Isfel. Għandu jiġi enfasizzat li filwaqt li l-prezzijiet tal-Industrija tal-Unjoni ġew imnaqqsa minħabba l-preżenza ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezz baxx miċ-Ċina, il-produttur tal-Afrika t'Isfel jista' jopera taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. Is-sitwazzjoni fl-Industrija tal-Unjoni mhijiex punt referenzjarju għall-għażla ta' pajjiż analogu li wara kollox huwa sostitut għaċ-Ċina. |
|
(29) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva l-parti interessata inkwistjoni kompliet tiżviluppa l-argumenti tagħha fir-rigward tal-prezzijiet domestiċi u l-kost tal-produzzjoni allegatament għoljin ħafna fil-pajjiż analogu li jindikaw li l-valur normali bbażat fuq dawn il-figuri huwa kważi 40 % ogħla mill-prezz indikattiv tal-Unjoni li kien intuża fid-determinazzjoni tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz. Il-parti interessata rabtet dawn il-prezzijiet domestiċi u l-kost tal-produzzjoni allegatament għoljin fil-pajjiż analogu ma' diversi miżuri għad-difiża tan-negozju li jipproteġu dak is-suq li jimminaw ukoll konklużjoni oħra tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tal-Afrika t'Isfel għall-kompetizzjoni. |
|
(30) |
Wara l-preżentazzjoni imsemmija hawn fuq reġgħet ġiet ivvalutata d-data dwar il-prezzijiet u l-kost fil-pajjiż analogu. L-ewwel nett, id-dikjarazzjoni hija esaġerati peress li l-prezzijiet mill-fabbrika tal-produttur tal-Afrika t'Isfel li ġew verifikati mill-Kummissjoni fuq il-post u li intużaw biex jiġi determinat il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi huma sostanzjalment aktar baxxi minn dawk allegati mill-parti interessata inkwistjoni. It-tieni nett, il-valutazzjoni mill-ġdid wasslet għall-identifikazzjoni ta' ċerti tipi ta' prodotti li jsiru biss skont l-istandards tal-Afrika t'Isfel u għalhekk ma kinux f'kompetizzjoni mat-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċiniżi. Minħabba li l-Kummissjoni żgurat tqabbil sħiħ tat-tranżazzjonijiet kollha ta' esportazzjonijiet Ċiniżi billi qabblithom ma' tipi ta' prodotti mill-Afrika t'Isfel li kienu f'kompetizzjoni diretta mat-tipi ta' prodotti esportati u li għalhekk kienu jeħtieġu livell inqas ta' aġġustamenti li wassal għal tqabbil aktar preċiż, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tieħux inkunsiderazzjoni dawn il-prodotti li ma kinux f'kompetizzjoni. Bħala konsegwenza, il-valuri normali u l-marġnijiet ta' dumping ġew riveduti 'l isfel għall-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun. Madankollu għandu jiġi enfasizzat li d-dikjarazzjoni nnifisha dwar il-ftuħ limitat tas-suq tal-pajjiż analogu minħabba l-eżistenza ta' miżuri għad-difiża tan-negozju hija rifjutata. Il-miżuri difensivi msemmija fil-preżentazzjoni jew ma għandhomx il-prodott ikkonċernat fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom (miżuri antidumping) jew dawn ġew imposti wara l-perjodu ta' investigazzjoni (miżuri ta' salvagwardja). Fi kwalunkwe każ, il-miżuri għad-difiża tan-negozju li pajjiż seta' applika biex jiġu ristabbiliti kundizzjonijiet kummerċjali ekwi ma jannullawx in-natura ta' ekonomija tas-suq ta' dan il-pajjiż u l-adegwatezza tiegħu bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq magħżul biex jiġi determinat il-valur normali għaċ-Ċina (7). |
|
(31) |
Filwaqt li ħadet inkonsiderazzjoni dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni preliminari tal-premessa (30) tar-Regolament provviżorju li l-Afrika t'Isfel hija pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li ma kienx possibbli li tinkiseb kooperazzjoni f'pajjiż ieħor b'ekonomija tas-suq, u li l-każistika tal-Qrati tal-Unjoni teħtieġ li f'tali sitwazzjoni l-Kummissjoni tuża d-data tal-pajjiż li għalih tkun inkisbet din il-kooperazzjoni. |
|
(32) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja żewġ partijiet interessati ddikjaraw li minħabba li l-prezzijiet tal-azzar, u b'mod parallel il-kost tal-produzzjoni, kienu waqgħu matul il-PI, il-Kummissjoni kien imissha kkalkolat il-marġnijiet ta' dumping u ta' dannu fuq bażi mensili jew, għall-inqas, fuq bażi trimestrali. B'mod partikolari, josservaw li altrimenti jiġu kkastigati dawk il-produtturi li kellhom ħafna bejgħ fix-xhur bikrin. Din id-dikjarazzjoni kienet imtennija wkoll wara d-divulgazzjoni definittiva. |
|
(33) |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-HFP rebars waqgħu matul il-PI u b'mod partikolari meta d-domanda kienet qiegħda tiżdied minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Din is-sitwazzjoni ma tidhirx li tirrikjedi jew li tiġġustifika l-użu ta' xi metodoloġija speċjali. Il-partijiet interessati stess jammettu li t-tnaqqis fil-kost kien fenomenu globali u ma kienx speċifiku għall-Unjoni. Għalhekk, it-tnaqqis fil-kost kellu jaffettwa lill-partijiet kollha bl-istess mod. Barra minn hekk, minkejja li kien hemm fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-materja prima u fil-prezzijiet tal-prodott finali, il-livell tal-varjazzjonijiet matul il-PI ma tali li jiġġustifika l-applikazzjoni ta' metodoloġija speċjali. Id-data ppreżentata mill-partijiet interessati li tirreferi għas-suq globali tal-azzar turi tnaqqis ta' madwar 12 % fil-prezzijiet. Fir-rigward tat-tnaqqis rapidu tal-prezzijiet tal-mineral tal-ħadid fis-suq Ċiniż (iktar minn 50 %), il-Kummissjoni tinnota li l-impatt tat-tnaqqis fuq il-prezzijiet tal-HFP rebars kien limitat għal 20 % fil-PI. Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezzijiet kienet biss ta' natura temporanja fis-sens li l-prezzijiet tas-suq dinji huma volatili, li huwa fenomenu normali għal dan it-tip ta' materja prima. Bidliet bħal dawn fil-prezzijiet tal-materja prima għandhom jitqiesu bħala parti normali mill-operazzjonijiet tan-negozju. Għalhekk l-evoluzzjoni osservata fil-prezz tal-materja prima matul il-perjodu ta' investigazzjoni ma tindikax il-ħtieġa ta' analiżi mensili, u lanqas ma tidher li hija tali li setgħet tinfluwenza sostanzjalment il-kalkoli tal-marġni tad-dumping u tad-danni. Fi kwalunkwe każ, id-determinazzjoni tal-valur normali fuq bażi mensili mhijiex fattibbli minħabba li t-testijiet tal-profittabilità tal-bejgħ domestiku ta' pajjiż analogu u l-kost tal-produzzjoni tal-produttur tal-pajjiż analogu kienu, b'mod konformi mar-regolament bażiku, determinati fuq bażi annwali għat-tipi kollha ta' prodotti li kienu esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. Din in-nuqqas ta' data tagħmilha impossibbli li jiġi stabbilit b'mod preċiż il-valur normali għal dawn il-perjodi ta' żmien tant qosra. |
|
(34) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, is-sejbiet provviżorji kif stabbiliti fil-premessi (21) sa (45) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati bl-aġġustament deskritt fil-premessa (30) hawn fuq. Il-marġnijiet definittivi tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, ġew aġġustati kif ġej:
|
D. DANNU
1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(35) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (46) sa (50) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(36) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment fir-rigward tal-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (51) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
3. Is-swieq ħielsa u magħluqin
|
(37) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment fir-rigward ta' swieq ħielsa u magħluqin, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (52) sa (56) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
4. Il-konsum tal-Unjoni
|
(38) |
Kif ġie spjegat fil-premessi (20) sa (21) hawn fuq, wara d-divulgazzjoni definittiva parti interessata ddikjarat li ċ-ċifri dwar il-konsum tal-Unjoni erronjement ma jkunux jinkludu l-konsum fi Spanja u fil-Portugall. Din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata minħabba li r-rebars li jintużaw fi Spanja u fil-Portugall ma jagħmlux parti mill-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(39) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (57) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
5. Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat
|
(40) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment fir-rigward tal-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet konċernati, is-sejbiet u l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (58) sa (61) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
|
(41) |
Kif ġie spjegat fil-premessa (62) tar-Regolament provviżorju, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit permezz ta' tqabbil bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fuq bażi CIF mal-prezzijiet tat-tipi ta' prodotti li jaqblu, aġġustat għal-livell tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(42) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-industrija tal-Unjoni sostniet li fil-każ preżenti, it-tqabbil tal-prezzijiet ma' kundizzjonijiet differenti ta' bejgħ, jiġifieri CIF kontra mill-fabbrika, iwassal għal sottovalutazzjoni tat-twaqqigħ attwali fil-prezz prattikat mill-esportaturi Ċiniżi. Dan huwa partikolarment minnu meta l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jiġu mqabbla mal-prezzijiet ta' prodotti mibjugħa mill-Ewropa kontinentali lejn ir-Renju Unit u l-Irlanda, li huma l-uniċi żewġ swieq fejn l-HFP rebars jintużaw esklussivament. Skont l-industrija tal-Unjoni, l-aġġustament tal-prezzijiet tal-Unjoni tal-produtturi li jbiegħu mill-Ewropa kontinentali lil livell mill-fabbrika ma jirriflettix il-kompetizzjoni attwali mal-importazzjonijiet miċ-Ċina li jiġu konsenjati lill-portijiet tar-Renju Unit u Irlandiżi, qrib l-istabbilimenti tal-klijenti tagħhom. L-industrija tal-Unjoni argumentat li l-livell ta' twaqqigħ tal-prezz u tal-eliminazzjoni tad-dannu (“bejgħ taħt il-prezz”) għandu jiġi stabbilit fil-punt l-aktar xieraq għal tqabbil, jiġifieri permezz ta' tqabbil bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet tal-Unjoni mal-wasla tagħhom fil-port tal-importazzjoni fir-Renju Unit u fl-Irlanda, sabiex jitqabblu l-prezzijiet Ċiniżi fil-livell CIF mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-istess destinazzjoni. L-industrija tal-Unjoni enfasizzat il-marġni wiesa' ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni fit-twaqqif tal-iktar metodu preċiż biex jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ taħt il-prezz. |
|
(43) |
Bi tweġiba għal dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-investigazzjoni wriet li fl-industriji tal-kostruzzjoni fi Stati Membri differenti jintużaw standards u gradi differenti. Filwaqt li l-istandard tal-HFP rebars jikkorrispondi mal-istandard adattati biex jiġu kkunsmati biss fir-Renju Unit u fl-Irlanda, il-produzzjoni sseħħ fir-Renju Unit u f'diversi Stati Membri oħra, b'mod partikolari fi Franza, fi Spanja u fil-Portugall Il-Kummissjoni tikkonferma li d-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz għandha tkun ibbażata fuq tqabbil ġust tal-prezz bejn tipi ta' prodotti li jaqblu. L-investigazzjoni stabbiliet li t-tipi ta' prodotti li jaqblu jiġu prodotti esklussivament mill-produtturi tal-Unjoni li jinsabu fl-Ewropa kontinentali li jikkonsenjaw il-prodotti tagħhom bil-baħar lejn portijiet fir-Renju Unit u fl-Irlanda. B'kuntrast, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-HFP rebars prodotti fir-Renju Unit huma ta' grad differenti mill-importazzjonijiet miċ-Ċina u għalhekk ma jistgħux jiġu mqabbla mal-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(44) |
Huwa ċar li f'dan il-każ l-importazzjonijiet miċ-Ċina jidħlu f'kompetizzjoni ma' prodotti tal-industrija tal-Unjoni biss meta jiġu konsenjati fir-Renju Unit jew fl-Irlanda. Il-klijenti jagħmlu d-deċiżjonijiet ta' xiri tagħhom abbażi ta' prezzijiet ikkwotati fl-istess punt ta' destinazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li sabiex tintlaħaq determinazzjoni ġusta ta' twaqqigħ tal-prezz, u sussegwentement ta' bejgħ taħt il-prezz, il-kalkoli għandhom jirriflettu tqabbil fil-livell tal-importazzjoni fir-Renju Unit jew fl-Irlanda. Għalhekk id-dikjarazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija aċċettata. |
|
(45) |
Madankollu, b'mod differenti mid-dikjarazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tqis li minflok il-livell CIF, l-aktar punt preċiż ta' tqabbil huwa l-livell fejn l-oġġetti jkunu ġew skarikat mill-bastimenti u jkunu laħqu l-art fil-port. Dan ifisser li fil-prezzijiet Ċiniżi dan it-tqabbil jinkludi l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni, li tipikament jitħallsu mill-importatur, li huma apparti l-ispejjeż CIF. L-investigazzjoni ma stabbiliet ebda differenza fil-kost tal-immaniġġjar tal-merkanzija fil-portijiet bejn il-kunsinni miċ-Ċina u dawk mill-Unjoni. B'kuntrast, tqabbil ġust għandu jirrifletti wkoll il-fatt li l-vjeġġi miċ-Ċina għandhom jgħaddu minn żdoganar tal-merkanzija fil-port tal-importazzjoni, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għal vjeġġi mill-Unjoni. |
|
(46) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni aġġustat id-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz għat-tqabbil tal-prezzijiet fil-punt fejn il-merkanzija kemm miċ-Ċina u mill-Unjoni tkun inħattet fir-Renju Unit jew fl-Irlanda. Minħabba dan, fil-prezz komparabbli tal-industrija tal-Unjoni ġie inkluż il-kost tat-trasport (fil-medda ta' bejn 25-35 EUR/tunnellata) u l-kost tal-immaniġġjar tal-merkanzija (fil-medda ta' bejn 5-10 EUR/tunnellata), li jikkorrispondi għal madwar 8 % tal-prezz CIF. L-istess aġġustament sar għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz kif spjegat fil-premessa (127) hawn taħt. |
|
(47) |
Għalhekk, il-premessi (62) sa (63) tar-Regolament provviżorju ġew sostitwiti bil-premessi li ġejjin: |
|
(48) |
Sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, u sa liema punt il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja ponderata għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-kost tal-merkanzija żbarkata billi żdiedu l-ispejjeż reali tal-konsenja sal-port tal-wasla u l-kost tal-immaniġġjar tal-merkanzija fil-port, u billi tnaqqsu s-senseriji u n-noti ta' kreditu, ġew mqabbla mal-prezzijiet medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, u aġġustati bi spejjeż ta' wara l-importazzjoni li jikkorrispondu għall-kost tal-immaniġġjar u tal-iżdoganar tal-merkanzija u billi tnaqqsu s-senseriji u n-noti ta' kreditu. Kif spjegat fil-premessa (103) tar-Regolament provviżorju, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit bi tqabbil ma' bejgħ lil konsumaturi mhux relatati biss u sempliċiment għal tipi ta' prodotti li jaqblu. Il-bejgħ lil partijiet relatati li sar mill-industrija tal-Unjoni kien esklussivament magħmul minn tipi ta' prodotti li ma kinux importati miċ-Ċina. |
|
(49) |
Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PI wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz li jvarja bejn 8,3 % u 11,8 %. Il-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping meta mqabbla ma' dawk tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat jispjegaw iż-żieda sinifikanti fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi u fis-sehem tas-suq li kellhom l-importazzjonijiet miċ-Ċina mill-2013 'l quddiem. |
|
(50) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet interessati ma qablux mat-tqabbil tal-prezzijiet abbażi tal-kost tal-merkanzija żbarkata. Żewġ partijiet interessati ddikjaraw l-oppożizzjoni tagħhom mingħajr ma ssostanzjaw għaliex dan ma kienx xieraq fil-każ inkwistjoni. Għalhekk din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tittieħed inkunsiderazzjoni. |
|
(51) |
Parti interessata oħra sostniet li t-tqabbil għandu jittratta l-industrija kollha tal-Unjoni u li għalhekk ma kienx korrett li jitqiesu l-prezzijiet f'pajjiż jew f'pajjiżi membri biss. Esprimiet it-tħassib tagħha li b'riżultat ta' dan kien se jinbidel il-prinċipju bażiku tat-twaqqif ta' prezzijiet tal-Unjoni. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni tafferma mill-ġdid li t-tqabbil tal-prezzijiet abbażi tal-kost tal-merkanzija żbarkata jibqa' eċċezzjonali. F'sitwazzjonijiet fejn il-konsum tal-Unjoni jista' jseħħ f'diversi Stati Membri, kif inhu normalment il-każ, it-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-Unjoni mill-fabbrika u l-prezzijiet CIF tal-importazzjoni huwa ġustifikat. Madankollu, fil-każ preżenti tqabbil differenti huwa eċċezzjonalment ġustifikat minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq, kif spjegat hawn fuq. |
|
(53) |
L-istess parti interessata talbet ukoll divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kost tat-trasport, il-kost tal-immaniġġjar tal-merkanzija u l-profitabilità, li kellha impatt fuq id-determinazzjoni meta mqabbla mal-miżuri provviżorji. |
|
(54) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-divulgazzjoni definittiva kienet tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet użati fil-kalkolu. Fil-premessa (41) tad-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali, il-Kummissjoni żvelat il-meded tal-kost tat-trasport u tal-immaniġġjar tal-merkanzija. Dan il-kost ġie espress f'meded sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni li kienu qegħdin jikkooperaw. Il-meded ippermettew lill-partijiet interessati li jivverifikaw il-fatti użati għad-determinazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda parti interessati ma kkontestat il-livell ta' dawn l-ispejjeż. Il-premessi (46) sa (49) tad-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali kienu jinkludu informazzjoni dettaljata dwar il-kalkoli tal-profitabbiltà, li tippermetti tqabbil mad-data divulgata fl-istadju provviżorju fil-premessi (81) sa (83) tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-partijiet interessati kienu ingħataw il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom biħsiebha timponi miżuri definittivi. |
|
(55) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet interessati argumentaw li l-produttur tal-Unjoni li jipproduċi esklussivament tipi ta' prodotti li ma jaqblux (“Grad Ċ”) ma setax ġarrab danni mill-importazzjoni miċ-Ċina (“grad B”) minħabba li ż-żewġ tipi ta' prodotti mhumiex f'kompetizzjoni ma' xulxin. Il-partijiet interessati argumentaw li sabiex tkun konsistenti, il-Kummissjoni kien imissha llimitat il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott u d-definizzjoni ta' industrija tal-Unjoni biss għall-grad B. Alternattivament, il-partijiet interessati allegaw li jekk il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott jinkludi kemm il-grad B u Ċ, mhuwiex korrett li t-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ taħt il-prezz jiġi kkalkulat abbażi ta' tipi ta' prodotti li jaqblu biss. Huma sostnew li hemm ftit differenza fil-kost tal-produzzjoni tal-grad B u tal-grad Ċ. Il-partijiet interessati argumentaw li f'dan il-każ il-Kummissjoni kien imissha injorat id-differenza bejn it-tipi ta' prodotti, biex b'hekk tinkludi t-tipi kollha ta' prodotti fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni tiċċara li kienet intużat il-metodoloġija standard fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott u t-tipi ta' prodotti. Il-prodott soġġett għall-investigazzjoni jinkludi diversi tipi ta' prodotti, li uħud jiġu importati miċ-Ċina filwaqt li oħrajn mhumiex. Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tipi differenti ta' prodotti qegħdin f'kompetizzjoni ma' xulxin, minħabba li l-grad Ċ jista' jintuża għall-applikazzjonijiet kollha fejn hemm bżonn tal-grad B. L-argumenti tal-partijiet interessati jenfasizzaw ukoll dan il-fatt. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott u d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni jinkludu kemm il-grad B u Ċ. L-indikaturi tad-dannu ġew stabbiliti abbażi tal-industrija kollha tal-Unjoni, f'konformità mal-prattika standard. Kif ġie spjegat fil-premessa (69) tar-Regolament provviżorju, anki kieku l-indikaturi tad-dannu kienu ġew stabbiliti abbażi tat-tipi ta' prodotti li jaqblu biss, dan ma kienx se jbiddel it-tendenzi osservati. |
|
(57) |
Fir-rigward tal-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet abbażi tan-numru ta' kontroll tal-prodott, jiġifieri qabblet prodotti tal-istess tip, skont il-prattika standard. Il-Kummissjoni tissottolinja wkoll li r-rappreżentattività tat-tipi ta' prodotti li jaqblu bejn it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċina u t-tipi ta' prodotti mibjugħa mill-industrija tal-UE fis-suq ħieles hija għolja. In-numri ta' kontroll tal-prodott jirriflettu, fost oħrajn, anke l-grad B jew Ċ. L-inklużjoni tal-grad bħala wieħed mill-karatteristiċi fin-numru ta' kontroll tal-prodott hija ġustifikata minħabba li ż-żewġ gradi għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti: il-grad Ċ għandu duttilità ogħla mill-grad B, li jagħmlu neċessarju għal ċerti applikazzjonijiet fejn ma jkunx jista' jintuża l-grad B. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-grad Ċ jinbiegħ bi prezz ogħla mill-grad B, u bħala medja l-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu huma ogħla. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni qieset din il-karatteristika tal-prodott fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Bħala riżultat, it-tqabbil tal-prezz bejn il-grad B u grad Ċ ma setax isir minħabba li ma kienx hemm tqabbil bejn it-tipi ta' prodotti mibjugħa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-grad Ċ mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni għat-tibdil tan-numru ta' kontroll tal-prodott minħabba li r-rappreżentattività tat-tipi ta' prodotti importati kienet għolja. Fl-istess waqt, il-fatt li tip ta' prodott mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni ma jaqbilx għal kollox mat-tipi ta' prodotti importati fl-UE mill-pajjiż ikkonċernat ma jeskludix il-fatt li dawn it-tipi ta' prodotti jikkompetu ma' xulxin u jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Għalhekk id-dikjarazzjoni tal-partijiet interessati għandha tiġi rifjutata. |
|
(58) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, żewġ partijiet interessati sostnew li l-prezzijiet tat-tipi ta' prodott li ma jaqblux ma kinux twaqqgħu minħabba l-importazzjonijiet miċ-Ċina, u li għalhekk proporzjon sinifikanti tas-suq tal-Unjoni ma ġiex affettwat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-prezzijiet tat-tipi ta' prodotti li ma jaqblux (grad Ċ) kienu ogħla minn dawk tat-tipi ta' prodotti li jaqblu (grad B), u għalhekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-grad Ċ b'aktar milli waqqgħu l-prezzijiet tal-grad B. L-importazzjonijiet miċ-Ċina nstabu li huma anke f'kompetizzjoni mal-bejgħ tal-grad Ċ, kif spjegat fil-premessa (56). Għalhekk, kuntrarjament għad-dikjarazzjoni tal-parti interessata, il-prezzijiet tal-Unjoni tat-tipi kollha ta' prodotti twaqqgħu mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (57) hawn fuq, id-determinazzjoni tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz kienet saret abbażi tan-numri ta' kontroll ta' prodotti li jaqblu sabiex tintlaħaq determinazzjoni oġġettiva u ġusta. Dan huwa għall-vantaġġ tal-produtturi Ċiniżi, minħabba li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma ġewx imqabbla ma' tipi ta' prodotti tal-Unjoni aktar għoljin. Fi kwalunkwe każ, it-tipi ta' prodotti li ma jaqblux kienu sempliċiment jirrappreżentaw parti żgħira tas-suq ħieles, peress li l-maġġoranza vasta tal-bejgħ tal-grad Ċ iseħħ fis-suq magħluq. Għalhekk din id-dikjarazzjoni għandha tiġi rifjutata. |
6. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(60) |
Fin-nuqqas ta' kummenti dwar ir-rimarki preliminari u l-indikaturi makroekonomiċi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (64) sa (80) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
|
(61) |
Wara divulgazzjoni provviżorja, kif spjegat fil-premessa (8) hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ppreżentat data riveduta dwar il-kost b'mod partikolari għall-perjodu kkunsidrat. Id-data riveduta li ġiet ivverifikata fl-istabbilimenti tagħhom tittratta wkoll il-fluss tal-flus u l-investimenti. Bħala riżultat ta' dan, reġgħu ġew iddikjarat l-indikaturi li jirrigwardaw il-kost, il-profitabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti biex jirriflettu l-informazzjoni verifikata. Filwaqt li t-tibdil jaffettwa kemmxejn il-livell eżatt ta' ċerti indikaturi, dan ma jbiddilx il-konklużjonijiet ġenerali dwar id-dannu tar-Regolament provviżorju Il-premessi (66) sa (68) ta' hawn taħt jissostitwixxu l-premessi (81) sa (83) tar-Regolament provviżorju. |
|
(62) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, għadd ta' partijiet interessati kkontestaw il-bażi proċedurali għall-preżentazzjoni tad-data riveduta u l-verifika tagħha mill-Kummissjoni. Il-partijiet interessati talbu informazzjoni addizzjonali dwar id-data riveduta, u sostnew li r-reviżjonijiet ipoġġu f'dubju l-konklużjoni ġenerali dwar l-eżistenza ta' dannu. |
|
(63) |
Dwar il-proċedura, il-Kummissjoni tinnota li l-preżentazzjonijiet il-ġodda indirizzaw il-mistoqsijiet jew l-ommissjonijiet li nstabu fl-istadju provviżorju u għalhekk l-għan tagħhom kien li titjieb l-eżattezza tas-sejbiet. Il-Kummissjoni aċċettat biss ir-reviżjonijiet li jistgħu jiġu vverifikati, li dan illimita l-impatt tal-preżentazzjonijiet riveduti meta mqabbla mad-dikjarazzjonijiet inizjali tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(64) |
Dwar il-konsegwenzi tat-tibdil fuq is-sejbiet dwar id-dannu, il-Kummissjoni tosserva, kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet tal-partijiet interessati, li l-impatt tal-modifiki kien wieħed żgħir. Il-Kummissjoni tosserva li l-aġġustamenti fil-prezzijiet tar-ruttam u l-kost tal-oġġetti mibjugħa kienu fil-medda ta' bejn 1 % u 2 %. Għalhekk it-tibdil ma jbiddilx is-sejbiet ġenerali dwar l-eżistenza ta' dannu. |
|
(65) |
Dwar il-fluss tal-flus minn bejgħ mhux relatat, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni d-data riveduta li ma kinitx disponibbli fl-istadju provviżorju. Il-korrezzjoni ma affettwax il-fluss tal-flus fuq il-bejgħ relatat, u lanqas ma bidlet il-konklużjoni li l-qagħda tal-fluss tal-flus iddeterjorat wara li bdew l-importazzjonijiet miċ-Ċina. Fir-rigward tar-redditu fuq l-investimenti u l-kost tal-impjiegi, il-Kummissjoni kkoreġiet żbalji klerikali fil-formuli fit-tabelli fil-premessi (83) u (91) tar-Regolament provviżorju. Dawn il-korrezzjonijiet ikkonfermaw il-konklużjonijiet dwar it-tnaqqis fir-redditu fuq l-investiment u l-impatt tal-kost lavorattiv. |
(a) Prezzijiet medji tal-bejgħ għal kull unità fis-suq tal-Unjoni u l-kost ta' unità tal-produzzjoni
|
(66) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqsu b'16 % mill-2012 sal-PI. It-tnaqqis fil-prezz jirrifletti x-xejra ta' tnaqqis ġenerali fil-prezz dinji tal-materja prima, kemm tar-ruttam imqatta' użat fl-Unjoni kif ukoll tal-minerali tal-ħadid użati fiċ-Ċina u fil-pajjiż analogu, kif muri fit-tabella hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(67) |
Madankollu, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, mill-2012 sal-PI, naqsu aktar malajr mill-prezzijiet tal-materja prima għar-ruttam imqatta', kemm f'termini assoluti kif ukoll relattivi. Kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt, dan irriżulta f'telf mill-2013 'il quddiem.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(68) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-likwidità tal-produtturi tal-Unjoni, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital żviluppaw kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(69) |
Fin-nuqqas ta' modifiki dwar il-profitabilità tal-bejgħ relatat, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (84) sa (85) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
|
(70) |
Bħala riżultat tad-data riveduta, il-premessi (86) sa (87) tar-Regolament provviżorju ġew sostitwiti bil-premessi (71) sa (72) hawn taħt: |
|
(71) |
Għall-bejgħ mhux relatat tagħhom, ittieħdet xejra simili bħal dik tal-bejgħ relatat. Il-bejgħ mhux relatat kien qiegħed jagħmel profitt fl-2012, kważi laħaq ekwilibriju fl-2013 u mbagħad beda' jagħmel telf mill-2014 'il quddiem. |
|
(72) |
Il-fluss tal-flus, li huwa l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess, kien inizjalment pożittiv għall-bejgħ mhux relatat, iżda naqas mill-2013, f'konformità mat-tnaqqis fil-profitti. Il-fluss tal-flus mill-bejgħ relatat kien negattiv fl-2011, iżda pożittiv fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, peress li l-prezzijiet tal-bejgħ relatat mhux bilfors jirriflettu l-prezzijiet tas-suq, il-fluss tal-flus mill-bejgħ relatat ma setax jiġi meqjus li jirrifletti l-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(73) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-indikaturi elenkati fil-premessa (68) hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (88) sa (89) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
(c) L-istokks
|
(74) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-istokks, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (90) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
(d) Il-kost lavorattiv
|
(75) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, wasal għall-attenzjoni tal-Kummissjoni żball li kien hemm fit-Tabella fil-premessa (91) tar-Regolament provviżorju. L-iżball klerikali kien jittratta l-formula tal-ispejjeż medji għal kull impjegat fit-tabella fil-premessa (91) tar-Regolament provviżorju. L-espressjoni “13 % tal-ispejjeż totali tal-produzzjoni” ġiet sostitwita b'“4 % tal-ispejjeż totali tal-produzzjoni”. It-tabella fil-premessa (91) tar-Regolament provviżorju ġiet sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:
|
||||||||||||||||||||||||
|
(76) |
Fid-dawl tal-premessa (91) tar-Regolament provviżorju, parti interessata kkummentat li mill-2012 sal-PI l-kost lavorattiv tal-industrija tal-Unjoni żdied b'mod sinifikanti. |
|
(77) |
Il-Kummissjoni tinnota li t-tabella kkoreġuta ta' hawn fuq turi żieda moderata ta' 5 % fil-kost lavorattiv medju mill-2012 sal-PI. Il-kumment tal-parti interessata nstab li huwa ġustifikat u ġie indirizzat fit-tabella kkoreġuta. Il-korrezzjoni ma tbiddilx il-konklużjoni ġenerali dwar id-dannu. |
7. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(78) |
Fil-premessa (93) tar-Regolament provviżorju, l-espressjoni “4 punti perċentwali” ġiet sostitwita b'“aktar minn 5 punti perċentwali”. |
|
(79) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar il-konklużjoni dwar id-dannu, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (92) sa (94) tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku huma kkonfermati. |
E. KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni u l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping
|
(80) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni nnifisha kienet dawret l-attenzjoni tagħha minn fuq il-prodott ikkonċernat għal fuq prodotti oħra. Għalhekk it-tnaqqis osservat fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat huwa riżultat tal-għażliet li saru mill-industrija tal-Unjoni u mhuwiex attribwibbli għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-parti interessata ddikjarat li għalhekk l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu minħabba li prodotti oħra għamlu tajjeb għat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, mingħajr ebda effett nett negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Din id-dikjarazzjoni ġiet ripetuta minn żewġ partijiet interessati wara d-divulgazzjoni definittiva. |
|
(81) |
Il-Kummissjoni tinnota li, kif spjegat fil-premessa (72) tar-Regolament provviżorju, l-istess makkinarju jista' jintuża kemm għall-manifattura ta' HFP rebars u ta' prodotti oħra. Madankollu, dan il-fatt ma jwassalx għall-konklużjoni li ż-żieda fil-produzzjoni tal-prodotti l-oħra hija l-kawża tat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-HFP rebars. Din ir-rabta kawżali tkun teżisti biss jekk il-makkinarju jkun qed jopera viċin il-kapaċità sħiħa tiegħu. F'inqas minn kapaċità sħiħa, kif inhu l-każ hawnhekk, tista' tiżdied il-produzzjoni ta' prodotti oħra mingħajr ma tikkawża t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-HFP rebars. Iż-żieda fil-produzzjoni ta' prodotti oħra ma taffettwax il-valutazzjoni tad-dannu għall-HFP rebars li ġiet stabbilita fis-sezzjoni D hawn fuq. Il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-produtturi tal-Unjoni kienu ħadu deċiżjoni attiva biex inaqqsu l-produzzjoni tal-HFP rebars sabiex jiffokaw fuq prodotti oħra. Għalhekk din il-pretensjoni għandha tiġi miċħuda. |
|
(82) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward l-introduzzjoni u l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (95) sa (99) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2. L-effett ta' fatturi oħrajn
2.1. Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
|
(83) |
Parti interessata qalet li l-kawża tad-dannu materjali hija l-ineffiċjenza tal-industrija tal-Unjoni u mhux l-importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-parti interessata allegat li n-nuqqas ta' esportazzjonijiet lejn swieq terzi u l-eżistenza ta' importazzjonijiet mit-Turkija lejn l-Unjoni, minkejja l-prezzijiet għoljin tagħhom, huma sinjali tal-ineffiċjenza tal-industrija tal-Unjoni. Il-parti interessata ddikjarat li bħala riżultat ta' dan, l-impożizzjoni ta' miżuri kontra l-importazzjonijiet miċ-Ċina mhijiex sejra tgħin lill-industrija tal-UE, peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jiġu sostitwiti minn importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Din id-dikjarazzjoni ġiet ripetuta minn żewġ partijiet interessati wara d-divulgazzjoni definittiva. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-2012, qabel bdew l-importazzjonijiet mill Ċina, l-industrija tal-Unjoni kienet profitabbli. Il-volumi tal-esportazzjonijiet kienu diġà żgħar, u dan ma waqqafx lill-industrija milli tagħmel profitt. Għalhekk id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx ġiet ikkawżata min-nuqqas ta' esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tosserva li d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni beda malli tfaċċaw l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina. |
|
(85) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li kif ġie spjegat fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju, matul il-PI l-importazzjonijiet mit-Turkija kienu jirrappreżentaw 2 % biss tas-sehem mis-suq u li għalhekk l-impatt tal-importazzjonijiet mit-Turkija ma kienx tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza biex tissostanzja l-allegata ineffiċjenza tal-industrija tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, instab li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż analogu. Għalhekk id-dikjarazzjoni għandha tiġi rrifjutata. |
|
(87) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (100) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2.2. Bejgħ lil partijiet relatati
|
(88) |
Parti interessata kkummentat li t-tnaqqis globali fil-bejgħ lil partijiet mhux relatati hija spjegata mill-fatt li produttur wieħed tal-Unjoni żied il-bejgħ lill-partijiet relatati tiegħu għad-detriment ta' partijiet mhux relatati. Il-parti interessata allegat li għalhekk it-tnaqqis fil-bejgħ mhux relatat ma ġiex ikkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, iżda minħabba li produttur wieħed tal-Unjoni qaleb il-bejgħ lejn klijenti relatati. |
|
(89) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li t-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati seħħ f'kuntest ta' żieda fil-konsum tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessi (74) sa (76) tar-Regolament provviżorju. Bejgħ relatat ma jistax jispjega għaliex il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux iżidu l-bejgħ tagħhom b'mod konformi mal-espansjoni fil-konsum. It-tieni nett, id-dikjarazzjoni ta' hawn dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni lil partijiet relatati hija kontradetta mit-tabella fil-premessa (74) tar-Regolament provviżorju li turi li l-bejgħ relatat ma żdiedx, iżda baqa' pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. L-argument dwar allegat żieda ta' bejgħ relatat għad-detriment tal-bejgħ mhux relatat huwa infondat u għalhekk ma jistax ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(90) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-bejgħ lil partijiet relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (101) sa (103) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(91) |
Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (104) sa (106) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2.4. Il-kriżi ekonomika
|
(92) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-kriżi ekonomika, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (107) sa (108) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2.5. Il-prezzijiet tal-materja prima prinċipali
|
(93) |
Parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni diskussa fil-premessi (109) sa (110) tar-Regolament provviżorju, li tgħid li l-kawża ewlenija tad-dannu huma l-ispejjeż aktar għoljin tal-metodi ta' produzzjoni u tal-materja prima tal-industrija tal-UE (ruttam u fran tal-elettriku) meta mqabbla maċ-Ċina (mineral tal-ħadid u faħam). Tgħid li r-raġunament tal-premessi (109) sa (110) tar-Regolament provviżorju naqas milli jqis ir-rati differenti ta' konsum tal-mineral tal-ħadid u tar-ruttam. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni ttenni, kif iddikjarat fil-premessa (110) tar-Regolament provviżorju, li ż-żewġ metodi ta' produzzjoni huma differenti u jużaw kombinazzjonijiet differenti ta' materja prima u enerġija. Il-parti interessata ma ppreżentat l-ebda data sostanzjata dwar l-allegat impatt tal-metodu ta' produzzjoni. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tosserva li l-piż tal-materja prima jlaħħaq madwar 60 % tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-kost tal-enerġija huwa fil-medda ta' 8-10 %. Kwalunkwe tfaddil fil-prezz tal-materja prima minħabba metodu alternattiv ta' produzzjoni jispiċċa talanqas parzjalment newtralizzat minn konsum akbar ta' enerġija. Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezzijiet taż-żewġ materji primi differenti mhumiex direttament komparabbli. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tosserva li l-marġni ta' dumping ġie stabbilit abbażi tal-valur normali fl-Afrika t'Isfel, u mhux abbażi tal-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija Ċiniżi. L-argumenti imressqa mill-parti interessata ma jurux li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni huwa dovut għall-metodu ta' produzzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li għalkemm it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-mineral tal-ħadid fiċ-Ċina seta' kellu impatt pożittiv fuq il-produtturi esportaturi Ċiniżi, fih innifsu l-metodu ta' produzzjoni ma jistax ikun il-kawża tad-dannu imġarrab mill-industrija tal-Unjoni u jkisser ir-rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina. Għalhekk din id-dikjarazzjoni trid tiġi rrifjutata. |
|
(95) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-prezz tal-materja prima ewlenija, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (109) sa (110) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2.6. Kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni
|
(96) |
Parti interessata qalet li t-tnaqqis fil-prezzijiet u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ma ġiex ikkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina iżda mill-kompetizzjoni ħarxa bejn il-produtturi tal-Unjoni. Allegat li dan huwa muri mit-tnaqqis kontinwu fil-prezzijiet fil-perjodu ta' wara l-PI, anki fin-nuqqas ta' importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni tinnota li matul il-PI instab li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina kienu waqqgħu l-prezzijiet tal-UE, u b'hekk ġiet stabbilita rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina. Fir-rigward tal-iżviluppi wara l-PI, il-Kummissjoni tinnota ż-żieda sinifikanti fl-inventarji ta' oriġini Ċiniża, li probabbilment maż-żmien dan se jispiċċa jrażżan il-prezzijiet anki fin-nuqqas ta' importazzjonijiet immedjati. Għalhekk dan l-argument għandu jiġi rrifjutat. |
2.7. Ir-rata tal-kambju tal-USD/GBP
|
(98) |
Parti interessata qalet li l-kawża tal-importazzjonijiet miċ-Ċina hija l-fluttwazzjonijiet fir-rata tal-kambju bejn il-GBP u l-USD. L-apprezzament tal-GBP kontra l-USD allegatament wassal biex il-produttur tar-Renju Unit ma baqax kompetittiv u fetaħ id-domanda għal importazzjonijiet miċ-Ċina, li huma kkwotati f'USD. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz hija bbażata fuq il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li jinsabu fi Franza, fil-Portugall u fi Spanja, filwaqt li d-determinazzjoni tad-dumping hija bbażata fuq il-valur normali fl-Afrika t'Isfel. Dawn is-sejbiet mhumiex affettwati minn fluttwazzjonijiet fir-rata tal-kambju tal-USD/GBP. Barra minn hekk, mill-2012 sal-PI l-USD apprezza kontra l-GBP. Għalhekk l-argument għandu jiġi rrifjutat. |
2.8. Fatturi oħra allegati
|
(100) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, għadd ta' partijiet interessati qalu li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma setgħux ikkawżaw id-dannu lill-produttur tal-Unjoni li tipi ta' prodotti tiegħu ma kienux jaqblux mat-tipi ta' prodotti importati miċ-Ċina. Dan huwa allegatament muri mir-rata aktar baxxa ta' profitt ta' dan il-produttur meta mqabbla mal-profitt medju tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Il-partijiet interessati sostnew li għandu jkun hemm fattur ieħor li qed jikkawża d-dannu lil dan il-produttur li l-Kummissjoni ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni, iżda ma speċifikawx kawża alternattiva possibbli. Il-partijiet interessati sostnew li l-produttur tal-Unjoni ma kellux jiġi inkluż fl-analiżi tad-dannu. |
|
(101) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa (69) tar-Regolament provviżorju, li tiċċara li anki jekk id-dannu kien ġie stabbilit abbażi tat-tipi ta' prodotti li jaqblu biss, dan ma kienx se jbiddel it-tendenzi osservati. It-tieni nett, kif spjegat fil-premessi (55) sa (57) hawn fuq, it-tipi ta' prodotti importati miċ-Ċina jistgħu jiġu sostituti mill-prodott li ma jaqbilx u għalhekk jistgħu jikkawżaw dannu anke lill-produttur tal-Unjoni li t-tipi ta' prodotti tiegħu ma kienux jaqblux mat-tipi ta' prodotti importati miċ-Ċina. It-tielet nett, il-profitti tal-produtturi differenti jistgħu jkunu differenti minħabba l-istrutturi speċifiċi tal-ispejjeż u tal-prezzijiet ta' kull produttur. Fl-aħħar nett, il-parti interessata ma ssuġġeriet ebda kawża alternattiva ta' dannu li tista' tkisser ir-rabta kawżali. Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-dikjarazzjoni għandha tiġi rrifjutata. |
2.9. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(102) |
Fil-qosor, il-Kummissjoni tqis li l-ebda argument imressaq mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni provviżorja ma jista' jbiddel is-sejbiet provviżorji li stabbilixxew rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (111) sa (114) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
|
(103) |
Abbażi tal-analiżi ta' hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, ġie konkluż li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(104) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, diversi partijiet interessati qalu li l-impożizzjoni tal-miżuri jmorru kontra l-interess tal-Unjoni. |
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
(105) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (115) sa (117) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(106) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (118) sa (124) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
3. L-interess tal-utenti
|
(107) |
Diversi partijiet interessati esprimew tħassib dwar id-disponibbiltà tal-provvista għall-utenti indipendenti. Irrilevaw li l-importazzjonijiet huma neċessarji sabiex tiġi sodisfatta d-domanda peress li l-kapaċità domestika hija ferm inqas mill-konsum. Skont dawn il-partijiet interessati, l-utenti indipendenti sejrin jiffaċċjaw diffikultajiet sabiex iġibu l-prodott ikkonċernat fil-każ li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma jibqgħux kompetittivi bħala riżultat tal-miżuri. Allegaw li ma hemmx sorsi alternattivi disponibbli minħabba li l-produttur tal-Unjoni li jinsab fir-Renju Unit qiegħed jagħti preferenza lill-utenti relatati tiegħu, u dan jirrestrinġi d-disponibbiltà tal-provvista għall-utenti indipendenti u potenzjalment jispiċċaw joħroġu mis-suq. Dan imbagħad iwassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq downstream, li jipperikola proporzjon kbir tal-impjiegi attwalment eżistenti mal-utenti indipendenti. Irrilevaw li fir-rigward tal-prodott ikkonċernat hemm aktar impjiegi involuti fl-industrija downstream milli f'dik tal-Unjoni. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-għan tal-miżuri antidumping mhuwiex li jiġi prekluż l-aċċess għas-suq għall-esportaturi li jipprattikaw id-dumping imma sabiex jiġi eliminat l-effett distortiv ta' dumping dannuż fuq il-kummerċ u tiġi restawrata kompetizzjoni effettiva fis-suq. Ladarba tiġi eliminata d-diskriminazzjoni fil-prezzijiet l-utenti jistgħu jkomplu jixtru l-HFP rebars miċ-Ċina. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (132) tar-Regolament provviżorju, hemm kapaċità żejda sinifikanti fl-Unjoni, b'mod partikolari ma' produtturi li jinsabu barra mir-Renju Unit u li ma għandhomx utenti relatati. Il-Kummissjoni tqis li ma tressaq ebda argument li juri li l-utenti indipendenti sejrin jiffaċċjaw diffikultajiet biex jixtru mingħand dawn il-produtturi tal-Unjoni. Bħala konsegwenza, l-utenti indipendenti jistgħu jkomplu jikkompetu fis-suq. Għalhekk l-argument għandu jiġi injorat. |
|
(109) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, żewġ partijiet interessati sostnew li l-miżuri mhumiex fl-interess tal-Unjoni minħabba li jekk jiġu imposti l-miżuri kontra l-importazzjonijiet miċ-Ċina l-utenti jispiċċaw jagħmlu telf. Madankollu l-partijiet interessati ma pprovdewx argumenti għaliex l-utenti ma jistgħux iduru għas-sorsi alternattivi ta' provvista spjegati hawn fuq. Għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet injorata. |
|
(110) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-interess tal-utenti, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (125) sa (136) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
4. L-interess tal-importaturi
|
(111) |
Xi partijiet interessati argumentaw li l-impożizzjoni tal-miżuri se jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi. L-importaturi ma jkunux jistgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijenti, li jwassalhom biex jagħmlu t-telf. Meta wieħed iqis il-marġni ta' profitt dejjaq tagħhom, ikunu fil-periklu li jfallu. |
|
(112) |
Madankollu l-Kummissjoni tinnota li l-produzzjoni domestika fir-Renju Unit mhijiex biżżejjed biex tforni l-konsum kollu, u dan iwassal għall-ħtieġa kontinwa ta' importazzjonijiet. L-importaturi se jkunu jistgħu jkomplu l-attività tagħhom billi jimportaw minn sorsi oħra ta' provvista u anke miċ-Ċina bi prezzijiet mhux dannużi wara l-impożizzjoni tad-dazji. Għalhekk mhuwiex probabbli li l-importaturi se jsofru effetti negattivi sostanzjali bħala riżultat tal-miżuri. |
|
(113) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-interess tal-importaturi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (137) sa (139) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(114) |
Fil-qosor, l-ebda argument imressaq mill-partijiet interessati ma juri li hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina. Kwalunkwe effett negattiv fuq l-utenti mhux relatati jittaffa permezz tad-disponibbiltà ta' sorsi alternattivi ta' provvista. Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat l-impatt globali tal-miżuri antidumping fuq is-suq tal-Unjoni, l-effetti pożittivi, b'mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jidhru li jegħlbu l-impatti potenzjalment negattivi fuq il-gruppi ta' interess l-oħra. Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (140) sa (142) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
G. L-IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TA' DAZJI ANTIDUMPING
|
(115) |
Kif imsemmi fil-premessa (3) hawn fuq, il-Kummissjoni għamlet importazzjonijiet HFP rebars li joriġinaw miċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni mid-19 ta' Diċembru 2015 wara talba mill-ilmentatur. |
|
(116) |
Ir-reġistrazzjoni tikkonċerna importazzjonijiet li saru bejn id-19 ta' Diċembru 2015 u l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji antidumping, jiġifieri d-29 ta' Jannar 2016. |
|
(117) |
Kif imsemmi fil-premessa (10) hawn fuq, kien hemm kooperazzjoni mill-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u minn tliet importaturi mhux relatati. L-importazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw 70 % tat-total tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-PI u 79 % tal-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina fil-perjodu ta' wara l-PI, jiġifieri minn April 2015 sa Jannar 2016. |
|
(118) |
Bosta partijiet interessati taw kummenti li jopponu ġbir retroattiv tad-dazji. L-industrija tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, talbet għal applikazzjoni retroattiva. |
|
(119) |
Skont l-Artikolu 10(4)(b) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti retroattivament jekk ikun hemm “flimkien mal-livell tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara matul il-perjodu ta' investigazzjoni, hemm żjieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta sseħħ u l-volum u ċirkustanzi oħra, x'aktarx taħdem b'mod serju kontra l-effett ta' rimedju tad-dazju kontra l-bejgħ taħt il-prezz li għandu jiġi applikat”. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni tosserva li wara r-reġistrazzjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina waqfu, bl-eċċezzjoni ta' konsenja waħda ta' bejn wieħed u ieħor 10 000 tunnellata li daħlu fl-Unjoni wara r-reġistrazzjoni. Verifika mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, fuq il-bażi ta' talba bbażata fuq l-Artikolu 6(4) tar-Regolament bażiku, ma wrietx dikjarazzjonijiet oħra li jappartjenu taħt il-kodiċi TARIC rilevanti, għalhekk l-istatistika tal-importazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tidher affidabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tosserva li r-reġistrazzjoni kienet biżżejjed biex twaqqaf l-importazzjonijiet kważi għal kollox u għalhekk biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-konsenja għalhekk x'aktarx ma timminax b'mod serju l-effett rimedjali tad-dazji. |
1. Konklużjoni dwar ir-retroattività
|
(121) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li waħda mill-kundizzjonijiet legali taħt l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku mhijiex issodisfata u għalhekk id-dazju ma għandhomx jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati. |
H. IL-MIŻURI DEFINITTIVI TA' ANTIDUMPING
1. Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġni ta' dannu)
|
(122) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-industrija tal-Unjoni kkontestat il-profitt fil-mira li intuża sabiex jiġi determinat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fil-premessa (147) tar-Regolament provviżorju, u argumentat li l-livell (+ 1,65 %) ma kienx biżżejjed u lanqas ma kien rappreżentattiv għal dak it-tip ta' industrija fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. L-industrija tal-Unjoni argumentat li l-Kummissjoni għandha tagħżel rata ogħla ta' profitt u ssuġġeriet għadd ta' metodi alternattivi sabiex tiġi determinata r-rata ta' profitt rilevanti. Kif issemma fil-premessa (8) hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ppreżentat ukoll data dwar il-profitti storiċi minn qabel il-perjodu kkunsidrat u ssuġġeriet li bħala alternattiva possibbli l-2008 tintuża bħala l-aktar sena adattata ta' referenza. Fl-aħħar nett, kif spjegat ukoll fil-premessa (61) hawn fuq, il-verifika tad-data riveduta dwar l-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat wasslet ukoll għal tibdil fil-profitabbiltà tagħhom. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni tosserva li d-data dwar il-profittabilità speċifikament relatata mal-prodott ikkonċernat tikkostitwixxi punt ta' riferiment aktar preċiż mid-data dwar il-profittabilità ta' prodotti oħra tal-azzar jew tas-settur tal-azzar inġenerali, li kienu l-bażi ta' uħud mill-metodi suġġeriti mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk dawk il-metodi ġew rifjutati. |
|
(124) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li d-data dwar il-profitabbiltà mill-perjodu kkunsidrat, jekk ikun hemm sena disponibbli b'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, tikkostitwixxi punt ta' riferiment aktar preċiż mid-data dwar il-profitabbiltà minn qabel il-perjodu kkunsidrat, li kien il-bażi ta' uħud mill-metodi l-oħra suġġeriti mill-industrija tal-Unjoni. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (147) sa (148) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni sabet li s-sena 2012 tirrifletti l-profitti li l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Għalhekk il-metodi li kienu bbażati fuq id-data mis-snin ta' qabel il-perjodu kkunsidrat ġew rifjutati. |
|
(125) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-livell ta' profitt provviżorjament determinat fil-premessa (147) tar-Regolament provviżorju kien konformi mad-dħul u mal-ispejjeż tas-sena 2012 ippreżentati mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni fl-istadju provviżorju. |
|
(126) |
Kif spjegat fil-premessa (61) hawn fuq, id-data riveduta ppreżentata u verifikata wara d-divulgazzjoni provviżorja wasslet għal tibdil fil-livell ta' ċerti indikaturi dwar il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti. Id-data riveduta ġiet applikata b'mod konsistenti għall-perjodu kollu meqjus. Bħala riżultat ta' dan, kif jista' jidher fit-tabelli fil-premessi (66) sa (68), l-ispejjeż u l-profitti kienu kemmxejn differenti fis-snin kollha. B'mod partikolari, il-profittabilità tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati miksuba fis-sena 2012 inbidlet għal + 4,8 %, filwaqt li fl-istadju provviżorju l-qligħ kien ta' 1,65 %. It-tibdil fil-profitabilità kien dovut għall-fatt li l-ispejjeż riveduti kienu aktar baxxi, li b'hekk wassal għal profitt ogħla. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni sabet li l-profitti li nkisbu fis-sena 2012 kienu jirriflettu l-profitti li l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' dumping. Għalhekk dan il-livell ta' profitt rivedut li inkiseb fl-2012 ġie applikat bħala l-profitt fil-mira fl-istadju definittiv biex jiġu stabbiliti l-marġni ta' dannu. Bħala riżultat, fil-premessa (147) tar-Regolament provviżorju, l-espressjoni “1,65 %” għandha tiġi sostitwita b'“4,8 %”. |
|
(128) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-industrija tal-Unjoni kkummentat li l-marġni ta' profitt ta' prodotti oħra u ta' perjodi oħra ma għandhomx jiġu esklużi bħala modi possibbli biex jiġi stabbilit il-profitt normali. L-industrija tal-Unjoni ssottolinjat ir-rwol tal-Kummissjoni li tagħmel valutazzjoni fattwali sabiex jiġi determinat il-marġni ta' profitt l-aktar preċiż f'kull sitwazzjoni. Fir-rigward il-każ attwali, l-industrija tal-Unjoni argumentat li l-2012 ma kinitx sena b'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minħabba l-prezzijiet għoljin tar-ruttam, id-domanda batuta u l-likwidazzjoni ta' produttur tar-Renju Unit li żiedu l-provvista fis-suq. Għalhekk minflok messhom intużaw il-marġni ta' profitt ta' prodotti oħra u/jew perjodi oħra. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni tinnota li kienet speċifikament analizzat is-sitwazzjoni fis-suq matul il-perjodu kkunsidrat fid-dawl tal-argumenti dwar il-prezzijiet tar-ruttam, id-domanda u l-likwidazzjoni ta' produttur imressqa mill-industrija tal-Unjoni fl-istadju provviżorju. Kif spjegat fil-premessa (148) tar-Regolament provviżorju, dawn iċ-ċirkostanzi wasslu lill-Kummissjoni biex tqis li s-sena 2011 ma kinitx perjodu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. B'kuntrast, il- Kummissjoni ma ssibx li dawn il-fatturi jiġġustifikaw l-esklużjoni tas-sena 2012. Fir-rigward tal-prezzijiet tar-ruttam, iż-żieda qawwija fil-prezzijiet seħħet kmieni fl-2011, u l-prezzijiet tar-ruttam komplew jonqsu fl-2012, kif muri fil-premessa (81) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tad-domanda allegatament batuta, mill-2011 sal-2012 il-konsum żdied b'9 %, kif muri fil-premessa (57) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tal-likwidazzjoni ta' produttur, it-tfixkil kellu impatt fuq is-suq b'mod partikolari fis-sena 2011, filwaqt li l-likwidazzjoni tlestiet kmieni fl-2012. |
|
(130) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tirrifjuta l-argumenti tal-ilmentatur u tafferma mill-ġdid il-konstatazzjoni li s-sena 2012 kienet perjodu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Peress li fil-perjodu li qed jiġi investigat hemm sena b'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, ma hemmx bżonn li d-determinazzjoni ta' profitt normali tkun ibbażata fuq perjodi oħra jew fuq prodotti oħra. |
|
(131) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata staqsiet jekk il-prezzijiet indikattivi tal-industrija tal-Unjoni kienu ġew ikkalkolati b'mod korrett u b'mod partikolari jekk il-Kummissjoni kinitx ikkalkolat il-profitt attwali u l-profitt fil-mira separatament għal kull PCN jew jekk il-Kummissjoni kinitx użat l-istess marġni ta' profitt għall-PCNs kollha. |
|
(132) |
Bi tweġiba għall-mistoqsija, il-Kummissjoni tikkonferma li kienet intużat il-metodoloġija standard: il-prezz indikattiv għal kull unità ġie kkalkulat billi l-profitt fil-mira stabbilit hawn fuq ġie miżjud mal-kost individwali ta' produzzjoni ta' kull PCN separat. B'kuntrast, il-profitt effettivament miksub kien differenti għal kull PCN, u laħħaq id-differenza bejn il-prezz medju tal-bejgħ u l-ispejjeż medji għal kull PCN individwali. Għalhekk il-mistoqsija tal-parti interessata hija meqjusa bħala imwieġba. |
|
(133) |
Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessi (40) sa (49) hawn fuq, it-tqabbil tal-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-produtturi tal-Unjoni ġie aġġustat għal-livell tal-oġġetti żbarkati fir-Renju Unit jew fl-Irlanda. Bħala riżultat, il-kalkolu tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu ġie modifikat ukoll biex jirrifletti tqabbil tal-prezzijiet tal-livell tal-prodotti żbarkati fil-port fir-Renju Unit jew fl-Irlanda. Minħabba dan żdied il-marġni tad-dannu. |
|
(134) |
Parti interessata enfasizzat li l-livell tal-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping tal-produtturi esportaturi Ċiniżi jidhru kontradittorji, peress li l-produtturi b'marġnijiet ogħla ta' dumping għandhom marġnijiet ta' dannu iktar baxxi. |
|
(135) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-valur normali huwa bbażat fuq il-pajjiż analogu u għalhekk huwa l-istess għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha. Għalhekk tabilħaqq jista' jkun mistenni li marġni ogħla ta' dumping jkun konsegwenza ta' prezzijiet CIF aktar baxxi tal-esportazzjoni, li dan iwassal ukoll għal marġni ogħla ta' bejgħ taħt il-prezz. Madankollu, l-esportazzjonijiet ta' produttur esportatur Ċiniż wieħed (Xicheng Grupp) lejn l-Unjoni saru permezz ta' kumpaniji kummerċjali indipendenti li jinsabu fiċ-Ċina. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkolu tal-marġni ta' dumping ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet fatturati lill-kumpaniji kummerċjali indipendenti, filwaqt li l-prezzijiet CIF użati għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet imħallsa mill-ewwel xerrejja indipendenti fl-Unjoni. Il-prezzijiet CIF kienu talanqas 20 % ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni. L-effett ta' din id-differenza fil-mezzi ta' bejgħ kien żieda fid-differenza bejn il-marġni ta' dumping u l-marġni ta' dannu ta' dan il-produttur esportatur. |
|
(136) |
Meta wieħed iqis it-tibdil fil-profitt fil-mira imsemmi fil-premessa (121) hawn fuq, fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-konklużjonijiet l-oħra milħuqa fil-premessi (144) sa (151) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2. Miżuri definittivi
|
(137) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġni tal-ħsara, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri. Il-Kummissjoni tinnota li anki jekk jiġu aċċettati d-dikjarazzjonijiet tal-partijiet interessati dwar il-marġni ta' dumping, dan ma kienx sejjer ibiddel il-livell tal-miżuri. |
|
(138) |
Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:
|
|
(139) |
Ir-rati tad-dazju antidumping għal kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni attwali. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, bl-isem u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(140) |
Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat, assoċjat per eżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpa,niji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali. |
|
(141) |
Sabiex ir-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati ta' dazju jiġu minimizzati, hemm bżonn ta' miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Il-kumpaniji b'dazji antidumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura għandhom ikunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(142) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju residwu ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx iżda anke għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. |
3. Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji
|
(143) |
Fid-dawl tal-marġnijiet ta' dumping li nstabu u minħabba l-livell ta' dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju impost bir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru b'mod definit. |
|
(144) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-ħadid jew tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit, magħmula mill-ħadid, l-azzar mhux illigat jew l-azzar illigat (iżda minbarra l-azzar inossidabbli, l-azzar rapidu, l-azzar siliko-manganiż), mhux maħdum aktar ħlief irrumblat bis-sħana, iżda inkluż dak mibrum wara l-irrumblar; dawn l-iżbarri u l-vireg fihom indentazzjonijiet, tqabbiż, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħra magħmula waqt il-proċess tal-irrumblar jew jiġu mibrumin wara l-irrumblar; Il-karatteristika ewlenija tal-prestazzjoni li tiflaħ għal ħafna reħi hija l-kapaċità li tkun tiflaħ għal stress ripetut mingħajr ma tinkiser u, speċifikament, il-kapaċità li tirreżisti għal aktar minn 4,5 miljun ċiklu ta' reħi bl-użu ta' proporzjon ta' stress (minimu/massimu) ta' 0,2 u firxa tal-istress li taqbeż l-150 MPa, li attwalment taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 20 00, ex 7228 30 20, ex 7228 30 41, ex 7228 30 49, ex 7228 30 61, ex 7228 30 69, ex 7228 30 70 u ex 7228 30 89 (kodiċijiet TARIC 7214200010, 7228302010, 7228304110, 7228304910, 7228306110, 7228306910, 7228307010 u 7228308910) u li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jiangyin Xicheng Steel Co., Ltd., Jiangyin |
18,4 |
C060 |
|
Jiangyin Ruihe Metal Products Co., Ltd.,Jiangyin |
18,4 |
C061 |
|
Jiangsu Yonggang Group Co., Ltd., Zhangjiagang |
22,5 |
C062 |
|
Jiangsu Lianfeng Industrial Co., Ltd., Zhangjiagang |
22,5 |
C063 |
|
Zhangjiagang Hongchang High Wires Co., Ltd., Zhangjiagang |
22,5 |
C064 |
|
Zhangjiagang Shatai Steel Co., Ltd., Zhangjiagang |
22,5 |
C065 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
22,5 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping provviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/113 għandhom jinġabru b'mod definittiv.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/113 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 16).
(3) ĠU C 143, 30.4.2015, p. 12.
(4) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2386 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' vireg tal-azzar għar-rinfurzar tal-konkrit li jifilħu għal ħafna reħja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 111).
(5) Peress li l-kalkolu tal-valur normali huwa bbażat fuq id-data ta' kumpanija waħda biss fl-Afrika t'Isfel ma tistax tiġi żvelata l-figura eżatta.
(6) Rapport tal-Bord tas-16 ta' Novembru 2007, DS337 Il-Komunitajiet Ewropej — Miżura Antidumping fuq is-Salamun Imrobbi min-Norveġja (WT/DS337/R).
(7) Il-Kawża C-26/96, Rotexchemie, sentenza tad-29 ta' Mejju 1997, EU:C:1997:261, para. 16
(8) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, CHAR 04/039, 1049 Brussels, Belgium.