30.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/71


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1240

tat-18 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 20(a), (b), (d), (e), (i), (j), (k), (l), (m), (n) u (o) u l-Artikolu 223(3)(a), (b) u (c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(2)(a), (b), (c) u (i), u l-Artikolu 64(7)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (3) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (4) u jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat. Dan jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr intoppi tal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat fil-qafas ġuridiku l-ġdid, ċertu regoli jridu jiġu adottati permezz ta' dawn l-atti. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 (5), (KEE) Nru 2351/91 (6), (KE) Nru 720/2008 (7), (KE) Nru 826/2008 (8), (KE) Nru 1130/2009 (9) u (UE) Nru 1272/2009 (10). Dawk ir-Regolamenti huma sostitwiti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 (11).

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-intervent pubbliku japplika fir-rigward tal-qamħ komuni, il-qamħ durum, ix-xgħir, il-qamħirrum, ir-ross li għadu fil-ħliefa, il-laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(3)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-għajnuna għall-ħżin privat tista' tingħata fir-rigward taz-zokkor abjad, iż-żejt taż-żebbuġa, il-fibra tal-kittien, il-laħam frisk jew imkessaħ ta' annimali tal-ifrat ta' tmien xhur jew iktar, il-butir, il-ġobon, it-trab tal-ħalib xkumat, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jistabbilixxi regoli dwar il-prezzijiet ta' intervent pubbliku, il-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat ta' intervent pubbliku u l-istabbiliment tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat.

(5)

Sabiex tiġi ssimplifikata u mtejba l-effettività tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu stipulati rispettivament, regoli komuni għall-prodotti kollha elenkati fl-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li x-xiri sfurzat tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum u tar-ross li għadu fil-ħliefa jrid iseħħ jekk is-sitwazzjoni tas-suq titlob dan. L-intervent pubbliku jista' jinfetaħ ukoll għaċ-ċanga jekk fuq perjodu rappreżentattiv il-prezz tas-suq medju jkun taħt il-85 % tal-livell limitu ta' referenza stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F'każijiet bħal dawn, ix-xiri sfurzat iseħħ permezz ta' proċeduri tal-offerti.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 permezz ta' proċedura tal-offerti jew permezz tal-iffissar tal-għajnuna bil-quddiem.

(8)

Sabiex l-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat jaħdmu b'mod effiċjenti, l-operaturi għandhom jużaw il-metodu disponibbli tal-aġenzija tal-pagamenti fir-rigward tal-proċedura biex jiġu ppreżentati l-offerti, l-offerti tal-prezzijiet u l-applikazzjonijiet.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-iskemi kif suppost, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-intervent bi prezz fiss, il-proċeduri tal-offerti għal xiri sfurzat ta' intervent, il-bejgħ minn intervent jew l-istabbiliment tal-ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat, u l-għajnuna għall-ħżin privat iffissata bil-quddiem, kif ukoll il-preżentazzjoni u l-ammissibbiltà tal-offerti, tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet.

(10)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-mod kif jaħdem l-intervent pubbliku, billi jitwaqqaf l-użu ta' faċilitajiet żgħar ta' ħżin li jistgħu jkunu mifruxa madwar reġjun sħiħ, għandha tiġi ffissata kapaċità minima ta' ħżin għall-postijiet tal-intervent f'forma ta' ħżin, iżda din ma għandhiex tkun applikabbli f'każ meta post tal-ħżin ikollu aċċess faċli għal xmara, għall-baħar jew għal konnessjoni ferrovjarja.

(11)

Billi l-prodotti koperti mill-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat huma ta' natura differenti fir-rigward taż-żmien tal-produzzjoni jew tal-ħsad u tar-rekwiżiti tal-ħżin għandhom jkunu previsti kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tagħhom.

(12)

Għal ġestjoni tajba tal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat, jeħtieġ li tiġi ffissata kwantità minima li tkun l-inqas offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet li tkun tista' taċċetta l-aġenzija tal-pagamenti, kemm għax-xiri sfurzat kif ukoll għall-bejgħ, jew li jiġi deċiż jekk jiġix iffissat jew le l-ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat. Madankollu, jekk il-kundizzjonijiet u l-prattiki tal-bejgħ bl-ingrossa jew ir-regoli ambjentali fis-seħħ fi Stat Membru jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' kwantitajiet minimi li jkunu ikbar minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, l-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata għandha tkun intitolata li titlob dawn il-kwantitajiet minimi li jkunu ikbar għax-xiri sfurzat bi prezz fiss.

(13)

Sabiex tiġi ggarantita s-serjetà tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet u sabiex jiġi żgurat li dik il-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq, kemm fil-każ ta' intervent bi prezz fiss kif ukoll fil-każ ta' proċedura tal-offerti, għandu jiġi stabbilit il-livell tal-garanzija.

(14)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-iskema ta' intervent pubbliku, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġu previsti notifiki dwar l-offerti ta' xiri u l-offerti tal-prezzijiet li jkun tressqu. Għandhom jiġu introdotti miżuri sabiex jiġu rrispettati l-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013.

(15)

Abbażi tal-offerti ta' xiri u l-offerti tal-prezzijiet li jaslu, jista' jiġi ffissat prezz massimu għax-xiri sfurzat jew ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat. Madankollu, jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fis-suq li fihom l-aspetti ekonomiċi jew aspetti oħra jkunu jeħtieġu li ma jiġux iffissati dawn il-prezzijiet jew din l-għajnuna u li jiġu rrifjutati l-offerti kollha li jaslu.

(16)

Sabiex jiġi ggarantit funzjonament ċar u effettiv tal-iskema ta' intervent pubbliku, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali dwar il-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna u l-kunsinna tal-prodotti sal-post tal-ħżin magħżul mill-aġenzija tal-pagamenti. Barra minn hekk, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross, kif ukoll taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal dawk is-setturi.

(17)

Bl-għan li jiġu ġestiti kif suppost il-ħażniet ta' intervent maħżuna u minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross, għandhom jiġu speċifikati l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tad-distanza massima sal-post tal-ħżin u l-ispejjeż li jridu jiġġarbu meta din id-distanza tinqabeż.

(18)

Sabiex jiġu applikati r-regoli komuni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014 (12), huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li tipprevedi li l-kontrolli tal-prodotti matul il-ħżin iridu jitwettqu kif stipulat fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament. Abbażi ta' dawk il-kontrolli u l-analiżi, għandu jinħareġ reġistru tal-akkwist tal-prodotti.

(19)

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tajba tal-prodotti maħżuna b'intervent pubbliku, f'każ li l-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà applikabbli, għandu jkun previst obbligu li l-operatur jieħu l-prodotti lura u jġarrab l-ispejjeż kollha matul il-perjodu li fih il-prodotti jkunu nħażnu fil-postijiet tal-ħżin.

(20)

Meta jkun meħtieġ id-dissussar għaċ-ċanga, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċjali għal dak is-settur sabiex jikkumplimentaw ir-regoli ġenerali.

(21)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-pagamenti, soġġetti għal aġġustament tal-prezzijiet b'rabta mal-kwalità tal-prodott jew mal-post li fih ikun jinsab il-post tal-ħżin. Bl-għan li l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien sabiex jadattaw għall-iskema l-ġdida ta' intervent pubbliku, xi kundizzjonijiet marbuta mal-aġġustament tal-prezzijiet fir-rigward taċ-ċereali għandhom ikunu applikabbli biss mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2017/18.

(22)

Sabiex tingħata l-informazzjoni neċessarja dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u dwar il-post li fih jinħażnu, l-avviżi ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għandhom jitfasslu u jiġu ppubblikati mill-aġenzija tal-pagamenti li jkollha ħażniet ta' intervent disponibbli għall-bejgħ. Għal dan l-għan, għandu jkun previst li jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data ta' din il-pubblikazzjoni u l-ewwel data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet.

(23)

Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet u tas-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tiffissax prezz tal-bejgħ minimu ta' intervent jew le. Skont dik id-deċiżjoni, l-aġenziji tal-pagamenti jaċċettaw jew jirrifjutaw l-offerti tal-prezzijiet fuq il-prodotti disponibbli għall-bejgħ. Għandhom jiġu adottati regoli speċifiċi għall-allokazzjoni tal-laħam taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat.

(24)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ ta' kwantitajiet żgħar li jkun fadal fil-postijiet tal-ħżin fi Stat Membru u sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tas-sistema, huwa xieraq li jkun previst li l-aġenzija tal-pagamenti, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, tkun intitolata li tiftaħ il-proċedura tal-offerti għall-bejgħ mill-ġdid ta' dawn il-kwantitajiet ta' prodotti ta' intervent, billi tapplika mutatis mutandis ir-regoli stabbiliti fir-rigward tal-proċeduri tal-offerti li tkun fetħet l-Unjoni, bl-għan li jiġi żgurat aċċess indaqs għall-partijiet kollha kkonċernati. Għall-istess raġunijiet, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tkun awtorizzata li tpoġġi għall-bejgħ dirett dawk il-kwantitajiet li wara li jiġu kkontrollati permezz ta' eżaminazzjoni viżiva fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara t-teħid tal-intervent, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu ppakkjati jew ikunu ddeterjoraw.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat tkun tista' tiġi ssorveljata kif suppost, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi konkluż il-kuntratt tal-ħżin kif ukoll l-obbligi tal-partijiet kontraenti u l-kundizzjonijiet għat-tqegħid għall-ħżin għandhom jiġu speċifikati, b'mod partikolari dawk li jippermettu lill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli mill-kontroll tal-operazzjonijiet tal-ħżin tagħmel spezzjoni effettiva tal-kundizzjonijiet tal-ħżin. Għandhom jiġu ddefiniti wkoll ir-regoli dwar il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali.

(26)

Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat tiffunzjona b'mod effiċjenti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali li jikkonċernaw it-tneħħija tal-prodotti mill-ħżin u l-ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat. Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, minħabba n-natura speċifika ta' dawn il-prodotti, jeħtieġ li jkun hemm regoli speċjali li jikkumplimentaw ir-regoli ġenerali.

(27)

Meta l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat jiġi ffissat bil-quddiem, huwa xieraq li jiġi previst perjodu ta' riflessjoni sabiex tkun tista' tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tas-suq qabel ma jiġu nnotifikati deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Barra minn hekk, meta dan ikun xieraq, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal miżuri speċjali, li japplikaw b'mod partikolari għal applikazzjonijiet pendenti, sabiex jiġi evitat l-użu eċċessiv jew spekulattiv tal-iskema tal-ħżin privat. Miżuri bħal dawn jirrikjedu li tittieħed azzjoni malajr u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa taġixxi mingħajr ma jkollha bżonn tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien.

(28)

Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandhom jiġu adottati miżuri ta' kontroll adegwati li jiġġieldu l-irregolaritajiet u l-frodi. Dawn il-miżuri ta' kontroll għandhom jinvolvu kontrolli amministrattivi sħaħ flimkien ma' kontrolli fuq il-post. Il-kamp ta' applikazzjoni, il-kontenut, it-twaqqit u r-rapportar ta' dawn il-miżuri ta' kontroll għandhom jiġu speċifikati sabiex ikun żgurat approċċ uniformi u ġust bejn l-Istati Membri.

(29)

L-ammonti mħallsa bla bżonn għandhom jiġu rkuprati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (13).

(30)

Għal ġestjoni effettiva tal-iskemi ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat, jeħtieġ li jkun previst li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni perjodikament dwar is-sitwazzjoni tal-ħażniet, dwar il-prodotti li jidħlu u joħorġu mill-postijiet tal-ħżin u dwar is-sitwazzjoni li tirrigwarda l-prezzijiet u l-produzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(31)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I

Dispożizzjoni introduttorja

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 rigward:

(a)

ix-xiri sfurzat u l-bejgħ minn intervent pubbliku tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

l-għoti tal-għajnuna għall-ħżin privat tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Dan ir-Regolament japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni:

(a)

il-ftuħ ta' proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat ta' prodotti jew il-ftuħ tal-bejgħ ta' prodotti minn intervent; jew

(b)

il-ftuħ ta' proċedura tal-offerti jew l-iffissar tal-ammont ta' għajnuna bil-quddiem għall-ħżin privat.

KAPITOLU II

Regoli ġenerali komuni

Artikolu 2

Preżentazzjoni u ammissibbiltà ta' offerti ta' xiri, ta' offerti tal-prezzijiet u ta' applikazzjonijiet

1.   L-operaturi għandhom jippreżentaw offerti għax-xiri u offerti tal-prezzijiet għal intervent pubbliku, kif ukoll offerti tal-prezzijiet u applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat billi jintuża l-metodu disponibbli tal-aġenzija tal-pagamenti tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Offerta ta' xiri, offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni tkun ammissibbli jekk tiġi ppreżentata bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri, l-offerta tal-prezzijiet jew l-applikazzjoni, u għandha tinkludi, fuq formola disponibbli tal-aġenzija tal-pagamenti, minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operatur fl-Istat Membru li fih l-operatur iwettaq l-attività ewlenija tiegħu;

(b)

il-prodott, jew it-tip ta' prodott, kopert bil-kodiċi CN rilevanti tiegħu, jekk ikun applikabbli;

(c)

il-kwantità li għaliha ġiet ippreżentata offerta ta' xiri, offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni, soġġetta għall-kwantitajiet minimi stipulati fl-Artikolu 5, jekk ikun applikabbli.

3.   L-offerta ta' xiri, l-offerta tal-prezzijiet jew l-applikazzjoni ma għandhiex tinkludi kundizzjonijiet addizzjonali introdotti mill-operatur għajr dawk stipulati f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament ta' Implimentazzjoni rilevanti li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna bil-quddiem għall-ħżin privat.

4.   Meta l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għax-xiri, tal-offerti tal-prezzijiet jew tal-applikazzjonijiet jinzerta fi btala pubblika, l-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol qabel dik il-btala pubblika.

5.   L-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet li jiġu ppreżentati nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew fi btala pubblika għandhom jitqiesu li ġew riċevuti mill-aġenzija tal-pagamenti fl-ewwel jum tax-xogħol wara dakinhar li jkunu ġew ippreżentati.

6.   L-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet ma għandhomx jiġu rtirati jew emendati wara li jkunu ġew ippreżentati.

7.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tirreġistra l-offerti għax-xiri, l-offerti tal-prezzijiet jew l-applikazzjonijiet li jkunu ammissibbli, flimkien mal-kwantitajiet ikkonċernati, dakinhar li tirċevihom.

8.   Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni tal-offerta ta' xiri, tal-offerta tal-prezzijiet jew tal-applikazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

TITOLU II

INTERVENT PUBBLIKU

KAPITOLU I

Regoli speċifiċi relatati mal-intervent pubbliku

Artikolu 3

Postijiet tal-intervent f'forma ta' ħżin

1.   Kull post tal-intervent f'forma ta' ħżin (“post tal-ħżin”) għandu jkollu kapaċità minima tal-ħżin ta':

(a)

għaċ-ċereali: 5 000 tunnellata, 7 500 tunnellata mill-perjodu tal-intervent pubbliku tal-2017/18, 10 000 tunnellata mill-perjodu tal-2018/19, 15 000 tunnellata mill-perjodu tal-2019/20

(b)

għar-ross: 5 000 tunnellata, 7 500 tunnellata mill-perjodu tal-intervent pubbliku tal-2017/18, 10 000 tunnellata mill-perjodu tal-2018/19

(c)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: 400 tunnellata, 600 tunnellata mill-perjodu tal-2017, 800 tunnellata mill-perjodu tal-2018

L-Istati Membri bi produzzjoni annwali medja ta' ċereali ta' inqas minn 20 miljun tunnellata jistgħu jkomplu japplikaw mill-2019/20 għal kapaċità minima tal-ħżin ta' 10 000 tunnellata.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-“kapaċità minima tal-ħżin” tfisser kapaċità minima li tista' ma tkunx disponibbli b'mod permanenti, iżda li tista' tinkiseb faċilment matul il-perjodu meta jista' jsir ix-xiri sfurzat.

3.   Aġenzija tal-pagamenti tista' tidderoga mill-paragrafu 1 biss meta turi li l-kapaċità minima tal-ħżin speċifikata f'dak il-paragrafu ma tkunx disponibbli u meta l-postijiet tal-ħżin ta' minflok ikollhom aċċess faċli għal xmara, għall-baħar jew għal konnessjoni ferrovjarja.

Artikolu 4

L-istabbiliment tal-eliġibbiltà tal-prodotti

1.   L-eliġibbiltà tal-prodotti għal intervent pubbliku għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-metodi stipulati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għaċ-ċereali: fil-Partijiet I, II, III u IV tal-Anness I;

(b)

għar-ross: fil-Parti I tal-Anness II;

(c)

għaċ-ċanga: fil-Parti I tal-Anness III;

(d)

għall-butir: fil-Parti I tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 (14);

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat: fil-Parti I tal-Anness V ta' dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 273/2008.

2.   Il-metodi li jridu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali għal intervent pubbliku kif imsemmi fl-Anness I għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-aħħar verżjonijiet tal-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti, skont il-każ, fis-seħħ fl-ewwel jum ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni.

KAPITOLU II

Xiri sfurzat ta' prodotti f'intervent

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 5

Kwantitajiet minimi ta' prodotti offruti għax-xiri jew ippreżentati għal offerta tal-prezzijiet

1.   Il-kwantità minima tal-prodotti offruti għax-xiri jew ippreżentati għal offerta tal-prezzijiet għax-xiri sfurzat għandha tkun:

(a)

għall-qamħ komuni, għax-xgħir u għall-qamħirrum: 160 tunnellata;

(b)

għall-qamħ durum: 20 tunnellata;

(c)

għar-ross: 40 tunnellata;

(d)

għaċ-ċanga: 20 tunnellata;

(e)

għall-butir: 30 tunnellata;

(f)

għat-trab tal-ħalib xkumat: 30 tunnellata.

L-Istati Membri bi produzzjoni annwali medja ta' ċereali ta' inqas minn 20 miljun tunnellata jistgħu jiddeċiedu japplikaw kwantità minima ta' 120 tunnellata għall-qamħ komuni, għax-xgħir u għall-qamħirrum.

2.   Aġenzija tal-pagamenti tista' tistabbilixxi kwantità minima ogħla minn dik prevista fil-paragrafu 1 jekk din tkun iġġustifikata mill-kundizzjonijiet u mill-prassi tal-kummerċ bl-ingrossa jew mir-regoli ambjentali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6

Livell tal-garanzija għax-xiri sfurzat tal-prodotti

Il-livell tal-garanzija meħtieġa skont l-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 meta titressaq offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet għax-xiri sfurzat ta' prodotti f'intervent pubbliku għandu jkun:

(a)

għaċ-ċereali: EUR 20/tunnellata;

(b)

għar-ross: EUR 30/tunnellata;

(c)

għaċ-ċanga: EUR 300/tunnellata;

(d)

għall-butir: EUR 50/tunnellata;

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat: EUR 50/tunnellata.

Artikolu 7

Preżentazzjoni u ammissibbiltà ta' offerti ta' xiri u ta' offerti tal-prezzijiet

1.   Offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet għandha tkun ammissibbli jekk tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u, fil-każ ta' proċedura tal-offerti, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti msemmija fl-Artikolu 12. Għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tinkludi minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(i)

għar-ross, indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà;

(ii)

ħlief għaċ-ċanga, il-post li fih ikun qiegħed jinżamm il-prodott meta ssir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet;

(iii)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-post tal-ħżin li għalih issir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet;

(iv)

għaċ-ċereali u għar-ross, is-sena tal-ħsad u ż-żona jew ż-żoni tal-produzzjoni fl-Unjoni;

(v)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, id-data tal-produzzjoni;

(vi)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tal-impriża approvata li fiha jkun ġie prodott;

(b)

l-operatur ikun ippreżenta garanzija f'konformità mal-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238;

(c)

għaċ-ċereali u għar-ross, l-operatur ikun iddikjara:

(i)

li l-prodotti joriġinaw mill-Unjoni;

(ii)

li l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet tirreferi għal lott omoġenju li, għar-ross, irid jinkludi r-ross li għadu fil-ħliefa tal-istess varjetà;

(iii)

jekk ikunx sar jew le xi trattament wara l-ħsad u, meta jkun xieraq, l-isem tal-prodott li ntuża, li dan ġie applikat f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu u li l-prodott huwa awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   Għal prodotti oħra għajr iċ-ċanga, l-operatur jista' jitlob, fuq il-formola msemmija fl-Artikolu 2(2), li l-prodott jiġi akkwistat mill-post tal-ħżin li jkun qiegħed fih meta tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, diment li l-post tal-ħżin ikun jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Verifika tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet mill-aġenzija tal-pagamenti

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiddeċiedu dwar l-ammissibbiltà tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 2 u 7.

Meta l-aġenzija tal-pagamenti tiddeċiedi li offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet ma tkunx ammissibbli, għandha tgħarraf lill-operatur ikkonċernat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet. Għall-offerti ta' xiri, jekk l-operatur ma jirċevix dan it-tagħrif, l-offerta ta' xiri titqies li hija ammissibbli.

2.   Fir-rigward taċ-ċereali u tar-ross, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) jistgħu jiġu kkontrollati għall-konformità b'mezzi amministrattivi wara li l-aġenzija tal-pagamenti tkun ivverifikat li l-offerti ta' xiri jew l-offerti tal-prezzijiet ikunu ammissibbli, jekk ikun meħtieġ bl-assistenza tal-aġenzija tal-pagamenti kompetenti għall-post tal-ħżin indikat mill-operatur, f'konformità mal-Artikolu 57(2).

Artikolu 9

Notifiki tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti ta' xiri u bl-offerti tal-prezzijiet kollha li jkunu ammissibbli fil-limiti ta' żmien li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-offerti ta' xiri, in-notifiki għandhom jintbagħtu sa mhux iktar tard minn 12:00 (ħin ta' Brussell) kull nhar ta' Tlieta u għandhom ikunu marbuta mal-kwantitajiet tal-prodotti li, matul il-ġimgħa ta' qabel, ikunu s-suġġett ta' offerta ammissibbli, u tat-tagħrif relatat.

Meta l-kwantitajiet offruti joqorbu l-limiti ffissati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri mil-liema data għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'kull jum tax-xogħol.

Minn dik id-data, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mis-14:00 (ħin ta' Brussell) ta' kull jum tax-xogħol, dwar il-kwantitajiet offruti għal intervent matul il-jum tax-xogħol ta' qabel.

(b)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, għandhom japplikaw il-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti.

2.   In-notifiki previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operatur u, fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tal-impriża approvata.

3.   Meta Stat Membru ma jinnotifikax lill-Kummissjoni b'offerta ta' xiri jew b'offerta tal-prezzijiet li tkun ammissibbli fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, dawn għandhom jitqiesu li ġew nnotifikati lill-Kummissjoni bi prospett null.

Taqsima 2

Xiri sfurzat bi prezz fiss

Artikolu 10

Preżentazzjoni ta' offerti għax-xiri sfurzat ta' qamħ komuni, ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss

L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati lill-aġenzija tal-pagamenti mill-bidu tal-perjodi ta' intervent pubbliku stipulati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 11

Miżuri sabiex jiġu rrispettati l-limitazzjonijiet kwantitattivi

1.   Sabiex tinkiseb konformità mal-limitazzjonijiet kwantitattivi ffissati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi kif previst fl-Artikolu 3(6) (a) ta' dak ir-Regolament:

(a)

li tagħlaq ix-xiri sfurzat b'intervent bi prezz fiss;

(b)

meta l-aċċettazzjoni tal-kwantità sħiħa offruta twassal biex tinqabeż il-kwantità massima, li tistabbilixxi koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantità totali fl-offerti riċevuti u nnotifikati lill-Kummissjoni minn kull operatur dakinhar li tittieħed id-deċiżjoni;

(c)

meta dan ikun xieraq, li tirrifjuta l-offerti pendenti mressqa lill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien jumejn tax-xogħol min-notifika msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 9(1) u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 9(1).

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, meta data ta' notifika tinzerta fi btala pubblika, il-Kummissjoni għandha tibda tgħodd l-iskadenza mill-ewwel jum tax-xogħol wara dik il-btala pubblika. Jekk dawn il-btajjel pubbliċi jiġu inklużi fil-perjodu ta' żmien għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jingħaddu biss il-jiem tax-xogħol.

2.   B'deroga mill-Artikolu 2(6), operatur li għalih japplika l-koeffiċjent ta' allokazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista' jirtira l-offerta tiegħu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni.

Taqsima 3

Xiri sfurzat permezz ta' proċedura tal-offerti

Artikolu 12

Proċedura tal-offerti

1.   Proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tinfetaħ permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti, li għandha tinkludi, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti koperti, u:

(i)

għar-ross, indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà;

(ii)

għaċ-ċanga, jekk l-offerti tal-prezzijiet hijiex għall-karkassi li nxtraw bix-xiri sfurzat u li jridu jiġu dissussati jew għall-ħżin mingħajr dissussar;

(b)

il-perjodu kopert (“il-perjodu tal-offerti”) u, jekk ikun meħtieġ, is-sottoperjodi differenti li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti tal-prezzijiet.

2.   Il-Kummissjoni tista' tiftaħ proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat taċ-ċanga skont il-kategorija u l-Istat Membru, jew reġjun tiegħu, kif previst fl-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, abbażi tal-iktar żewġ prezzijiet tas-suq riċenti rreġistrati kull ġimgħa. Il-Kummissjoni tista' tagħlaq il-proċedura tal-offerti, kif previst fl-Artikolu 13(2) ta' dak ir-Regolament, abbażi tal-iktar żewġ prezzijiet tas-suq riċenti rreġistrati kull ġimgħa.

3.   Jekk il-Kummissjoni tiftaħ proċedura tal-offerti ristretta kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ dik il-proċedura għandu jirreferi għall-Istat Membru speċifiku jew għar-reġjun/i ta' Stat Membru kopert mill-proċedura tal-offerti.

4.   Fir-rigward tar-ross, il-proċedura tal-offerti tista' tkun ristretta għal varjetajiet speċifiċi jew għal tip wieħed jew iktar ta' ross li għadu fil-ħliefa, jiġifieri “ross bil-ħabba tonda”, “ross bil-ħabba medja”, “ross bil-ħabba twila A” jew “ross bil-ħabba twila B”, kif definit fil-punti (a), (b) jew (c) tal-punt I.2 tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

5.   Fir-rigward taċ-ċanga, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-prezz tas-suq medju skont il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f'reġjun tiegħu għandu jqis il-prezzijiet għall-kwalitajiet U, R u O, espressi fil-kwalità R3 billi jintużaw il-koeffiċjenti ta' konverżjoni stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III fl-Istat Membru jew fir-reġjun ta' intervent ikkonċernat;

(b)

il-prezzijiet tas-suq medji għandhom jiġu rreġistrati f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (16);

(c)

il-prezz tas-suq medju skont il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f'reġjun tiegħu għandu jkun il-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-kwalitajiet kollha msemmija fil-punt (b), ippeżati skont il-proporzjon li kull kwalità tirrappreżenta fin-numru totali ta' qatliet f'dak l-Istat Membru jew f'dak ir-reġjun.

Ir-Renju Unit għandu jikkonsisti minn żewġ reġjuni ta' intervent, kif ġej:

(i)

ir-reġjun I: Il-Gran Brittanja;

(ii)

ir-reġjun II: L-Irlanda ta' Fuq.

Artikolu 13

Preżentazzjoni u ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikoli 2 u 7, offerta tal-prezzijiet għandha tkun ammissibbli biss jekk tindika prezz propost f'euro għal kull unità ta' kejl tal-prodott arrotondat għal mhux iktar minn żewġ pożizzjonijiet deċimali, mingħajr il-VAT.

Fil-każ taċ-ċereali u tar-ross, il-prezz offrut għal kull tunnellata ta' prodotti għandu jkun prezz li jikkorrispondi għall-kwalità minima għaċ-ċereali definiti fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 jew għall-kwalità standard għal ross definit fit-Taqsima A tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ikkunsinnati sal-post tal-ħżin, iżda mingħajr ma nħattu.

Fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz offrut għandu jkun il-prezz għal kull 100 kg ta' prodotti kkunsinnati fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin.

Fil-każ taċ-ċanga, l-offerti tal-prezzijiet għandhom jiddikjaraw il-prezz ikkwotat skont l-Artikolu 12(5)(a), espress għal kull tunnellata ta' prodotti tal-kwalità R3, u jekk ikun relatat ma' laħam bl-għadam maħsub għal dissussar, jew għal ħżin mingħajr dissussar.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament, il-prezz offrut ma għandux jaqbeż il-livell tal-prezz ta' intervent pubbliku stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013.

Artikolu 14

Deċiżjonijiet dwar il-prezz tax-xiri sfurzat

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet innotifikati skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

(a)

li ma tiffissax prezz massimu tax-xiri sfurzat; jew

(b)

li tiffissa prezz massimu tax-xiri sfurzat.

2.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   Meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda prezz massimu għax-xiri sfurzat, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha tal-prezzijiet.

2.   Meta jkun ġie stabbilit prezz massimu għax-xiri sfurzat, l-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta offerti tal-prezzijiet li jkunu daqs dak l-ammont jew inqas minnu. L-offerti l-oħra kollha għandhom jiġu rrifjutati.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta biss dawk l-offerti tal-prezzijiet li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operaturi bl-eżitu tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-offerti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Din in-notifika ma tkunx meħtieġa meta l-offerta tal-prezzijiet tiġi aċċettata, jekk l-aġenzija tal-pagamenti toħroġ ordni tal-kunsinna kif imsemmi fl-Artikolu 17 fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fil-każ ta' aċċettazzjoni bħal din, ma tista' tingħata l-ebda estensjoni oħra tal-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna, kif imsemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 17(1).

Artikolu 16

Limitazzjoni tax-xiri sfurzat għaċ-ċanga

Meta l-aġenziji tal-pagamenti jiġu offruti ċanga fi kwantitajiet li jkun ikbar minn dawk li jistgħu jakkwistaw, dawn jistgħu jillimitaw ix-xiri sfurzat għall-kwantitajiet li jistgħu jakkwistaw fit-territorju tagħhom jew f'wieħed mir-reġjuni ta' intervent tagħhom imsemmija fl-Artikolu 12(5).

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiżguraw aċċess indaqs għall-partijiet kollha kkonċernati fil-każ ta' limitazzjoni bħal din.

Taqsima 4

Kunsinni u spejjeż tat-trasport

Artikolu 17

Ordni tal-kunsinna

1.   Wara li l-aġenzija tal-pagamenti tkun ikkontrollat l-ammissibbiltà tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet skont l-Artikoli 8 u 13, din għandha toħroġ l-ordni tal-kunsinna fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-iskadenza msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) jew mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).

L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li testendi l-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna meta dan ikun neċessarju minħabba l-kwantitajiet kbar aċċettati ta' ċereali jew ta' ross. Madankollu, id-data finali għall-kunsinna tal-prodotti ma għandhiex tkun iktar tard minn 65 jum wara d-data tal-iskadenza jew tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

2.   L-ordni tal-kunsinna għandha tiġi datata u numerata u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantità li trid tiġi kkunsinnata;

(b)

id-data finali għall-kunsinna tal-prodotti;

(c)

il-post tal-ħżin li fih għandhom jiġu kkunsinnati l-prodotti;

(d)

il-prezz li bih tkun ġiet aċċettata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet.

3.   L-ordni tal-kunsinna għandha tinħareġ biss għall-kwantitajiet innotifikati lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 9.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunsinna taċ-ċereali u tar-ross

1.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħżel il-post tal-ħżin li fih għandhom jiġu kkunsinnati ċ-ċereali jew ir-ross bl-iktar prezz baxx.

2.   Il-kunsinna sal-post tal-ħżin għandha sseħħ mhux iktar tard minn 60 jum wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna. Madankollu, skont il-kwantitajiet li jiġu aċċettati, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi dak il-perjodu b'mhux iktar minn 14-il jum. F'każijiet bħal dawn, il-perjodu tal-kunsinna msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 17(1) jista' jiġi estiż kif ikun xieraq. L-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

3.   L-operatur għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mat-testijiet li ġejjin imwettqa għaċ-ċereali f'konformità mal-metodoloġija msemmija fil-Parti IV tal-Anness I:

(i)

it-test għall-attività tal-amilażi (Hagberg);

(ii)

it-test biex jiġi stabbilit il-kontenut ta' proteini tal-qamħ durum u tal-qamħ komuni;

(iii)

it-test ta' Zeleny;

(iv)

it-test dwar kemm l-għaġina tkun tista' tinħadem bil-magni;

(v)

l-analiżi tal-kontaminanti.

Artikolu 19

Spejjeż tat-trasport għaċ-ċereali u għar-ross

1.   L-ispiża tat-trasport taċ-ċereali jew tar-ross mill-post li fih inħażen il-prodott fil-mument tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet sal-post tal-ħżin speċifikat fl-ordni tal-kunsinna għandha tiġġarrab mill-operatur, meta d-distanza involuta tkun daqs jew inqas minn 50 km.

Lil hinn minn dik id-distanza massima, l-ispejjeż tat-trasport addizzjonali għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-pagamenti u għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni b'rata ta' EUR 0,05 għal kull tunnellata u għal kull kilometru.

2.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti li tixtri b'mod sfurzat iċ-ċereali jew ir-ross fi Stat Membru għajr dak li fit-territorju tiegħu nħażen il-prodott, fil-kalkolu tad-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex titqies id-distanza bejn il-maħżen tal-operatur u l-fruntiera tal-Istat Membru tal-aġenzija tal-pagamenti li tkun qiegħda tixtri.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunsinna taċ-ċanga

1.   Il-prezz tax-xiri sfurzat għaċ-ċanga għandu jkun il-prezz taċ-ċanga kkunsinnata sad-dħul fil-punt tal-użin tal-post tal-ħżin jew, meta l-laħam ikun irid jiġi dissussat, fl-impjant tat-tqattigħ.

2.   L-ispejjeż tal-ħatt għandhom jiġġarrbu mill-operatur.

3.   L-operaturi għandhom jikkunsinnaw il-prodotti sa mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna. Madankollu, skont il-kwantitajiet li jkunu ngħataw, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi dak il-perjodu b'mhux iktar minn sebat ijiem. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ippakkjar, għall-kunsinna u għall-ħżin tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Il-butir għandu jiġi ppakkjat u kkunsinnat fi blokok ta' 25 kilogramma netti skont ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti II tal-Anness IV.

2.   It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi ppakkjat u kkunsinnat f'boroż b'piż nett ta' 25 kilogramma skont ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti II tal-Anness V.

3.   L-operatur għandu jikkunsinna l-butir jew it-trab tal-ħalib xkumat saż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin fi żmien 21 jum mid-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna. Madankollu, skont il-kwantitajiet li jiġu aċċettati, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi dak il-perjodu b'mhux iktar minn sebat ijiem. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

Il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat għandhom jiġu kkunsinnati fuq paliti ta' kwalità adattata għal ħżin fit-tul, li jridu jiġu skambjati għal paliti ekwivalenti. B'mod alternattiv, tista' tiġi approvata sistema ekwivalenti mill-aġenzija tal-pagamenti.

L-ispejjeż imġarrba fil-ħatt tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin għandhom jiġġarbu mill-aġenzija tal-pagamenti.

4.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha titlob li l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat jitqiegħdu u jinħażnu fuq paliti b'tali mod li jinħolqu lottijiet li jkunu identifikabbli u aċċessibbli faċilment.

Artikolu 22

Kunsinna

1.   Id-data tal-kunsinna għandha tkun:

(a)

għaċ-ċereali, għar-ross, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: id-data li fiha jiġi kkonfermat li l-kwantità kollha msemmija fl-ordni tal-kunsinna tkun daħlet fil-post tal-ħżin magħżul. Din id-data ma tistax tkun qabel il-jum ta' wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna;

(b)

għal kull konsenja ta' ċanga: id-data tad-dħul fil-punt tal-użin tal-post tal-intervent f'forma ta' ħżin jew, meta l-laħam ikun irid jiġi dissussat, fl-impjant tat-tqattigħ.

2.   L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li l-akkwist taċ-ċereali, tar-ross, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat jista' jseħħ fil-post tal-ħżin li fih ikunu qed jinżammu l-prodotti meta tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, diment li l-post tal-ħżin jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, id-data tal-kunsinna għandha tkun il-jum ta' wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna u għandha sservi bħala d-data rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014.

3.   Il-prodotti għandhom jiġu akkwistati mill-aġenzija tal-pagamenti jew mir-rappreżentant tagħha, li għandu jkun indipendenti mill-operatur.

Taqsima 5

Kontroll u akkwist

Artikolu 23

Ir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti

1.   Ir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti għandu jinħareġ mill-aġenzija tal-pagamenti wara li jkun ġie stabbilit, permezz tal-kontrolli u tal-analiżi meħtieġa, li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238. Dan għandu jindika minn tal-inqas:

(a)

il-kwantitajiet ikkunsinnati u, għar-ross, il-varjetà;

(b)

il-karatteristiċi tal-prodotti kif jirriżultaw mill-analiżi jekk dan ikun rilevanti għall-kalkolazzjoni tal-prezz;

(c)

il-kwantitajiet li ma jkunux ġew akkwistati, jekk dan ikun applikabbli. F'dan il-każ, l-operatur għandu jiġi nnotifikat kif xieraq.

2.   Ir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti għandu jkun bid-data u għandu jintbagħat lill-operatur u lill-persuna responsabbli mill-maħżen.

Artikolu 24

Obbligi tal-operatur

Il-prodotti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238. Meta l-kontrolli meħtieġa juru li l-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà, l-operatur għandu:

(a)

jieħu lura l-prodotti kkonċernati, għas-spejjeż tiegħu;

(b)

iħallas l-ispejjeż assoċjati minn meta l-prodotti jidħlu fil-post tal-ħżin sad-data meta jitneħħew mill-post tal-ħżin.

L-ispejjeż li jridu jiġġarrbu mill-operatur għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' ammonti standard għall-ispejjeż tad-dħul, tat-tneħħija u tal-ħżin skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 (17).

Artikolu 25

Rekwiżit tad-dissussar għaċ-ċanga

Meta d-dissussar ikun meħtieġ bħala kundizzjoni tal-proċedura tal-offerti, l-aġenzija tal-pagamenti għandu jkollha l-laħam taċ-ċanga kollu li jkun ġie mixtri dissussat skont il-Parti III tal-Anness III.

Taqsima 6

Aġġustamenti tal-prezzijiet u pagamenti

Artikolu 26

Aġġustamenti tal-prezzijiet għaċ-ċereali u għar-ross

1.   L-aġġustament tal-prezz kif previst fl-Artikoli 2(2) u 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 għandu jsir skont:

(a)

il-Partijiet V u VI tal-Anness I ta' dan ir-Regolament fil-każ taċ-ċereali;

(b)

il-Parti II tal-Anness II ta' dan ir-Regolament fil-każ tar-ross.

2.   Jekk l-aġenzija tal-pagamenti takkwista u taħżen iċ-ċereali u r-ross fil-post tal-ħażna skont l-Artikolu 22(2), għandu jsir tnaqqis ta' EUR 5 għal kull tunnellata fil-prezz tax-xiri sfurzat.

Artikolu 27

Pagamenti

1.   Il-pagamenti għall-kwantitajiet iddikjarati fir-reġistru tal-akkwist tal-prodotti għandhom isiru sa mhux iktar tard mill-65 jum wara d-data tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 22, sakemm ma tkunx qed issir inkjesta amministrattiva.

2.   Għandha titħallas biss il-kwantità li effettivament tkun ġiet ikkunsinnata u aċċettata. Madankollu, jekk dik il-kwantità tkun ikbar mill-kwantità ddikjarata fl-ordni tal-kunsinna, għandha titħallas biss il-kwantità speċifikata fl-ordni tal-kunsinna.

KAPITOLU III

Bejgħ ta' prodotti minn intervent

Artikolu 28

Ftuħ tal-proċedura tal-offerti

1.   Il-prodotti akkwistati f'intervent pubbliku u disponibbli għall-bejgħ għandhom jinbiegħu permezz ta' proċedura tal-offerti.

2.   Il-proċedura tal-offerti għandha tinfetaħ permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ.

L-ewwel data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet għandha tiġi ffissata għal mhux qabel sitt ijiem wara l-pubblikazzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Jistgħu jinfetħu proċeduri tal-offerti għall-bejgħ tal-prodotti li jkunu maħżuna f'reġjun wieħed jew f'bosta reġjuni tal-Unjoni jew fi Stat Membru.

4.   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti koperti u, b'mod partikolari:

(i)

għar-ross, indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà,

(ii)

għaċ-ċanga, il-qatgħat rilevanti;

(b)

il-perjodu kopert (“il-perjodu tal-offerti”) u s-sottoperjodi differenti li matulhom jistgħu jiġu ppreżentati l-offerti tal-prezzijiet;

(c)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-kwantità minima li għaliha tista' tiġi ppreżentata offerta tal-prezzijiet;

(d)

l-ammont tal-garanzija li għandha tiġi ppreżentata meta titressaq offerta tal-prezzijiet.

Barra minn hekk, dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jista' jkun fih:

(a)

il-kwantitajiet globali koperti mill-proċedura tal-offerti;

(b)

jekk applikabbli, dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż tat-trasport għaċ-ċereali u għar-ross.

5.   Il-proċeduri tal-offerti jistgħu jkunu ristretti għal użijiet jew għal destinazzjonijiet speċifikati u jinkludu dispożizzjonijiet għall-verifika tal-użu jew tad-destinazzjoni.

Artikolu 29

Avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u arranġamenti relatati mal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti

1.   Kull aġenzija tal-pagamenti li żżomm ħażniet ta' intervent disponibbli għall-bejgħ għandha tfassal avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u tippubblikah minn tal-inqas erbat ijiem qabel l-ewwel data għall-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet.

2.   L-avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jindika b'mod partikolari:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-aġenzija tal-pagamenti li toħroġ l-avviż ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(b)

ir-referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ;

(c)

id-dati tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti għal kull stedina parzjali għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(d)

għal kull post tal-ħżin, l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli mill-maħżen u, kif xieraq:

(i)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-kwantitajiet disponibbli ppreżentati f'lottijiet tal-bejgħ stabbiliti b'tali mod li jiżgura li l-operaturi jkollhom aċċess indaqs għalihom, flimkien ma' deskrizzjoni tal-kwalità ta' kull lott tal-bejgħ;

(ii)

għaċ-ċanga, il-kwantitajiet disponibbli skont il-qatgħa tal-laħam, f'konformità mal-Parti IV tal-Anness III u d-data tal-kunsinna;

(iii)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-kwantitajiet disponibbli u d-data tal-kunsinna;

(e)

il-fażi tal-kunsinna, kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(d) u, jekk ikun applikabbli, it-tip ta' ppakkjar;

(f)

kwalunkwe faċilità li jkun hemm fil-post tal-ħżin għat-tagħbija fuq mezz tat-trasport;

(g)

għall-butir, meta jkun xieraq, il-kwantità disponibbli ta' butir ħelu għal kull post tal-ħżin, kif imsemmi fil-punt 2(d) tal-Parti II tal-Anness IV.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tiżgura li l-avviżi ta' stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti jiġu rreklamati kif suppost.

4.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tippermetti lill-partijiet interessati:

(a)

jispezzjonaw, jieħdu u jeżaminaw kampjuni ta' ċereali u ta' ross li jkunu tpoġġew għall-bejgħ għas-spejjeż tagħhom stess qabel ma tkun ġiet ippreżentata offerta tal-prezzijiet;

(b)

jikkonsultaw ir-riżultati tal-analiżi msemmija fil-Parti IV tal-Anness I, fil-Parti I tal-Anness II, fil-Parti I tal-Anness IV jew fil-Parti I tal-Anness V, kif ikun xieraq.

Artikolu 30

Preżentazzjoni u ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Offerta tal-prezzijiet għandha tkun ammissibbli jekk tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ. Għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tindika referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ u d-data tal-iskadenza għas-sottoperjodu tal-preżentazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet;

(b)

għaċ-ċanga, tindika l-qatgħat rilevanti;

(c)

għaċ-ċereali u għar-ross, tindika l-kwantità totali tal-lott tal-bejgħ;

(d)

tindika l-prezz f'euro offrut għal kull unità ta' kejl, arrotondat għal mhux iktar minn żewġ pożizzjonijiet deċimali, mingħajr il-VAT, kif ġej:

(i)

fil-każ taċ-ċereali u tar-ross, għall-prodott li jitgħabba fuq il-mezz tat-trasport;

(ii)

fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, għall-prodott fornut fuq il-paliti fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin jew, jekk ikun meħtieġ, fornut fuq paliti mgħobbija fuq il-mezz tat-trasport meta jkun trakk jew vagun tal-ferrovija;

(iii)

fil-każ taċ-ċanga, għall-prodott ikkunsinnat saż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin.

(e)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, li minn tal-inqas tkun relatata mal-kwantità minima msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ;

(f)

tindika l-post tal-ħżin li fih ikun qed jinżamm il-prodott u, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, jista' jiġi speċifikat post tal-ħżin alternattiv;

(g)

l-operatur ikun ippreżenta l-ammont tal-garanzija previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ.

2.   Għaċ-ċereali, il-prezz offrut għandu jirreferi għall-kwalità minima definita fil-Parti II tal-I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 jew, għar-ross, għandu jirreferi għall-kwalità standard definita fit-Taqsima A tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz offrut għandu japplika għall-piż nett.

Għall-butir, meta dan ikun xieraq, l-offerta tal-prezzijiet tista' tispeċifika li ġiet ippreżentata esklużivament għall-butir ħelu kif imsemmi fl-Artikolu 29(2)(g).

Artikolu 31

Notifika tal-offerti lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti ammissibbli kollha fil-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-bejgħ.

2.   In-notifiki previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operatur.

3.   Meta Stat Membru ma jinnotifikax lill-Kummissjoni b'offerta ammissibbli fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jitqies bħala li nnotifika lill-Kummissjoni bi prospett null.

Artikolu 32

Deċiżjonijiet dwar il-prezz tal-bejgħ

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet nnotifikati f'konformità mal-Artikolu 31, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

li ma tiffissax prezz tal-bejgħ minimu; jew

(b)

li tiffissa prezz tal-bejgħ minimu.

Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz tal-bejgħ minimu jista' jvarja skont il-post li fih ikunu jinsabu l-prodotti offruti għall-bejgħ.

2.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 33

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   Meta ma jkun ġie ffissat l-ebda prezz tal-bejgħ minimu, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti tal-prezzijiet kollha.

2.   Meta jkun ġie ffissat prezz tal-bejgħ minimu, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jirrifjutaw kwalunkwe offerta li tkun iktar baxxa mill-prezz tal-bejgħ minimu.

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jaċċettaw biss offerti li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31.

3.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 32.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operaturi bl-eżitu tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-offerti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 34

Regoli speċifiċi għall-allokazzjoni tal-laħam taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, l-operatur li jintgħażel għandu jkun l-operatur li joffri l-ogħla prezz. Jekk ma tiġix allokata l-kwantità kollha li tkun disponibbli, il-bqija għandha tingħata lill-operaturi l-oħra abbażi tal-prezzijiet offruti, b'min ikun offra l-ogħla prezz jingħata l-ewwel kwantitajiet.

2.   Meta l-aċċettazzjoni ta' offerta tal-prezzijiet tista' twassal biex jingħataw kuntratti li jaqbżu l-kwantità taċ-ċanga, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat disponibbli f'post tal-ħżin partikolari, l-operatur inkwistjoni għandu jingħata l-kwantità disponibbli biss. Madankollu, bil-qbil tal-operatur, l-aġenzija tal-pagamenti tista' talloka prodott minn postijiet tal-ħżin oħra sabiex tintlaħaq il-kwantità speċifikata fl-offerta tal-prezzijiet.

3.   Meta l-aċċettazzjoni ta' żewġ offerti tal-prezzijiet jew iktar li jkunu qed joffru l-istess prezz f'post tal-ħżin partikolari tista' twassal biex jingħataw kuntratti li jaqbżu l-kwantità disponibbli ta' ċanga, ta' butir jew ta' trab tal-ħalib xkumat, l-għoti għandu jsir billi l-kwantità disponibbli tiġi allokata b'mod li jkun proporzjonat mal-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-offerta tal-prezzijiet. Madanakollu, jekk din l-allokazzjoni twassal għall-għoti ta' kwantitajiet li jkunu inqas mill-kwantità minima msemmija fl-Artikolu 28(4)(c), l-għotja għandha tittella' bix-xorti.

4.   Meta, wara l-aċċettazzjoni tal-offerti rebbieħa kollha, il-kwantità ta' ċanga, ta' butir jew ta' trab tal-ħalib xkumat li jkun għad fadal fil-post tal-ħżin tkun inqas mill-kwantità minima msemmija fl-Artikolu 28(4)(c), il-kwantità li jkun għad fadal għandha tiġi offruta mill-aġenzija tal-pagamenti lill-operaturi li jintgħażlu, skont min ikun offra l-ogħla prezz. L-operaturi li jintgħażlu għandhom jiġu offruti l-għażla li jixtru l-kwantità li jkun għad fadal bil-prezz tal-bejgħ minimu.

5.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha talloka l-prodott abbażi tad-data tad-dħul tiegħu fil-post tal-ħżin, billi tibda mill-eqdem prodott mill-kwantità totali disponibbli fil-post tal-ħżin magħżul mill-operatur jew, kif skont il-każ, mill-eqdem kwantità ta' butir jew ta' butir ħelu jew ta' qatgħa taċ-ċanga disponibbli fil-post tal-ħżin imkessaħ magħżul mill-operatur.

Artikolu 35

Pagamenti

Qabel ma jitneħħa l-prodott u fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 37(2), l-operaturi għandhom iħallsu lill-aġenzija tal-pagamenti l-ammont li jikkorrispondi għall-offerta tagħhom għal kull kwantità li joħorġu mill-post tal-ħżin, kif ikun ġie nnotifikat mill-aġenzija tal-pagamenti f'konformità mal-Artikolu 33(3).

Artikolu 36

Bejgħ mill-Istati Membri

1.   Fi Stat Membru li fih ma jkun hemm l-ebda proċedura tal-offerti miftuħa skont l-Artikolu 28, l-aġenzija tal-pagamenti tista' tiftaħ proċedura tal-offerti hi stess għall-bejgħ ta' prodotti ta' intervent meta l-kwantità totali li jkun għad fadal fil-postijiet tal-ħżin kollha tagħha tkun inqas minn:

(a)

għal kull ċereali: 10 000 tunnellata;

(b)

għar-ross: 2 000 tunnellata;

(c)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: 200 tunnellata.

2.   Il-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal proċedura tal-offerti li tinfetaħ minn aġenzija tal-pagamenti skont il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 28(2), 29(2)(b), 30(1)(a) u (e), 31 u 32(2) ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 32(1) għandu japplika mutatis mutandis għal deċiżjoni rispettiva tal-Istat Membru.

3.   Fi ħdan il-kwantitajiet iffissati fil-paragrafu 1, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jpoġġu għal bejgħ dirett dawk il-prodotti li, wara eżaminazzjoni viżiva fil-kuntest tal-inventarju annwali skont il-punt (g) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(3) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014 jew matul l-ispezzjoni wara t-teħid f'intervent, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu ppakkjati jew ikunu ddeterjoraw.

4.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiżguraw l-ugwaljanza fl-aċċess għall-partijiet kollha kkonċernati.

Artikolu 37

Ordni tat-tneħħija

1.   Mal-ħlas tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 35, l-aġenzija tal-pagamenti għandha toħroġ ordni tat-tneħħija li tindika:

(a)

il-kwantità li għaliha jkun tħallas l-ammont korrispondenti;

(b)

il-post tal-ħżin li fih jinħażen il-prodott;

(c)

id-data finali għat-tneħħija tal-prodott.

2.   L-operaturi għandhom ineħħu l-prodott mogħti lilhom fi żmien 30 jum min-notifika msemmija fl-Artikolu 33(3). Wara dak il-perjodu ta' żmien, l-ispejjeż u r-riskji għandhom jiġġarrbu mill-operatur.

Artikolu 38

Tneħħija tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Fil-mument tat-tneħħija mill-post tal-ħżin u fil-każ ta' kunsinna 'l barra mill-post tal-ħżin, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħmel il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat disponibbli fuq paliti fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin u tgħabbihom fuq il-mezz tat-trasport, meta dan ikun trakk jew vagun tal-ferrovija. L-ispejjeż involuti għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-pagamenti.

2.   L-operatur għandu jirritorna l-paliti ta' kwalità ekwivalenti lill-aġenzija tal-pagamenti mat-tneħħija mill-post tal-ħżin. B'mod alternattiv, jista' jiġi maqbul arranġament ekwivalenti mal-aġenzija tal-pagamenti.

3.   Kwalunkwe spejjeż tat-tagħbija u tat-tneħħija minn fuq il-paliti għandhom jiġġarrbu mill-operatur tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat.

TITOLU III

GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT

KAPITOLU I

Regoli speċifiċi għall-għajnuna għall-ħżin privat

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 39

Ftuħ tal-proċeduri tal-offerti u ffissar tal-għajnuna bil-quddiem

1.   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna bil-quddiem jista' jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prodotti, jew it-tipi ta' prodotti, koperti bil-kodiċi CN rilevanti tagħhom, jekk ikun applikabbli;

(b)

fil-każ tal-għajnuna ffissata bil-quddiem, l-ammont ta' għajnuna għall-ħżin għal kull unità ta' kejl għall-prodotti koperti;

(c)

l-unità ta' kejl tal-kwantitajiet;

(d)

jekk l-offerta tal-prezzijiet jew l-għajnuna ffissata bil-quddiem tkun relatata ma' prodotti li jkunu diġà nħażnu;

(e)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, il-perjodu kopert (“il-perjodu tal-offerti”) u, jekk ikunu meħtieġa, is-sottoperjodi differenti li matulhom jistgħu jiġu ppreżentati l-offerti u, fil-każ ta' għajnuna ffissata bil-quddiem, il-perjodu għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni;

(f)

il-perjodu tal-ħżin;

(g)

il-kwantità globali, jekk applikabbli;

(h)

il-kwantità minima għal kull offerta tal-prezzijiet jew għal kull applikazzjoni;

(i)

l-ammont tal-garanzija għal kull unità ta' kejl fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet u, meta dan ikun applikabbli, għall-applikazzjonijiet;

(j)

il-perjodu tat-tqegħid fil-maħżen u tat-tneħħija mill-maħżen;

(k)

l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jidhru fuq l-ippakkjar, jekk applikabbli.

2.   Meta l-għoti tal-għajnuna għall-ħżin privat ikun ristrett għal ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-offerti tal-prezzijiet u l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati biss fl-Istat/i Membru/i kkonċernat/i.

3.   Fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, għandhom jgħaddu minn tal-inqas sitt ijiem bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti u l-ewwel data għall-preżentazzjoni tal-offerti.

Artikolu 40

Preżentazzjoni u ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat

Offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni għal għajnuna għall-ħżin privat għandha tkun ammissibbli jekk tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

minn tal-inqas tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem;

(ii)

il-perjodu tal-ħżin, meta dan ikun meħtieġ, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem;

(iii)

il-kwantità ta' prodotti koperti mill-offerta tal-prezzijiet jew mill-applikazzjoni;

(iv)

meta l-prodotti jkunu diġà nħażnu, l-isem u l-indirizz ta' kull post tal-ħżin privat, il-post tal-lottijiet/tal-għadd/tal-btieti/tas-sajlos tal-ħżin bil-kwantitajiet korrispondenti u, meta dan ikun xieraq, in-numru li jidentifika l-impriża approvata;

(v)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, id-data tal-iskadenza għas-sottoperjodu tal-preżentazzjoni;

(vi)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, l-ammont ta' għajnuna f'euro propost għal kull unità ta' kejl arrotondat għal mhux iktar minn żewġ pożizzjonijiet deċimali, mingħajr il-VAT;

(b)

l-operatur ikun ippreżenta l-ammont tal-garanzija msemmi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem.

Artikolu 41

Verifika tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet mill-aġenzija tal-pagamenti

1.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 40.

2.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti tiddeċiedi li offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni ma tkunx ammissibbli, din għandha tgħarraf lill-operatur ikkonċernat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tal-offerta tal-prezzijiet jew tal-applikazzjoni.

Artikolu 42

Notifika tal-offerti tal-prezzijiet u tal-applikazzjonijiet lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-offerti tal-prezzijiet u l-applikazzjonijiet ammissibbli kollha fil-limiti ta' żmien li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, għandhom japplikaw il-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti;

(b)

fil-każ tal-applikazzjonijiet, in-notifiki għandhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard minn 12.00 (ħin ta' Brussell) kull nhar ta' Tlieta u għandhom ikunu relatati mal-kwantitajiet tal-prodotti li, matul il-ġimgħa ta' qabel, ikunu is-suġġett ta' applikazzjoni ammissibbli, u tal-informazzjoni relatata. Il-Kummissjoni tista' titlob li notifiki bħal dawn isiru iktar ta' spiss meta informazzjoni bħal din tkun meħtieġa għall-finijiet ta' ġestjoni tal-iskema.

2.   In-notifiki previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikun fihom l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-operaturi.

3.   Meta Stat Membru ma jinnotifikax lill-Kummissjoni b'offerta jew b'applikazzjoni ammissibbli fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, dan għandu jitqies li nnotifika lill-Kummissjoni bi prospett null.

Taqsima II

L-iffissar tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat permezz ta' proċedura tal-offerti

Artikolu 43

Deċiżjonijiet dwar l-ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet innotifikati skont l-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, kif previst fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013:

(a)

li ma tiffissax ammont massimu ta' għajnuna; jew

(b)

li tiffissa ammont massimu ta' għajnuna.

2.   Meta l-offerta tkun soġġetta għal kwantità globali kif imsemmi fl-Artikolu 39(1)(g), u jekk l-għoti tal-kwantitajiet totali li għalihom ikun ġie offrut dak l-ammont jista' jwassal biex tinqabeż il-kwantità globali, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-koeffiċjent għandu japplika għall-offerti tal-prezzijiet li jkunu ġew riċevuti fil-livell tal-ammont massimu ta' għajnuna.

B'deroga mill-Artikolu 2(6), operatur li għalih japplika koeffiċjent tal-allokazzjoni jista' jirtira l-offerta tiegħu fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   Meta ma jkun ġie ffissat l-ebda ammont massimu ta' għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha.

2.   Meta jkun ġie ffissat ammont massimu ta' għajnuna, l-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta l-offerti li jkunu jiswew daqs jew inqas minn dak l-ammont, mingħajr ħsara għall-Artikolu 43(2). L-offerti l-oħra kollha għandhom jiġu rrifjutati.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha taċċetta biss offerti li jkunu ġew innotifikati f'konformità mal-Artikolu 42.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 43(1).

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operaturi bl-eżitu tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tal-offerti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Taqsima III

L-iffissar bil-quddiem tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat

Artikolu 45

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat iffissata bil-quddiem

1.   Għall-prodotti li jkunu diġà nħażnu, applikazzjoni ammissibbli għandha titqies li ġiet aċċettata fit-tmien jum tax-xogħol wara d-data tar-riċevuta ta' dik l-applikazzjoni, diment li sadanittant il-Kummissjoni ma tadotta l-ebda deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 3.

2.   Għall-prodotti li ma jkunux diġà nħażnu, id-deċiżjonijiet dwar l-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni ammissibbli għandha tiġi nnotifikata mill-aġenzija tal-pagamenti lill-operatur fit-tmien jum tax-xogħol wara d-data tar-riċevuta ta' dik l-applikazzjoni, diment li sadanittant il-Kummissjoni ma tadotta l-ebda deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 3.

3.   Meta eżaminazzjoni tas-sitwazzjoni tiżvela li sar użu eċċessiv mill-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat, jew li hemm riskju ta' spekulazzjoni jew ta' użu eċċessiv, il-Kummissjoni tista', mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tiddeċiedi li:

(a)

tissospendi l-applikazzjoni tal-iskema għal mhux iktar minn ħamest ijiem tax-xogħol; l-applikazzjonijiet li jiġu ppreżentati matul dak il-perjodu ma għandhomx jiġu aċċettati;

(b)

tistabbilixxi persentaġġ uniku li bih jitnaqqsu l-kwantitajiet fl-applikazzjonijiet, soġġett li tiġi osservata l-kwantità kuntrattwali minima, meta dan ikun xieraq;

(c)

tirrifjuta l-applikazzjonijiet li jkunu saru qabel il-perjodu ta' sospensjoni, li l-aċċettazzjoni tagħhom tkun ġiet deċiża matul il-perjodu ta' sospensjoni.

B'deroga mill-Artikolu 2(6), operatur li għalih japplika l-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu jista' jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tistabbilixxi t-tnaqqis tal-persentaġġ.

Taqsima IV

Tqegħid tal-prodotti fi ħżin privat

Artikolu 46

Informazzjoni relatata mal-post tal-ħżin privat għal prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux

Wara r-riċevuta tan-notifika msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 44(3) jew tan-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(2), l-operatur għandu jinnotifika lill-aġenzija tal-pagamenti bil-limitu ta' żmien għad-dħul tal-prodotti f'post tal-ħżin, l-isem u l-indirizz ta' kull post tal-ħżin privat u l-kwantitajiet korrispondenti. In-notifika għandha tiġi pprovduta lill-aġenzija tal-pagamenti minn tal-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tat-tqegħid tal-lottijiet f'post tal-ħżin. L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li taċċetta perjodu iqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

Artikolu 47

Tqegħid f'post tal-ħżin ta' prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux

1.   Il-prodotti għandhom jitqiegħdu f'post tal-ħżin fi żmien 28 jum wara n-notifika msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 44(3) fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, jew in-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(2) fil-każ tal-applikazzjonijiet.

2.   Għal-laħam, it-tqegħid f'post tal-ħżin għandu jibda, għal kull lott individwali tal-kwantità koperta mill-offerta tal-prezzijiet jew mill-applikazzjoni, minn dak il-jum li fih il-lott jaqa' taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti. Dak il-jum għandu jkun il-jum li fih jiġi stabbilit il-piż nett tal-prodott frisk jew mkessaħ:

(a)

fil-post tal-ħżin privat, meta l-prodott jiġi ffriżat fl-istabbiliment;

(b)

fil-post tal-iffriżar, meta l-prodott jiġi ffriżat f'faċilitajiet adattati 'l barra mill-post tal-ħżin privat.

3.   It-tqegħid f'post tal-ħżin għandu jitqies li tlesta dakinhar li jinħażen l-aħħar lott individwali tal-kwantità koperta mill-offerta tal-prezzijiet jew mill-applikazzjoni.

KAPITOLU II

Kuntratti ta' ħżin

Taqsima I

Konklużjoni ta' kuntratti

Artikolu 48

Perjodu ta' ħżin kuntrattwali

1.   Il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jibda l-għada:

(a)

tad-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 44(3), jew tad-data tar-riċevuta ta' applikazzjoni ammissibbli mingħajr ħsara għall-Artikolu 45(1), għall-prodotti li diġà jkunu nħażnu;

(b)

tad-data meta t-tqegħid fil-post tal-ħżin jitqies li tlesta skont l-Artikolu 47(3) għall-prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux.

2.   L-aħħar jum tal-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jista' jiġi ffissat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem, kif imsemmi fl-Artikolu 39(1)(f).

B'deroga mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (18), meta l-aħħar jum tal-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jinzerta nhar ta' s-Sibt, nhar ta' Ħadd jew fi btala pubblika, il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali għandu jintemm malli tiskadi l-aħħar siegħa ta' dak il-jum.

Artikolu 49

Konklużjoni ta' kuntratti

Il-kuntratti għandhom jiġu konklużi bejn l-aġenzija tal-pagamenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu maħżuna jew ikunu se jinħażnu l-prodotti u l-operaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u li minnhom tkun ġiet aċċettata offerta tal-prezzijiet jew applikazzjoni.

Il-kuntratti għandhom jiġu konklużi għall-kwantità li effettivament tkun inħażnet (il-“kwantità kuntrattwali”), li ma għandhiex taqbeż il-kwantità msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 44(3) fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, jew il-kwantità fl-applikazzjoni fir-rigward ta' prodotti li diġà jkunu maħżuna, jew in-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(2) fil-każ ta' applikazzjonijiet għal prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux.

Meta l-kwantità li effettivament tinħażen tkun inqas minn 95 % tal-kwantità speċifikata fl-offerta tal-prezzijiet jew fl-applikazzjoni, jew tal-kwantità li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45(3)(b), ma għandu jiġi konkluż l-ebda kuntratt.

Meta l-eliġibbiltà tal-prodotti ma tkunx ġiet ikkonfermata, ma għandhomx jiġu konklużi kuntratti.

Artikolu 50

Notifika tal-konklużjoni ta' kuntratti

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tinnotifika lill-operatur rebbieħ dwar kuntratt li jitqies konkluż, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-ħruġ tar-rapport ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 61(1), diment li tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa għall-konklużjoni tal-kuntratt.

Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt għandha tkun dik li fiha l-aġenzija tal-pagamenti tinnotifika lill-operatur.

Taqsima II

Elementi tal-kuntratt u obbligi tal-operatur

Artikolu 51

Elementi tal-kuntratt

Il-kuntratt għandu jitqies li jinkludi, meta dan ikun xieraq, l-elementi previsti fl-Artikolu 52, kif ukoll dawk previsti:

(a)

fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti u fl-offerta tal-prezzijiet; jew

(b)

fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem u fl-applikazzjoni.

Artikolu 52

Obbligi tal-operatur

1.   Minn tal-inqas il-kuntratti għandhom ikopru l-obbligi li ġejjin għall-operatur:

(a)

it-tqegħid u ż-żamma tal-kwantità kuntrattwali fil-post tal-ħżin, matul il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali, għar-riskju u għas-spejjeż tiegħu, skont kundizzjonijiet li jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, mingħajr ma:

(i)

jiġu sostitwiti l-prodotti maħżuna, għajr fil-każ taz-zokkor f'konformità mal-paragrafu 3;

(ii)

jew mingħajr ma jiġu trasferiti f'post ieħor ta' ħżin privat jew, fil-każ taz-zokkor, f'sajlo ieħor;

(b)

iż-żamma tad-dokumenti tal-użin stabbiliti fil-ħin tad-dħul fil-post tal-ħżin privat;

(c)

il-preżentazzjoni tad-dokumenti marbuta mal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-post tal-ħżin, inkluż il-post li fih jinsabu l-lottijiet/l-għadd/il-btieti/is-sajlos tal-ħżin bil-kwantitajiet korrispondenti, lill-aġenzija tal-pagamenti mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data tat-tqegħid f'post tal-ħżin imsemmija fl-Artikolu 47(3);

(d)

li l-aġenzija tal-pagamenti titħalla tikkontrolla fi kwalunkwe ħin li l-obbligi kollha stipulati fil-kuntratt ikunu qegħdin jiġu rrispettati;

(e)

li l-prodotti maħżuna jkunu aċċessibbli u identifikabbli faċilment u individwalment skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo tal-ħżin.

2.   B'deroga mill-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, l-aġenzija tal-pagamenti tista' tawtorizza rilokazzjoni tal-prodotti maħżuna skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

għall-ġobnijiet li jibbenifikaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) jew minn indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), meta l-operatur jippreżenta talba motivata;

(ii)

għal prodotti oħra, f'każijiet eċċezzjonali, meta l-operatur jippreżenta talba motivata.

3.   B'deroga mill-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, iz-zokkor soġġett għal kuntratt jista' jinħażen f'sajlo magħżul mill-operatur flimkien ma' zokkor ieħor, diment li l-kwantità kuntrattwali tinżamm maħżuna fis-sajlo magħżul, matul il-perjodu kuntrattwali f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238.

4.   Fuq talba, l-operatur għandu jlesti d-dokumentazzjoni kollha, għal kull kuntratt, sabiex l-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għall-kontrolli tkun tista' tivverifika, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodotti maħżuna:

(a)

in-numru li jidentifika l-impriża approvata u, jekk ikun meħtieġ, l-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b)

l-oriġini u d-data tal-produzzjoni tal-prodotti jew, għaz-zokkor, is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni u, għal-laħam, il-jum tal-qatla;

(c)

id-data tat-tqegħid fil-post tal-ħżin;

(d)

il-piż u, fil-każ tal-laħam, in-numru ta' qatgħat ippakkjati;

(e)

l-indirizz tal-post tal-ħżin privata u l-mezz li jippermetti l-identifikazzjoni faċli tal-prodott fil-post tal-ħżin privat jew, għaz-zokkor f'ammonti kbar, l-identifikazzjoni tas-sajlo magħżul mill-operatur;

(f)

id-data tat-tmiem tal-perjodu tal-ħżin kuntrattwali u d-data reali tat-tneħħija mill-ħżin kuntrattwali.

5.   L-operatur jew, meta jkun applikabbli, il-persuna responsabbli mill-maħżen, għandhom iżommu reġistru fil-maħżen li jkopri, skont in-numru tal-kuntratt:

(a)

l-identifikazzjoni tal-prodotti mqiegħda fil-post tal-ħżin skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo;

(b)

id-dati tat-tqegħid fil-post tal-ħżin u tat-tneħħija minnu;

(c)

il-kwantità ta' prodotti maħżuna skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo;

(d)

il-post li fih ikunu jinsabu l-prodotti skont il-lott/l-għadd/il-bittija/is-sajlo tal-post tal-ħżin fil-maħżen.

KAPITOLU III

Tneħħija tal-prodotti u ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat

Taqsima I

Tneħħija tal-prodotti mill-post tal-ħżin

Artikolu 53

Tneħħija mill-post tal-ħżin

1.   It-tneħħija mill-post tal-ħżin tista' tibda fil-jum ta' wara l-aħħar jum tal-perjodu kuntrattwali jew, kif jista' jkun il-każ, mid-data speċifikata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem.

2.   It-tneħħija mill-post tal-ħżin għandha tkun f'lottijiet sħaħ tal-ħżin, sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tawtorizzax it-tneħħija fi kwantitajiet iżgħar.

Madankollu, fil-każ ta' prodotti ssiġillati kif imsemmi fl-Artikolu 60, tista' titneħħa biss kwantità ssiġillata mill-maħżen.

3.   Meta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tal-offerti jew li jiffissal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem, il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali jiġi speċifikat li huwa bejn perjodu ta' jiem, l-operatur għandu jinnotifika lill-aġenzija tal-pagamenti li jkun biħsiebu jibda jneħħi l-prodotti mill-post tal-ħżin, billi jindika l-lottijiet/l-għadd/il-btieti/is-sajlos involuti tal-post tal-ħżin, minn tal-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tat-tneħħija.

L-aġenzija tal-pagamenti tista' tiddeċiedi li taċċetta perjodu iqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

Taqsima II

Ħlas

Artikolu 54

Applikazzjoni għal ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat

L-operatur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-ħlas fi żmien tliet xhur minn tmiem il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali.

Artikolu 55

Ħlas tal-għajnuna għall-ħżin privat

Il-ħlas tal-għajnuna għandu jsir sa mhux iktar tard minn 120 jum wara d-data li fiha tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-ħlas, diment li jkunu ġew issodisfati l-obbligi tal-kuntratt.

Madanakollu, jekk tkun qed issir inkjesta amministrattiva, il-ħlas ma għandux isir qabel ma jiġi rikonoxxut l-intitolament.

TITOLU IV

KONTROLLI U PENALI

KAPITOLU I

Kontrolli

Artikolu 56

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar kontrolli marbuta ma' intervent pubbliku u ma' għajnuna għall-ħżin privat

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti marbuta mal-intervent pubbliku u mal-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, f'dan ir-Regolament u fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

Il-miżuri għandhom jinkludu kontrolli amministrattivi sħaħ tal-offerti ta' xiri u tal-offerti tal-prezzijiet għal intervent pubbliku, għall-offerti tal-prezzijiet u għall-applikazzjonijiet għal għajnuna għall-ħżin privat, flimkien ma' kontrolli tad-dokumentazzjoni fuq il-post i kontrolli fiżiċi kif speċifikat f'dan it-Titolu.

2.   Il-verifika tal-piż tal-prodotti kkunsinnati għal intervent pubbliku u, fil-każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, tal-kwantità kuntrattwali, għandha titwettaq fil-preżenza tal-uffiċjali tal-aġenzija tal-pagamenti.

3.   Il-kampjuni fiżiċi li jittieħdu għall-finijiet ta' verifika tal-kwalità u tal-kompożizzjoni tal-prodotti għal intervent pubbliku u għall-għajnuna għall-ħżin privat għandhom jittieħdu mill-uffiċjali tal-aġenzija tal-pagamenti jew fil-preżenza tagħhom.

4.   Għall-finijiet ta' verifika tal-awditjar, ir-rekords finanzjarji kollha u dawk kollha marbuta mal-ħażniet kif ukoll id-dokumenti kkontrollati mill-aġenzija tal-pagamenti għandhom jiġu ttimbrati jew inizjalati matul iż-żjara ta' kontroll. Meta jiġu vverifikati r-rekords tal-kompjuter, fil-fajl tal-ispezzjoni għandu jiġi inkluż rekord tal-kontroll li jkun twettaq, f'forma stampata jew elettronika. Rekords bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni, fuq talba tagħha.

Artikolu 57

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli marbuta ma' intervent pubbliku

1.   Mingħajr ħsara għall-kontrolli mitluba minn dan ir-Regolament għall-akkwist ta' prodotti, il-kontrolli tal-ħażniet tal-intervent għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014.

2.   Meta l-post tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a)(ii) ikun fi Stat Membru għajr dak li fih titressaq l-offerta tax-xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, l-aġenzija tal-pagamenti li tkun irċeviet l-offerta tax-xiri jew l-offerta tal-prezzijiet tista' titlob assistenza mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għal dak il-post tal-ħżin, inkluż kontroll fuq il-post. L-assistenza għandha tiġi pprovduta fil-perjodu mitlub mill-aġenzija tal-pagamenti li tkun irċeviet l-offerta tax-xiri jew l-offerta tal-prezzijiet.

3.   Għaċ-ċanga, il-kontrolli għandhom jitwettqu f'konformità mal-Partijiet I u III tal-Anness III.

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli marbuta ma' intervent pubbliku għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Minkejja l-Artikolu 56(2), il-kwantità kkunsinnata għandha tintiżen fil-preżenza tal-operatur u ta' rappreżentant tal-aġenzija tal-pagamenti li jkun indipendenti mill-operatur.

Madankollu, jekk ir-rappreżentant tal-aġenzija tal-pagamenti jkun ukoll il-persuna responsabbli mill-maħżen, fi żmien 30 jum mid-data tal-kunsinna, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq spezzjoni li minn tal-inqas tkun tinvolvi kontroll volumetriku. Kwalunkwe differenza bejn il-kwantità stabbilita bl-użin u l-kwantità stmata skont il-metodu volumetriku ma għandhiex taqbeż il-5 %.

Meta t-tolleranza ta' 5 % ma tinqabiżx, il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha relatati ma' kwalunkwe differenza li tiġi osservata, waqt verifika tal-piż li ssir iktar tard, meta imqabbel mal-piż imdaħħal fil-kontijiet waqt l-akkwist.

Meta t-tolleranza ta' 5 % tinqabeż, iċ-ċereali jew ir-ross għandhom jintiżnu minnufih. Meta l-piż stabbilit ikun inqas minn dak irreġistrat, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarrbu mill-persuna responsabbli mill-maħżen. Inkella, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-pagamenti.

2.   Meta l-livell ta' kontaminanti fiċ-ċereali jkun irid jiġi kkontrollat abbażi tal-analiżi tar-riskji msemmija fil-punt 3 tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tinżamm responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi ta' kontaminanti skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014.

Madankollu, fil-każ tal-okratossina A u tal-aflatossina, jekk l-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata tkun tista' tagħti prova li tissodisfa l-Kummissjoni li l-istandards ġew issodisfati mad-dħul, li l-kundizzjonijiet normali tal-ħżin ġew irrispettati u li l-impenji l-oħra tal-persuna responsabbli mill-maħżen ġew irrispettati, l-obbligazzjoni finanzjarja tiġġarrab mill-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 59

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-akkwist fil-post tal-ħżin tal-persuna responsabbli mill-maħżen għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Jekk l-akkwist taċ-ċereali u tar-ross iseħħ fil-post tal-ħżin li fih ikunu qegħdin jinżammu l-prodotti meta tiġi ppreżentata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, il-kwantità li tiġi akkwistata għandha tiġi stabbilita abbażi tar-reġistru tal-maħżen, li għandu jissodisfa l-istandards professjonali li jippermettu li tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Anness III tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014, u diment li:

(a)

ir-reġistru tal-maħżen juri:

(i)

il-piż irreġistrat waqt użin li jkun twettaq f'perjodu ta' mhux iktar minn għaxar (10) xhur qabel l-akkwist;

(ii)

il-karatteristiċi fiżiċi tal-kwalità waqt l-użin u, b'mod partikolari, il-kontenut ta' ndewwa;

(iii)

it-trasferimenti li jista' jkun hemm bejn il-ħażniet fis-sajlos, jekk ikun hemm, u t-trattamenti li jitwettqu;

(b)

il-persuna responsabbli mill-maħżen tiddikjara li l-lott offrut jikkorrispondi għalkollox mad-dettalji li jkun hemm fir-reġistru tal-maħżen;

(c)

il-karatteristiċi tal-kwalità stabbiliti waqt l-użin ikunu l-istess bħal dawk tal-kampjun rappreżentattiv li jkun magħmul mill-kampjuni meħudin mill-aġenzija tal-pagamenti jew mir-rappreżentant tagħha b'rata ta' kampjun wieħed għal kull 60 tunnellata.

2.   Jekk japplika l-paragrafu 1, il-piż li għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-maħżen u fil-kontijiet finanzjarji previsti fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014 għandu jkun dak li ddaħħal fir-reġistru tal-maħżen u li ġie aġġustat, meta dan ikun xieraq, sabiex titqies kwalunkwe differenza bejn il-kontenut ta' ndewwa jew il-persentaġġ ta' impuritajiet mixxellanji (Schwarzbesatz) irreġistrati waqt l-użin u dawk stabbiliti abbażi tal-kampjun rappreżentattiv. Differenza bejn il-persentaġġi ta' impuritajiet mixxellanji tista' titqies biss biex jitnaqqas il-piż li ddaħħal fir-reġistru tal-maħżen.

L-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq kontroll volumetriku fi żmien 30 jum mill-akkwist. Kwalunkwe differenza bejn il-kwantità stabbilita bl-użin u l-kwantità stmata skont il-metodu volumetriku ma għandhiex taqbeż il-5 %.

Meta t-tolleranza ta' 5 % ma tinqabiżx, il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha relatati ma' kwalunkwe differenza li tiġi osservata, waqt verifika tal-piż li ssir iktar tard, meta imqabbel mal-piż imdaħħal fil-kontijiet waqt l-akkwist.

Meta t-tolleranza ta' 5 % tinqabeż, iċ-ċereali jew ir-ross għandhom jintiżnu minnufih. Meta l-piż stabbilit ikun inqas minn dak irreġistrat, filwaqt li jitqiesu l-limiti ta' tolleranza previsti fil-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarbu mill-persuna responsabbli mill-maħżen. Inkella, l-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarbu mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija.

Artikolu 60

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli marbuta mal-għajnuna għall-ħżin privat

1.   Għal-lottijiet kollha mqiegħda f'post tal-ħżin, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq kontrolli tad-dokumenti fuq il-post fi żmien 30 jum mill-bidu tal-perjodu tal-ħżin kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 48(1) sabiex tiġi vverifikata l-kwantità kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 49. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu eżaminazzjoni tar-reġistru tal-maħżen imsemmi fl-Artikolu 52(5) u tad-dokumenti ta' prova, bħal biljetti tal-użin u dokumenti tal-kunsinna, kif ukoll verifika fiżika tal-preżenza tal-lottijiet u tal-identità tal-prodotti fil-post tal-ħżin privat.

Fil-każ tal-laħam, il-kontrolli għandhom iseħħu fil-waqt tat-tqegħid f'post tal-ħżin privat u, għaż-żejt taż-żebbuġa, qabel l-issiġillar uffiċjali tal-btieti.

F'ċirkostanzi ġġustifikati kif imiss, l-aġenzija tal-pagamenti tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sottoparagrafu sa massimu ta' 15-il jum. F'każijiet bħal dawn, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tgħarraf lill-operaturi affettwati.

2.   Minbarra il-kontrolli meħtieġa skont il-paragrafu 1, għandu jiġi kkontrollat fiżikament kampjun statistiku rappreżentattiv ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali maħżuna bl-għan li jiġi żgurat li l-kwantità, in-natura u l-kompożizzjoni, l-ippakkjar u l-immarkar tal-prodotti u tal-lottijiet maħżuna jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ħżin privat u mad-dettalji speċifikati mill-operatur fl-offerta tal-prezzijiet jew fl-applikazzjoni tiegħu.

Fil-każ tal-ġobon, għandhom isiru kontrolli fiżiċi fuq il-lottijiet kollha sabiex tiġi vverifikata l-kwantità kuntrattwali.

3.   Matul il-perjodu tal-ħżin, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq ukoll kontrolli fuq il-post għal għarrieda sabiex tiġi żgurata l-preżenza u l-identità tal-kwantità kuntrattwali fil-post tal-ħżin privat, u li z-zokkor maħżun f'ammonti kbar ikun preżenti fis-sajlo magħżul mill-operatur. Il-kontroll għandu jsir abbażi ta' kampjun statistiku aleatorju ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu ġew konklużi l-kuntratti. Dan il-kampjun ma għandux jinkludi iktar minn 25 % tal-lottijiet li diġà jkunu ġew ikkontrollati skont il-paragrafu 2, sakemm ma jkunx possibbli li jitwettaq kontroll fuq il-post ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu ġew konklużi l-kuntratti.

Il-kontroll għal għarrieda msemmi fl-ewwel sottoparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa meta l-aġenzija tal-pagamenti, bi qbil mal-operatur, tkun issiġillat il-prodotti b'tali mod li l-kwantitajiet kuntrattwali ma jkunux jistgħu jitneħħew mill-post tal-ħżin mingħajr ma jinkiser is-siġill.

4.   Fi tmiem il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali, jew qabel il-bidu tat-tneħħija tal-prodotti skont l-Artikolu 53(3), l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq kontrolli fuq il-post sabiex tivverifika li l-impenn kuntrattwali jkun qed jiġi ssodisfat abbażi ta' kontroll tad-dokument tar-reġistru tal-maħżen u tad-dokumenti ta' prova, kif ukoll verifika tal-preżenza tal-lottijiet u tal-identità tal-prodotti fil-post tal-ħżin privat.

Minbarra l-kontrolli msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, għandu jiġi kkontrollat fiżikament kampjun statistiku rappreżentattiv ta' minn tal-inqas 5 % tal-lottijiet li jkopru minn tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu ġew konklużi l-kuntratti, sabiex jiġu vverifikati l-kwantità, it-tip, l-ippakkjar, l-immarkar u l-identità tal-prodotti fil-post tal-ħżin privat.

5.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti, bil-qbil tal-operatur, tkun issiġillat il-prodotti b'tali mod li l-kwantità maħżuna ma tkunx tista' titneħħa mil-lott individwali mingħajr ma jinkiser is-siġill, il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jistgħu jiġu limitati għall-verifika tal-preżenza u tal-integrità tas-siġilli.

Artikolu 61

Rapportar tal-kontrolli

1.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tfassal rapport ta' kontroll fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tlestija ta' kull kontroll fuq il-post li jitwettaq u, jekk ikun xieraq, tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 56(3). Ir-rapport għandu jiddeskrivi preċiżament l-oġġetti differenti li ġew ikkontrollati u għandu jistabbilixxi:

(a)

id-data u l-ħin tal-bidu tal-kontroll;

(b)

id-dettalji ta' kwalunkwe notifika bil-quddiem li tkun ingħatat;

(c)

it-tul ta' żmien tal-kontroll;

(d)

il-persuni responsabbli preżenti;

(e)

in-natura u l-firxa tal-kontrolli imwettqa, bl-għoti, b'mod partikolari, tad-dettalji tad-dokumenti u tal-prodotti li ġew eżaminati;

(f)

is-sejbiet u l-konklużjonijiet;

(g)

jekk ikunx hemm bżonn ta' segwitu.

Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-uffiċjal responsabbli tal-aġenzija tal-pagamenti u għandu jiġi kontroiffirmat mill-operatur jew, meta jkun applikabbli, mill-persuna responsabbli mill-maħżen, jew inkella jintbagħat lill-operatur b'mezzi li jistgħu jiġu rreġistrati. Ir-rapport għandu jiġi inkluż fil-fajl tal-pagamenti.

2.   F'każ ta' nuqqas ta' konformità tal-prodotti soġġetti għall-kontroll, il-verifika għandha tiġi estiża għal kampjun statistiku ikbar, li jkun irid jiġi stabbilit mill-aġenzija tal-pagamenti.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandha tirreġistra kull każ ta' nuqqas ta' konformità abbażi tal-kriterji tal-gravità, tal-firxa, tat-tul ta' żmien u tar-ripetizzjoni li tista' tirriżulta fl-esklużjoni skont l-Artikolu 62(1), jew fil-ħlas lura ta' għajnuna għall-ħżin privat, li tkun tħallset bla bżonn, inkluż l-imgħax meta dan ikun applikabbli, skont l-Artikolu 62(4).

KAPITOLU II

Penali u miżuri amministrattivi

Artikolu 62

Penali u miżuri amministrattivi b'rabta mal-għajnuna għall-ħżin privat

1.   Meta l-aġenzija tal-pagamenti ssib li dokument ippreżentat minn operatur, li jkun meħtieġ skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, dan ir-Regolament jew Regolament ta' Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(2)(b) ta' dan ir-Regolament, ikollu informazzjoni mhux korretta, u meta din l-informazzjoni mhux korretta tkun deċiżiva għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat, l-aġenzija tal-pagamenti għandha teskludi lill-operatur mill-proċedura tal-għoti ta' għajnuna għall-prodott li għalih tkun ingħatat informazzjoni mhux korretta għal perjodu ta' sena mid-data tal-adozzjoni ta' deċiżjoni amministrattiva finali li tistabbilixxi l-irregolarità.

2.   L-esklużjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika jekk l-applikant jagħti prova li tissodisfa lill-aġenzija tal-pagamenti, li s-sitwazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu tkun minħabba force majeure jew minħabba żball ovvju.

3.   Il-ħlas bla bżonn għandu jiġi rkuprat, bl-imgħax, mingħand l-operaturi kkonċernati. Ir-regoli stipulati fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

4.   L-implimentazzjoni ta' penali amministrattivi u l-irkupru ta' ammonti mħallsa bla bżonn, kif stipulat f'dan l-Artikolu, huma mingħajr ħsara għall-komunikazzjoni tal-irregolaritajiet lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (19).

TITOLU V

NOTIFIKI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU I

Notifiki

Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar notifiki

Artikolu 63

Metodu ta' notifika

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, kif ukoll fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (20).

Artikolu 64

Notifiki dwar l-aġenziji tal-pagamenti

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-aġenziji tal-pagamenti approvati li jkunu responsabbli għal xiri sfurzat b'intervent, għal bejgħ u għal għajnuna għall-ħżin privat.

2.   Il-lista tal-aġenziji tal-pagamenti approvati għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri bis-saħħa tal-Kummissjoni, inkluż permezz ta' pubblikazzjoni fuq l-Internet.

Taqsima II

Notifiki fir-rigward tal-intervent pubbliku

Artikolu 65

Notifiki ta' informazzjoni dwar il-ħażniet ta' intervent

1.   L-Istati Membri li l-aġenziji tal-pagamenti tagħhom ikollhom ħażniet ta' intervent għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-15-il jum ta' kull xahar, b'dawn il-punti li ġejjin:

(a)

għaċ-ċereali u għar-ross:

(i)

il-kwantitajiet maħżuna mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni;

(ii)

il-kwantitajiet kumulattivi li jkunu ġew akkwistati mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni;

(iii)

il-kwantitajiet kumulattivi li jkunu nħarġu mill-postijiet tal-ħżin mill-bidu tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni, identifikati meta dan ikun xieraq skont it-tip ta' użu jew id-destinazzjoni, u l-kwantitajiet kumulattivi li jkunu ntilfu;

(iv)

il-kwantitajiet kumulattivi impenjati, identifikati meta dan ikun xieraq skont it-tip ta' użu jew id-destinazzjoni;

(v)

il-kwantitajiet li jkunu qegħdin jiġu offruti fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar ta' kull xahar.

(b)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat:

(i)

il-kwantitajiet ta' kull prodott maħżun fl-aħħar tax-xahar ta' qabel u l-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu u nħarġu mill-postijiet tal-ħżin matul dak ix-xahar;

(ii)

lista tal-kwantitajiet ta' kull prodott li jkun inħareġ mill-postijiet tal-ħżin matul ix-xahar ta' qabel, skont ir-Regolament li jiftaħ il-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-prodotti kkonċernati;

(iii)

lista skont l-età tal-kwantitajiet maħżuna fi tmiem ix-xahar ta' qabel;

(c)

għaċ-ċanga:

(i)

il-kwantitajiet ta' kull prodott maħżun fl-aħħar tax-xahar ta' qabel u l-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu u nħarġu mill-postijiet tal-ħżin matul dak ix-xahar;

(ii)

lista tal-kwantitajiet ta' kull prodott li jkun inħareġ mill-postijiet tal-ħżin matul ix-xahar ta' qabel, skont ir-Regolament li jiftaħ il-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-prodotti kkonċernati;

(iii)

il-kwantitajiet ta' kull qatgħa koperta b'kuntratti ta' bejgħ konklużi fix-xahar ta' qabel;

(iv)

il-kwantitajiet ta' kull qatgħa koperta b'ordnijiet ta' tneħħija maħruġa fix-xahar ta' qabel;

(v)

il-kwantitajiet ta' kull qatgħa li nxtrat fix-xahar ta' qabel;

(vi)

il-ħażniet mhux impenjati u l-ħażniet fiżiċi ta' kull qatgħa fi tmiem ix-xahar ta' qabel, flimkien mad-dettalji dwar kemm ikunu ilhom maħżuna l-ħażniet mhux impenjati;

(d)

għall-prodotti kollha:

(i)

il-ftuħ ta' proċedura tal-offerti, il-kwantitajiet li ngħataw u l-prezzijiet tal-bejgħ minimi ffissati fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 36;

(ii)

informazzjoni relatata mad-disponimenti għall-iskema ta' dawk li huma l-iktar fil-bżonn.

2   Il-Kummissjoni tista' titlob li n-notifiki previsti fil-paragrafu 1 isiru iktar ta' sikwit meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-ġestjoni effiċjenti tas-sistema ta' intervent.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1:

(a)

“il-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu” tfisser il-kwantitajiet li jkunu nħażnu fiżikament, kemm jekk ikunu ġew akkwistati mill-aġenzija tal-pagamenti kif ukoll jekk le;

(b)

“il-kwantitajiet li jkunu nħarġu” tfisser il-kwantitajiet li jkunu tneħħew jew, jekk ikunu ġew akkwistati mix-xerrej qabel ma tneħħew, il-kwantitajiet li jkunu ġew akkwistati.

4.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1:

(a)

“il-ħażniet mhux impenjati” tfisser il-ħażniet li jkunu għadhom mhumiex koperti b'kuntratt ta' bejgħ;

(b)

“il-ħażniet fiżiċi” tfisser il-ħażniet mhux impenjati flimkien mal-ħażniet li jkunu koperti b'kuntratt ta' bejgħ iżda li jkunu għadhom ma ġewx akkwistati.

Taqsima III

Notifiki fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat

Artikolu 66

Notifika ta' informazzjoni dwar il-ħżin privat

L-Istati Membri li fihom tkun intużat l-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

minn tal-inqas darba fil-ġimgħa dwar il-prodotti u l-kwantitajiet li għalihom ikunu ġew konklużi kuntratti matul il-ġimgħa ta' qabel, maqsuma skont il-perjodu tal-ħżin;

(b)

mhux aktar tard mill-15-il jum ta' kull xahar għax-xahar preċedenti:

(i)

dwar il-kwantitajiet tal-prodotti li jitqiegħdu f'post tal-ħżin privat u li jinħarġu minnu matul ix-xahar ikkonċernat, u meta dan ikun applikabbli maqsuma skont il-kategoriji;

(ii)

dwar il-kwantitajiet ta' prodotti f'post tal-ħżin privat fi tmiem ix-xahar ikkonċernat, u meta dan ikun applikabbli maqsuma skont il-kategoriji;

(iii)

dwar il-kwantitajiet ta' prodotti li fir-rigward tagħhom ikun intemm il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali;

(iv)

jekk il-perjodu tal-ħżin ikun tnaqqas jew ikun ġie estiż, kif imsemmi fl-Artikolu 20(m) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dwar il-prodotti u l-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikun ġie revedut il-perjodu tal-ħżin, u dwar id-dati inizjali u reveduti għat-tneħħija mill-post tal-ħżin;

(c)

sal-31 ta' Marzu ta' kull sena għas-sena kalendarja ta' qabel, dwar ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post imwettqa skont it-Titolu IV.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 67

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan jibda japplika mill-1 ta' Ottubru 2016. Madankollu, fir-rigward tax-xiri sfurzat b'intervent pubbliku, it-Tabelli III u IV tal-Parti V u l-punt (b) tal-Parti VI tal-Anness I japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 tas-16 ta' Novembru 1987 li jistipula r-regoli dettaljati għall-intervent fis-suq tar-ross (ĠU L 326, 17.11.1987, p. 25).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2351/91 tat-30 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għax-xiri ta' ross miżmum minn aġenzija ta' intervent għall-provvista ta' għajnuna alimentarja (ĠU L 214, 2.8.1991, p. 51).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 720/2008 tal-25 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-ħażna u l-moviment ta' prodotti mixtrija minn aġenzija li tħallas jew minn aġenzija ta' intervent (verżjoni kodifikata) (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 17).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 tal-24 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta' prodotti minn intervent (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u għajnuna għal ħażna privata (Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' metodi għall-analiżi u għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009 tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(17)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b'intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56).

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).


ANNESS I

ĊEREALI

PARTI I

1.   DEFINIZZJONI TA' MATERJA OĦRA GĦAJR IĊ-ĊEREALI BAŻIĊI TA' KWALITÀ MHUX MITTIEFSA

1.1.   Ħbub imfarrka

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub imfarrka” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub imfarrka” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

1.2.   Impuritajiet tal-ħbub

(a)   Ħbub nexfin

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub nexfin” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587. Madankollu, għax-xgħir mill-Estonja, mil-Latvja, mill-Finlandja u mill-Iżvezja, “ħbub nexfin” tfisser ħbub b'piż speċifiku ta' minn tal-inqas 64 kilogramma għal kull ettolitru offrut jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent f'dawk l-Istati Membri; ħbub li, wara l-eliminazzjoni tal-materja l-oħra kollha msemmija f'dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b'aperturi ta' 2,0 mm.

“Ħbub nexfin” ma tapplikax għall-qamħirrum.

(b)   Ċereali oħra

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ċereali oħra” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ċereali oħra” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(c)   Ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub li għamlulhom l-organiżmi ta' ħsara” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(d)   Ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur

Għall-qamħ durum u għall-qamħ komuni, id-definizzjoni hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Id-definizzjoni ta' “ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur” ma tapplikax għax-xgħir jew għall-qamħirrum.

(e)   Ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(f)   Ħbub imtebbgħin

Għall-qamħ durum, id-definizzjoni ta' “ħbub imtebbgħin” hija dik inkluża fl-istandard EN 15587.

Id-definizzjoni ta' “ħbub imtebbgħin” ma tapplikax għall-qamħ komuni, għax-xgħir jew għall-qamħirrum.

1.3.   Ħbub li nibtu

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub li nibtu” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub li nibtu” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

1.4.   Impuritajiet mixxellanji

(a)   Żrieragħ estranji

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “żrieragħ estranji” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “żrieragħ estranji” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

“Żrieragħ li jagħmlu l-ħsara” tfisser żrieragħ li huma velenużi għall-bniedem u għall-annimali, żrieragħ li jfixklu jew jikkumplikaw il-proċessi tat-tindif u tat-tħin taċ-ċereali u żrieragħ li jaffettwaw il-kwalità tal-prodotti pproċessati miċ-ċereali.

(b)   Ħbub danneġġati

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub danneġġati” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “ħbub danneġġati” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

Fl-istandard EN 15587, għall-qamħ durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta' “ħbub affettwati mill-fusarjożi” hija inkluża f'dik ta' “ħbub danneġġati”.

(c)   Materjal estranju

Għall-qamħ durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta' “materjal estranju” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Għall-qamħirrum, id-definizzjoni ta' “materjal estranju” hija dik inkluża fl-istandard EN 16378.

(d)   Ħliefa (biċċiet taċ-ċifċiegħa fil-każ tal-qamħirrum)

(e)   Sadid tal-ħbub

(f)   Ħbub imħassrin

Għall-qamħ durum u għall-qamħ komuni, id-definizzjoni ta' “ħbub imħassrin” hija inkluża fl-istandard EN 15587.

Id-definizzjoni ta' “ħbub imħassrin” ma tapplikax għax-xgħir jew għall-qamħirrum.

(g)   Impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

1.5.   Organiżmi ta' ħsara ħajjin

1.6.   Ħbub mitadiné

Il-ħbub mitadiné tal-qamħ durum huma ħbub li l-qalba tagħhom ma tistax titqies li hija kollha kemm hi żġiġija. Dawn huma definiti fl-istandard EN 15585.

2.   FATTURI SPEĊIFIĊI LI JRIDU JITQIESU GĦAL KULL TIP TA' ĊEREALI GĦAD-DEFINIZZJONI TAL-IMPURITAJIET

2.1.   Qamħ durum

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara, il-ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur, il-ħbub imtebbgħin u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet mixxellanji” tfisser iż-żrieragħ estranji, il-ħbub danneġġati (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), il-materjal estranju, il-ħliefa, is-sadid tal-ħbub, il-ħbub imħassrin u l-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.2.   Qamħ komuni

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali l-organiżmi ta' ħsara, il-ħbub li n-nibbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur (meta l-kontenut tagħhom jaqbeż it-8 % biss) u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet mixxellanji” tfisser iż-żrieragħ estranji, il-ħbub danneġġati (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), il-materjal estranju, il-ħliefa, is-sadid tal-ħbub, il-ħbub imħassrin u l-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.3.   Xgħir

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet varji” tfisser żrieragħ estranji, ħbub danneġġati (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), materjal estranju, ħliefa u impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.4.   Qamħirrum

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-organiżmi ta' ħsara u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet varji” tfisser żrieragħ estranji, ħbub danneġġati, materjal estranju, biċċiet taċ-ċifċiegħa u impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

PARTI II

Metodi li jintużaw biex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent

Skont l-Artikolu 4, iridu jintużaw il-metodi li ġejjin biex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent:

(a)

il-metodu ta' referenza biex tiġi stabbilita materja oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhux mittiefsa:

(i)

għall-qamħ komuni, għall-qamħ durum u għax-xgħir: l-istandard EN 15587,

(ii)

għall-qamħirrum: l-istandard EN 16378;

(b)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit il-kontenut ta' ndewwa:

(i)

għall-qamħirrum: l-istandard EN ISO 6540,

(ii)

għaċ-ċereali għajr il-qamħirrum: l-istandard EN ISO 712, jew metodu bbażat fuq it-teknoloġija infraaħmar li jkun konformi mal-istandard EN 15948.

Fil-każ ta' tilwima, iridu jitqiesu bħala validi dawk ir-riżultati biss li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-istandard EN ISO 6540 għall-qamħirrum u tal-istandard EN ISO 712 għal ċereali oħra għajr il-qamħirrum;

(c)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit kemm l-għaġina miksuba minn qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hi tajba biex tinħadem mill-magni: dak stabbilit fil-Parti III ta' dan l-Anness;

(d)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit il-kontenut ta' proteini fil-qamħ durum u fil-qamħ komuni mitħun: dak stabbilit:

(i)

fl-istandard EN ISO 20483, jew

(ii)

fl-istandard CEN ISO/TS 16634-2.

Fil-każ ta' tilwima, iridu jitqiesu bħala validi dawk ir-riżultati biss li jinkisbu mill-applikazzjoni tal-istandard EN ISO 20483;

(e)

l-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit l-indiċi Zeleny għall-qamħ komuni mitħun: dak stabbilit fl-istandard EN ISO 5529;

(f)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit in-numru tal-waqgħa skont Hagberg (it-test tal-attività tal-amilażi): dak stabbilit fl-istandard EN ISO 3093;

(g)

il-metodu ta' referenza biex tiġi stabbilita r-rata ta' telf tal-aspett żġieġi tal-qamħ durum: dak stabbilit fl-istandard EN 15585;

(h)

il-metodu ta' referenza biex jiġi stabbilit il-piż speċifiku: dak stabbilit fl-istandard EN ISO 7971/3;

(i)

il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi biex tiġi stabbilita r-rata tal-mikotossini: dawk imsemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (1) u stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (2).

PARTI III

Metodu biex jiġi stabbilit kemm l-għaġina miksuba minn qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hi tajba biex tinħadem mill-magni

1.   Titolu

Metodu għat-test tal-ħami tad-dqiq tal-qamħ.

2.   Kamp ta' applikazzjoni

Il-metodu japplika għad-dqiq, mitħun b'mod sperimentali mill-qamħ għall-produzzjoni tal-ħobż bil-ħmira.

3.   Prinċipju

L-għaġina ssir mid-dqiq, l-ilma, il-ħmira, il-melħ u s-sukrożju, f'tagħmir tat-taħlit speċifikat. Wara li l-għaġina tinqasam u tiġi rrumblata, il-biċċiet jitħallew joqogħdu għal 30 minuta; imbagħad jingħataw il-forma, jitqiegħdu fuq il-pjanċi tal-ħami u jinħmew wara perjodu fiss li fih jitħallew joqogħdu għall-aħħar darba. Tittieħed nota tal-karatteristiċi tal-għaġina. Il-ħobżiet jiġu ġġudikati skont il-volum u l-għoli tagħhom.

4.   Ingredjenti

4.1.   Ħmira

Ħmira niexfa attiva tat-tip Saccharomyces cerevisiae DHW-Hamburg-Wansbeck jew prodott li jkollu l-istess karatteristiċi tagħha.

4.2.   Ilma tal-vit

4.3.   Soluzzjoni ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku

Ħoll 30 ± 0,5 g ta' klorur tas-sodju (ta' grad kummerċjali), 30 ± 0,5 g ta' sukrożju (ta' grad kummerċjali) u 0,040 ± 0,001 g ta' aċidu askorbiku fi 800 ± 5 g ta' ilma. Ħejji soluzzjoni friska kuljum.

4.4.   Soluzzjoni ta' żokkor

Ħoll 5 ± 0,1 g ta' sukrożju (ta' grad kummerċjali) f'95 ± 1 g ta' ilma. Ħejji soluzzjoni friska kuljum.

4.5.   Dqiq tal-malt b'enzimi attivi

Grad kummerċjali.

5.   Tagħmir u apparat

5.1.   Kamra tal-ħami

Ikkontrollata biex tinżamm temperatura ta' 22 sa 25 °C ġo fiha.

5.2.   Refriġeratur

Biex tinżamm temperatura ta' 4 ± 2 °C ġo fiha.

5.3.   Miżien

Li jiflaħ tagħbija massima ta' 2 kg u bi preċiżjoni ta' 2 g.

5.4.   Miżien

Li jiflaħ tagħbija massima ta' 0,5 kg u bi preċiżjoni ta' 0,1 g.

5.5.   Miżien analitiku

Bi preċiżjoni ta' 0,1 × 10– 3 g.

5.6.   Tagħmir tat-taħlit

Stephan UMTA 10, b'apparat tat-taħlit tal-mudell “Detmold” (Stephan Soehne GmbH) jew tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

5.7.   Post li fih l-għaġina titħalla toqgħod

Ikkontrollat biex tinżamm temperatura ta' 30 ± 1 °C.

5.8.   Kaxxi tal-plastik miftuħin

Magħmula mill-polimetilmetakrilat (Plexiglas, Perspex). Dimensjonijiet ta' ġewwa: 25 × 25 × għoli ta' 15-il cm u bi ħxuna ta' 0,5 ± 0,05 cm.

5.9.   Folji kwadri tal-plastik

Magħmula mill-polimetilmetakrilat (Plexiglas, Perspex). Minn tal-inqas 30 × 30 cm u bi ħxuna ta' 0,5 ± 0,05 cm.

5.10.   Tagħmir li bih tingħata l-forma

Omoġenizzatur tal-boċċa tad-ditta Brabender (Brabender OHG) jew tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

6.   Teħid tal-kampjuni

Skont l-istandard EN ISO 24333.

7.   Proċedura

7.1.   Kalkolu ta' kemm jinxtorob ilma

Ikkalkula kemm jinxtorob ilma skont l-Istandard Nru 115/1 tal-ICC.

7.2.   Kalkolu taż-żieda tad-dqiq tal-malt

Ikkalkula n-“numru tal-waqgħa” tad-dqiq skont l-istandard EN ISO 3093. Jekk in-“numru tal-waqgħa” jkun iktar minn 250, ikkalkula kemm ikun meħtieġ li jiżdied dqiq tal-malt biex dan in-numru jinġieb fil-medda ta' bejn 200 u 250, billi tintuża serje ta' taħlitiet tad-dqiq flimkien ma' kwantitajiet dejjem ikbar ta' dqiq tal-malt (il-punt 4.5). Jekk in-“numru tal-waqgħa” jkun inqas minn 250, ma jkun meħtieġ l-ebda dqiq tal-malt.

7.3.   Riattivazzjoni tal-ħmira niexfa attiva

Aġġusta t-temperatura tas-soluzzjoni taz-zokkor (il-punt 4.4) biex din tkun ta' 35 ± 1 °C. Ferra' parti waħda, skont il-piż, tal-ħmira niexfa attiva f'erba' partijiet, skont il-piż, ta' din is-soluzzjoni taz-zokkor moderata. Tħawwadhiex. Dawwarha fuq fuq jekk ikun hemm bżonn.

Ħalliha toqgħod għal 10 minuti ± minuta (1), imbagħad ħawwadha sakemm tinkiseb sospensjoni omoġenja. Uża din is-sospensjoni fi żmien 10 minuti.

7.4.   Aġġustament tat-temperatura tad-dqiq u tal-likwidu tal-għaġina

It-temperatura tad-dqiq u tal-ilma trid tiġi aġġustata biex, wara t-taħlit, l-għaġina jkollha temperatura ta' 27 ± 1 °C.

7.5.   Kompożizzjoni tal-għaġina

Bi preċiżjoni ta' 2 g, iżen 10 y/3 g dqiq fuq bażi ta' ndewwa eżistenti (korrispondenti għal kilogramma (1 kg) dqiq fuq bażi ta' ndewwa ta' 14 %), fejn “y” hija l-kwantità ta' dqiq li ntużat fit-test bil-farinografu (ara l-Istandard Nru 115/1 tal-ICC).

Bi preċiżjoni ta' 0,2 g, iżen il-kwantità ta' dqiq tal-malt meħtieġa biex in-“numru tal-waqgħa” jinġieb f'medda ta' bejn 200 u 250 (il-punt 7.2).

Iżen 430 ± 5 g ta' soluzzjoni ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku (il-punt 4.3) u żid l-ilma għal massa totali (x – 9) 10 y/3 g (ara l-punt 10.2), fejn “x” hija l-kwantità ta' ilma li ntużat fit-test bil-farinografu (ara l-Istandard Nru 115/1 tal-ICC). Din il-massa totali (li s-soltu tkun bejn 450 u 650 g) trid tintlaħaq bi preċiżjoni ta' 1,5 g.

Iżen 90 ± 1 g ta' sospensjoni tal-ħmira (ara l-punt 7.3).

Ħu nota tal-massa totali tal-għaġina (P), li hija s-somma tal-mases tad-dqiq, is-soluzzjoni ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku flimkien mal-ilma, is-sospensjoni tal-ħmira u d-dqiq tal-malt.

7.6.   Taħlit

Qabel tibda, it-temperatura tat-tagħmir tat-taħlit trid tkun ta' 27 ± 1 °C billi tintuża kwantità xierqa ta' ilma b'temperatura moderata.

Qiegħed l-ingredjenti likwidi tal-għaġina fit-tagħmir tat-taħlit u fil-wiċċ poġġi d-dqiq u d-dqiq tal-malt.

Ixgħel it-tagħmir tat-taħlit (b'veloċità ta' 1, 1 400 rev/min) u ħallih jaħdem għal 60 sekonda. Għoxrin sekonda wara li jinbeda t-taħlit, dawwar żewġ dawriet il-barraxa mwaħħla mal-għatu taż-żinġla tat-taħlit.

Kejjel it-temperatura tal-għaġina. Jekk l-għaġina ma tkunx fil-medda ta' bejn 26 u 28 °C, armiha u ħallat waħda ġdida wara li jiġu aġġustati t-temperaturi tal-ingredjenti.

Ħu nota tal-karatteristiċi tal-għaġina billi tuża wieħed mit-termini li ġejjin:

-ma twaħħalx u tista' tinħadem mill-magni, jew

-twaħħal u ma tistax tinħadem mill-magni.

Sabiex titqies bħala “għaġina li ma twaħħalx u li tista' tinħadem mill-magni” fi tmiem it-taħlit, l-għaġina għandha tifforma massa koerenti li bilkemm teħel mal-ġnub taż-żinġla u mal-fus tat-tagħmir tat-taħlit. Għandek tkun tista' tiġbor l-għaġina bl-idejn u tneħħiha miż-żinġla tat-taħlit b'moviment wieħed u mingħajr wisq telf.

7.7.   Qsim u rrumblar

Bi preċiżjoni ta' 2 g, iżen tliet biċċiet ta' għaġina skont il-formula:

p

=

0,25 P, fejn:

p

=

il-massa tal-biċċa għaġina li tkun intiżnet,

P

=

il-massa totali tal-għaġina.

Irrombla l-biċċiet tal-għaġina mill-ewwel għal 15-il sekonda fit-tagħmir li bih tingħat il-forma (il-punt 5.10) u poġġihom għal 30 ± 2 minuti fuq il-folji kwadri tal-plastik (il-punt 5.9), mgħottijin bil-kaxxi tal-plastik maqlubin rashom 'l isfel (il-punt 5.8) fil-post li fih l-għaġina titħalla toqgħod (il-punt 5.7).

Traxxaxx dqiq f'forma ta' trab fuq l-għaġina.

7.8.   Għoti tal-forma

Poġġi l-biċċiet tal-għaġina fuq il-folji tal-plastik mgħottijin bil-kaxxi maqlubin rashom 'l isfel fit-tagħmir li bih tingħata l-forma (il-punt 5.10) u erġa' rrombla kull biċċa għal 15-il sekonda. Tneħħix l-għatu minn fuq il-biċċiet tal-għaġina qabel ma tkun se tibda tirrumblahom. Ħu nota mill-ġdid tal-karatteristiċi tal-għaġina billi tuża wieħed mit-termini li ġejjin:

(a)

ma twaħħalx u tista' tinħadem mill-magni, jew

(b)

twaħħal u ma tistax tinħadem mill-magni.

Sabiex titqies bħala “għaġina li ma twaħħalx u li tista' tinħadem mill-magni”, l-għaġina bilkemm għandha teħel mal-ġnub tar-reċipjent, jew ma għandha teħel xejn miegħu, b'tali mod li tkun tista' ddur b'mod ħieles fuqha nnifisha u tifforma ballun regolari hija u titħaddem il-magna. Fi tmiem il-ħidma, l-għaġina ma għandhiex teħel mal-ġnub tar-reċipjent li fih tkun qed tingħata l-forma meta jitneħħielu l-għatu.

8.   Rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jsemmi:

(a)

il-karatteristiċi tal-għaġina fi tmiem it-taħlit u meta tkun qed tingħata l-forma,

(b)

in-“numru tal-waqgħa” tad-dqiq mingħajr ma jiġi miżjud id-dqiq tal-malt,

(c)

kwalunkwe anomalija li tkun ġiet osservata.

(d)

il-metodu li jkun intuża,

(e)

id-dettalji kollha meħtieġa biex jiġi identifikat il-kampjun.

9.   Rimarki ġenerali

9.1.

Il-formula biex wieħed jikkalkula l-kwantità ta' ingredjenti likwidi tal-għaġina hija bbażata fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

Iż-żieda ta' “x” millilitri ta' ilma ma' ekwivalenti ta' 300 g dqiq bi ndewwa ta' 14 % tipproduċi l-konsistenza meħtieġa. Minħabba li fit-test tal-ħami tintuża kilogramma (1 kg) dqiq (abbażi ta' ndewwa ta' 14 %), filwaqt li “x” huwa bbażat fuq 300 g dqiq, għat-test tal-ħami jeħtieġ li “x” jiġi diviż bi tlieta u mmultiplikat b'10 g ilma, b'hekk 10 x/3 g.

Is-soluzzjoni ta' 430 g ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku fiha 15-il gramma melħ u 15-il gramma zokkor. Din is-soluzzjoni ta' 430 g tiġi inkluża fl-ingredjenti likwidi tal-għaġina. B'hekk, biex iżżid 10 x/3 g ta' ilma mal-għaġina, iridu jiġu miżjuda (10 x/3 + 30) gramma ta' ingredjenti likwidi tal-għaġina magħmulin mis-soluzzjoni ta' 430 gramma ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku flimkien ma' kwantità addizzjonali ta' ilma.

Għalkemm parti mill-ilma miżjud mas-sospensjoni tal-ħmira jinxtorob mill-ħmira, din is-sospensjoni jkun fiha wkoll ilma “ħieles”. Wieħed jissupponi, b'mod arbitrarju, li 90 g ta' sospensjoni tal-ħmira fiha 60 g ta' ilma “ħieles”. Il-kwantità tal-ingredjenti likwidi tal-għaġina trid tiġi kkoreġuta għal dawn is-60 g ta' ilma “ħieles” fis-sospensjoni tal-ħmira, allura finalment jeħtieġ li jiġu miżjuda 10 x/3 flimkien ma' 30 g u minnhom jitnaqqsu 60 g. Dan jista' jsir kif ġej: (10 x/3 + 30) – 60 = 10 x/3 – 30 = (x/3 – 3) 10 = (x – 9) 10/3, il-formula mogħtija fil-punt 7.5. Jekk, pereżempju, fit-test bil-farinografu tkun instabet żieda tal-ilma “x” ta' 165 ml, dan il-valur irid jiġi sostitwit f'din il-formula, sabiex is-soluzzjoni ta' 430 g ta' zokkor, melħ u aċidu askorbiku tiġi miżjuda mal-ilma biex ikun hemm massa totali ta':

(165 – 9) 10/3 = 156 × 10/3 = 520 g.

9.2.

Il-metodu mhuwiex direttament applikabbli għall-qamħ. Il-proċedura li trid tiġi segwita biex jiġu stabbiliti l-karattersitiċi tal-ħami tal-qamħ hija kif ġej:

Naddaf il-kampjun tal-qamħ u kkalkula l-kontenut ta' ndewwa tal-qamħ imnaddaf. Jekk il-kotenut ta' ndewwa jkun fil-medda ta' bejn 15,0 % u 16,0 %, il-qamħ ma għandux jintmess. Jekk il-kontenut ta' ndewwa jkun barra minn din il-medda, aġġusta l-kontenut ta' ndewwa għal 15,5 % ± 0,5 % minn tal-inqas tliet sigħat qabel it-tħin.

Itħan il-qamħ fi dqiq billi tuża mitħna tal-laboratorju tat-tip Buehler MLU 202 jew mitħna tat-tip Brabender Quadrumat Senior jew billi tuża tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

Agħżel proċedura tat-tħin li, b'rata minima ta' estrazzjoni ta' 72 %, twassal biex jinkiseb dqiq b'kontenut ta' rmied ta' bejn 0,50 u 0,60 % fuq bażi ta' materja niexfa.

Ikkalkula l-kontenut ta' rmied tad-dqiq skont l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2010 (3) u l-kontenut ta' ndewwa skont dan ir-Regolament. Ikkalkula r-rata tal-estrazzjoni permezz tal-ekwazzjoni:

E = (((100 – f) F)/(100 – w) W) × 100 %

fejn:

E

=

ir-rata tal-estrazzjoni,

f

=

l-indewwa tad-dqiq,

w

=

il-kontenut ta' ndewwa tal-qamħ,

F

=

il-massa tad-dqiq prodott bil-kontenut ta' ndewwa f,

W

=

il-massa ta' dqiq mitħun bil-kontenut ta' ndewwa w.

Nota: It-tagħrif dwar l-ingredjenti u t-tagħmir li jridu jintużaw huwa ppubblikat fid-Dokument T/77 300 tal-31 ta' Marzu 1977 mill-Instituut voor Graan, Meel en Brood, TNO — Postbus 15, Wageningen, in-Netherlands.

PARTI IV

Metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi għaċ-ċereali

1.

Għal kull lott ta' ċereali, il-karatteristiċi tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' kampjun rappreżentattiv tal-lott offrut, li jkun magħmul minn kampjuni meħudin bir-rata ta' darba kull kunsinna, għal minn tal-inqas kull 60 tunnellata.

2.

Il-metodi ta' referenza li jridu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom, jew li jitqiegħdu f'intervent, huma dawk stabbiliti fil-Partijiet I, II u III ta' dan l-Anness.

3.

F'każijiet ta' tilwima, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq mill-ġdid it-testijiet meħtieġa fuq iċ-ċereali kkonċernati, u l-ispejjeż jiġġarrbu mill-parti li titlef it-tilwima.

PARTI V

Żidiet u tnaqqis fil-prezz

Tabella I

Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għal ċereali oħra għajr il-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Żidiet

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 12,5 sa 12

0,5

Inqas minn 12 sa 11,5

1

Inqas minn 11,5

1,5


Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għall-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Żidiet

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 12 sa 11,5

0,5

Inqas minn 11,5

1

Tabella II

Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għal ċereali oħra għajr il-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Tnaqqis

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 13,0 sa 13,5

0,5

Iktar minn 13,5 sa 14,0

1,0

Iktar minn 14,0 sa 14,5

1,5


Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa għall-qamħirrum

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Tnaqqis

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 12,5 sa 13,0

0,5

Iktar minn 13,0 sa 13,5

1,0

Tabella III

Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni

Kontenut ta' proteini (4)

(N × 5,7)

Żieda fil-prezz

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 12,0

2,5


Tabella IV

Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni

Kontenut ta' proteini (5)

(N × 5,7)

Tnaqqis fil-prezz

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 11,5 sa 11,0

2,5

PARTI VI

Kalkolu taż-żidiet u tat-tnaqqis fil-prezz

L-aġġustamenti fil-prezzijiet previsti fl-Artikolu 26(1) għandhom jiġu espressi f'euro għal kull tunnellata għall-offerti ta' xiri u għall-offerti tal-prezzijiet għall-intervent permezz tal-multiplikazzjoni tal-prezz imsemmi f'dak l-Artikolu bis-somma taż-żidiet jew tat-tnaqqis fil-persentaġġ stabbilit, kif ġej:

(a)

meta l-kontenut ta' ndewwa taċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom għall-intervent ikun inqas minn 12,0 % għall-qamħirrum u 12,5 % għaċ-ċereali l-oħra, iż-żidiet fil-prezz li jridu jiġu applikati għandhom ikunu dawk elenkati fit-Tabella I tal-Parti V ta' dan l-Anness. Meta l-kontenut ta' ndewwa ta' dawn iċ-ċereali offruti jew li ssir offerta tal-prezzijiet għalihom għall-intervent ikun ogħla minn 12,5 % għall-qamħirrum u 13,0 % għaċ-ċereali l-oħra, it-tnaqqis fil-prezz li jrid jiġi applikat għandu jkun dak elenkat fit-Tabella II tal-Parti V ta' dan l-Anness;

(b)

meta l-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni jkun ogħla minn 12,0 %, iż-żidiet li jridu jiġu applikati għandhom ikunu dawk elenkati fit-Tabella III tal-Parti V ta' dan l-Anness. Meta l-kontenut ta' proteini tal-qamħ komuni jkun inqas minn 11,5 %, it-tnaqqis li jrid jiġi applikat għandu jkun dak elenkat fit-Tabella IV tal-Parti V ta' dan l-Anness.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2010 tad-19 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (ĠU L 72, 20.3.2010, p. 3).

(4)  Bħala persentaġġ (%) tal-materja niexfa.

(5)  Bħala persentaġġ (%) tal-materja niexfa.


ANNESS II

ROSS

PARTI I

Metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

1.

Bil-għan li jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-kwalità stipulati fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238, il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-aġenzija tal-pagamenti fil-preżenza tal-operatur jew tal-aġent debitament awtorizzat tiegħu.

Għandhom jinġabru tliet kampjuni rappreżentattivi, li kull wieħed minnhom għandu jiżen minn tal-inqas kilogramma. Dawn għandhom jingħataw, wieħed kull wieħed, għand:

(a)

l-operatur;

(b)

il-post tal-ħżin li fih irid iseħħ l-akkwist;

(c)

l-aġenzija tal-pagamenti.

Sabiex jinġabru l-kampjuni rappreżentattivi, l-għadd ta' kampjuni individwali li jridu jittieħdu għandu jinkiseb billi l-kwantità tal-lott tiġi diviża b'10 tunnellati. Kull kampjun individwali għandu jiżen l-istess. Il-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu magħmula mit-total tal-kampjuni individwali, diviż bi tlieta.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità għandhom jiġu vverifikati billi jintuża l-kampjun rappreżentattiv maħsub għall-maħżen li fih irid iseħħ l-akkwist.

2.

Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi għal kull kunsinna parzjali (bit-trakk, bil-barkun, bil-vagun tal-ferrovija), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.

Qabel id-dħul fil-maħżen tal-intervent, l-eżaminazzjoni ta' kull kunsinna parzjali tista' tiġi limitata għal kontroll tal-kontenut ta' ndewwa u tal-livell ta' impurità u għal verifika li ma jkunux preżenti insetti ħajjin. Madankollu, jekk iktar tard meta l-verifika tiġi ffinalizzata, jirriżulta li l-kunsinna parzjali ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-kwalità, l-akkwist tal-kwantità kkonċernata għandu jiġi rrifjutat. Jekk l-aġenzija tal-pagamenti tkun tista' tivverifika r-rekwiżiti minimi kollha tal-kwalità għal kull kunsinna parzjali qabel ma tiddaħħal fil-maħżen, din għandha tirrifjuta li tieħu kwalunkwe kunsinna parzjali li ma tkunx tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

3.

Il-kontroll tal-livell tar-radjoattività jsir biss jekk is-sitwazzjoni titlob dan u għal perjodu ta' żmien limitat.

4.

F'każijiet ta' tilwima, l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq mill-ġdid it-testijiet meħtieġa fuq ir-ross li għadu fil-ħliefa kkonċernat, u l-ispejjeż jiġġarrbu mill-parti li titlef it-tilwima.

Issir analiżi ġdida minn laboratorju rikonoxxut mill-aġenzija tal-pagamenti abbażi ta' kampjun rappreżentattiv ġdid li jkun magħmul minn kampjuni tal-istess daqs miżmuma mill-operatur u mill-aġenzija tal-pagamenti. F'każijiet li fihom il-lott offrut kien twassal f'kunsinni parzjali, ir-riżultat jingħata bil-medja pponderata tar-riżultati tal-analiżi ta' kampjuni rappreżentattivi ġodda meħuda għall kull waħda mill-kunsinni parzjali.

PARTI II

Żidiet u tnaqqis fil-prezzijiet

1.

L-aġġustamenti fil-prezz previsti fl-Artikolu 26(1) għandhom jiġu espressi f'euro għal kull tunnellata u japplikaw għall-offerti tal-prezzijiet għall-intervent billi l-prezz imsemmi f'dak l-Artikolu jiġi mmultiplikat bis-somma taż-żidiet fil-persentaġġ stabbiliti fit-Tabelli I, II u III ta' din il-Parti.

2.

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz għandhom japplikaw abbażi tal-medja pponderata tar-riżultati tat-test fuq il-kampjuni rappreżentattivi kif definit fil-Parti I ta' dan l-Anness.

Tabella I

Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Żidiet

(EUR/tunnellata)

Inqas minn 12,5 sa 12

0,75

Inqas minn 12 sa 11,5

1,5


Tabella II

Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta' ndewwa

Kontenut ta' ndewwa

(%)

Tnaqqis

(EUR/tunnellata)

Iktar minn 13,5 sa 14,0

0,75

Iktar minn 14,0 sa 14,5

1,5


Tabella III

Żidiet fil-prezz b'rabta mar-rendiment mit-tħin

Rendiment mit-tħin ta' ħbub sħaħ tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

Żidiet fil-prezz għal kull punt ta' rendiment (1)

Ogħla mir-rendiment bażiku

Żieda ta' 0,75 %

Rendiment ġenerali mit-tħin tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

Żidiet fil-prezz għal kull punt ta' rendiment

Ogħla mir-rendiment bażiku

Żieda ta' 0,60 %


(1)  Iridu jiġu applikati meta r-rendiment mit-tħin tar-ross ikun differenti mir-rendiment mit-tħin bażiku għall-varjetà kkonċernata kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238.


ANNESS III

ĊANGA

PARTI I

Kundizzjonijiet u kontrolli għall-akkwist

1.

Il-prodotti kkunsinnati għandhom jiġu akkwistati soġġett għal verifika mill-aġenzija tal-pagamenti li tikkonferma li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238. B'mod partikolari, għandha titwettaq kontroll sistematiku tal-preżentazzjoni, tal-klassifikazzjoni, tal-piż u tat-tikkettar ta' kull karkassa, nofs karkassa u kwart ta' karkassa kkunsinnati.

2.

In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 għandu jirriżulta fir-rifjut tal-prodotti. Il-prodotti rrifjutati ma għandhomx jerġgħu jiġu ppreżentati għal aċċettazzjoni.

3.

L-eżitu tal-kontrolli deskritti fil-punt 1 għandu jiġi rreġistrat b'mod sistematiku mill-aġenzija tal-pagamenti.

PARTI II

Koeffiċjenti ta' konverżjoni

Klassi ta' konformazzjoni/kisja ta' xaħam

Koeffiċjent

U2

1,058

U3

1,044

U4

1,015

R2

1,015

R3

1,000

R4

0,971

O2

0,956

O3

0,942

O4

0,914

PARTI III

Dissussar

I.   Kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw id-dissussar

1.

Id-dissussar jista' jitwettaq biss fl-impjanti tat-tqattigħ approvati u li joperaw skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

2.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “operazzjonijiet ta' dissussar” tfisser l-operazzjonijiet fiżiċi għaċ-ċanga/għall-vitella msemmija fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 906/2014.

3.

Il-qatgħat bl-għadam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti IV ta' dan l-Anness.

II.   Kuntratti u speċifikazzjonijiet

1.

Id-dissussar għandu jitwettaq b'kuntratt skont it-termini stabbiliti mill-aġenziji tal-pagamenti, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tagħhom u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-aġenziji tal-pagamenti għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-impjanti tat-tqattigħ, għandhom jispeċifikaw l-impjant u t-tagħmir meħtieġa u għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati li jkopru l-operazzjonijiet ta' dissussar.

B'mod partikolari, dawn għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati li jispeċifikaw il-metodu tat-tħejjija, tat-tirqim, tal-ippakkjar, tal-iffriżar u tal-konservazzjoni tal-qatgħat tal-laħam bl-għan li dawn jiġu akkwistati mill-aġenzija tal-pagamenti.

III.   Kontroll u monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' dissussar

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' dissussar jitwettqu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u mal-kuntratti u mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fit-Taqsima II ta' din il-Parti.

B'mod partikolari, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jimplimentaw sistema li permezz tagħha jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-verifika kontinwi tal-operazzjonijiet kollha ta' dissussar. L-eżitu ta' monitoraġġ u ta' verifika bħal dawn għandu jiġi rreġistrat.

IV.   Ħżin tal-qatgħat

Il-qatgħat għandhom jinħażnu f'imħażen kesħin fit-territorju tal-Istat Membru li jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-pagamenti.

V.   Spejjeż tal-operazzjonijiet ta' dissussar

Il-kuntratti msemmija fit-Taqsima II ta' din il-Parti u l-pagamenti li jsiru skonthom għandhom ikopru l-ispejjeż tal-operazzjonijiet ta' dissussar imsemmija fil-punt 2 tat-Taqsima I ta' din il-Parti.

VI.   Limiti ta' żmien għall-operazzjonijiet ta' dissussar

Id-dissussar, it-tirqim, l-użin, l-ippakkjar u l-iffriżar malajr iridu jitlestew fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-qatla. Madankollu, l-aġenzija tal-pagamenti tista' tistabbilixxi limiti ta' żmien iqsar.

VII.   Kontrolli u rifjut tal-prodotti

1.

Meta, bħala riżultat tal-kontrolli previsti fit-Taqsima III ta' din il-Parti, jinstab li l-prodotti mhumiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u mal-kuntratti u mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fit-Taqsima II ta' din il-Parti, dawn għandhom jiġu rrifjutati.

2.

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-penali, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jirkupraw il-ħlasijiet mill-partijiet responsabbli għal ammont ugwali għall-prezz muri fil-Parti V ta' dan l-Anness għall-qatgħat li jkunu ġew irrifjutati.

PARTI IV

Speċifikazzjonijiet għall-intervent ta' dissussar

1.   QATGĦAT TAL-KWARTI TA' WARA

1.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

1.1.1.   Xikel tal-intervent (il-kodiċi INT 11)

Tqattigħ u dissussar: neħħi b'qatgħa li tgħaddi mill-ġog tar-riġel u li tissepara n-naħa l-għolja tal-koxxa u l-kustilja tal-flett billi ssegwi l-qasma naturali, filwaqt li tħalli l-muskolu tal-għarqub imwaħħal max-xikel. Neħħi l-għadam tax-xikel (it-tibja u l-għaksa bejn id-difer u l-qasba tas-sieq fir-riġel warrani tal-bhima).

Tirqim: orqom it-truf tal-għeruq lura sal-laħam.

Tqartis u ppakkjar: dawn il-qatgħat iridu jiġu mqartsin individwalment qabel jiġu ppakkjati fil-kaxxi tal-kartun.

1.1.2.   Il-falda l-ħoxna tal-intervent (il-kodiċi INT 12)

Tqattigħ u dissussar: issepara min-naħa l-għolja tal-koxxa b'qatgħa dritta 'l isfel u sal-linja tal-wirk u mill-kustilja tal-flett billi tkompli l-qatgħa 'l isfel tul il-linja tal-qasma naturali; il-kappell irid jitħalla mwaħħal b'mod naturali.

Tirqim: neħħi l-galletta tal-irkoppa, il-kapsula tal-ġog u l-għerq; il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.3.   In-naħa l-għolja tal-koxxa tal-intervent (il-kodiċi INT 13)

Tqattigħ u dissussar: issepara mill-kustilja tal-flett u mix-xikel b'qatgħa li ssegwi l-linja tal-qasma naturali u aqla' minn mal-wirk; neħħi l-għadma tal-koxxa warranija ta' fejn denb il-bhima.

Tirqim: neħħi t-tarf ta' wara l-organu ġenitali, il-kartilaġni li jmiss miegħu u l-glandola tal-iskrotu (l-ingwinal superfiċjali); neħħi l-qarquċa u t-tessuti konnettivi assoċjati mal-għadma pelvika; il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.4.   Kustilja tal-flett tal-intervent (il-kodiċi INT 14)

Tqattigħ u dissussar: issepara min-naħa l-għolja tal-koxxa u mix-xikel b'qatgħa li ssegwi l-linja tal-qasma naturali; neħħi l-wirk.

Tirqim: neħħi l-qarquċa t-tqila li tmiss mal-ġog tal-għadma, in-nodulu limfatiku tal-fieragħ ta' wara l-irkoppa, u x-xaħam u l-għerq ta' magħha; il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.5.   Flett tal-intervent (il-kodiċi INT 15)

Tqattigħ: neħħi t-tul kollu tal-flett billi tħoll ir-ras (it-tarf) mill-għadma tal-ġenbejn (l-ilju) u billi timxi mal-flett li jmiss mal-vertebri, biex b'hekk teħles il-flett mil-lonża.

Tirqim: neħħi l-glandola u x-xaħam. Ħalli l-ħjut u l-muskolu l-kbir intatti u mqabbda għalkollox.

1.1.6.   Ramp tal-intervent (il-kodiċi INT 16)

Tqattigħ u dissussar: issepara minn mal-kustilja tal-flett/mal-falda l-ħoxna b'qatgħa dritta minn punt li jkun bejn wieħed u ieħor ħames ċentimetri mit-tarf ta' wara tal-ħames vertebra tal-ossusagru, billi tgħaddi bejn wieħed u ieħor ħames ċentimetri mit-tarf ta' quddiem tal-għadma tal-koxxa warranija ta' fejn denb il-bhima, filwaqt li toqgħod attent li ma taqtax mill-falda l-ħoxna.

Issepara mil-lonża b'qatgħa bejn l-aħħar vertebra lombari u l-ewwel vertebra tal-ossusagru, u b'hekk teħles it-tarf ta' quddiem tal-għadma pelvika. Neħħi l-għadam u l-qarquċa.

Tirqim: neħħi r-roqgħa tax-xaħam fuq in-naħa ta' ġewwa taħt il-muskolu tari. Il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.7.   Lonża tal-intervent (il-kodiċi INT 17)

Tqattigħ u dissussar: issepara mir-ramp b'qatgħa dritta bejn l-aħħar vertebra lombari u l-ewwel vertebra tal-ossusagru. Issepara mill-kustilja ta' quddiem (ta' ħames għadmiet) b'qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja. Neħħi għalkollox l-għadam tas-sinsla. Neħħi l-kustilji u l-għadam vertebrali billi tneħħihom waħda waħda.

Tirqim: neħħi kwalunkwe speċi ta' qarquċa li jkun għad baqa' wara d-dissussar. L-għerq irid jitneħħa. Il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru.

1.1.8.   Falda tal-intervent (il-kodiċi INT 18)

Tqattigħ u dissussar: neħħi l-falda kollha minn mal-qatgħa dritta tal-kwart ta' wara li fiha tmien kustilji b'qatgħa mill-punt fejn il-falda tkun intefgħet lura, billi ssegwi l-qasma naturali 'l isfel madwar il-wiċċ tal-muskoli ta' wara sa punt li jkun orizzontali ma' nofs l-aħħar vertebra lombari.

Kompli l-qatgħa 'l isfel f'linja dritta parallela mal-flett, tul it-tlettax u s-sitt kustilja, it-tnejn inklużi, matul linja li tgħaddi b'mod parallel mat-tarf dorsali tas-sinsla, sabiex il-qatgħa 'l isfel kollha ma tkunx iżjed minn ħames ċentimetri mit-tarf laterali tal-muskolu tari.

Neħħi l-għadam u l-qarquċa kollha billi tneħħihom waħda waħda. Il-falda kollha trid tibqa' f'biċċa waħda.

Tirqim: neħħi t-tessuti konnettivi l-ħorox li jgħattu l-goose skirt, filwaqt li tħalli l-goose skirt intatt. Orqom ix-xaħam sabiex il-persentaġġ totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx it-30 %.

1.1.9.   Kustilja ta' quddiem (ta' ħames għadmiet) tal-intervent (il-kodiċi INT 19)

Tqattigħ u dissussar: din il-qatgħa trid tiġi sseparata minn mal-lonża b'qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja u trid tinkludi mis-sitt sal-għaxar kustilji, it-tnejn inklużi. Neħħi l-muskoli ta' bejn il-kustilji u l-plewra f'folja rqiqa flimkien mal-għadam tal-kustilji. Neħħi s-sinsla u l-qarquċa, inkluż it-tarf tal-iskapula (l-għadma tal-ispalla).

Tirqim: neħħi l-faxxa tad-dahar (ligamentum nuchae). Il-kisja xaħam ta' barra f'ebda punt ma trid tkun ta' iktar minn ċentimetru. Il-kappell irid jitħalla mqabbad.

2.   QATGĦAT TAL-KWARTI TA' QUDDIEM

2.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

2.1.1.   Qasba tas-sieq tal-intervent (il-kodiċi INT 21)

Tqattigħ u dissussar: neħħi b'qatgħa madwar il-ġog li jissepara l-għadma tal-qasba tas-sieq (ir-radjus) u l-umeru. Neħħi l-għadma tal-qasba tas-sieq (ir-radjus).

Tirqim: orqom it-truf tal-għeruq lura sal-laħam.

Il-qasab tas-saqajn ma jridux jiġu ppakkjati mal-ixkla.

2.1.2.   Spalla tal-intervent (il-kodiċi INT 22)

Tqattigħ u dissussar: issepara l-ispalla minn mal-kwart ta' quddiem billi taqta' linja li ssegwi l-qasma naturali madwar it-tarf tal-ispalla u l-qarquċa fit-tarf tal-iskapula (l-għadma tal-ispalla), filwaqt li tkompli taqta' madwar il-qasma sabiex l-ispalla tintrefa' mir-roqgħa naturali tagħha. Neħħi l-iskapula (l-għadma tal-ispalla). Il-muskolu ta' taħt l-iskapula (l-għadma tal-ispalla) irid jintefa' lura iżda jrid jitħalla mqabbad sabiex l-għadma tkun tista' titneħħa mingħajr xkiel. Neħħi l-umeru.

Tirqim: neħħi l-qarquċa, l-għeruq u l-kapsuli tal-ġogi; orqom ix-xaħam sabiex il-persentaġġ totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx l-10 %.

2.1.3.   Sidra tal-intervent (il-kodiċi INT 23)

Tqattigħ u dissussar: issepara mill-kwart ta' quddiem billi taqta' linja dritta perpendikulari ma' nofs l-ewwel kustilja. Neħħi l-muskoli ta' bejn il-kustilji u l-plewra billi tneħħihom għalkollox waħda waħda, bil-kustilji, l-għadma tas-sider u l-qarquċa. L-għata trid titħalla mwaħħla mas-sidra. Ix-xaħam ta' taħt l-għata u l-isternu jrid jitneħħa.

Tirqim: orqom ix-xaħam sabiex il-persentaġġ totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx l-30 %.

2.1.4.   Kwart ta' quddiem tal-intervent (il-kodiċi INT 24)

Tqattigħ u dissussar: il-qatgħa li tibqa' wara li jitneħħew is-sidra, l-ispalla u l-qasba tas-sieq hija kklassifikata bħala l-kwart ta' quddiem.

Neħħi l-għadam tal-kustilji billi tneħħihom waħda waħda. L-għadam tal-għonq iridu jitneħħew sewwa.

Il-muskolu l-kbir irid jitħalla mqabbad ma' din il-qatgħa.

Tirqim: l-għeruq, il-kapsuli tal-ġogi u l-qarquċa li jridu jitneħħew. Orqom ix-xaħam sabiex il-perċentwali totali ta' xaħam (ta' barra u interstizzjali) viżibbli ma jaqbiżx l-10 %.

PARTI V

Prezzijiet individwali tal-qatgħat tal-intervent irrifjutati

(EUR/tunnellata)

Flett tal-intervent

22 000

Lonża tal-intervent

14 000

In-naħa l-għolja tal-koxxa tal-laħam tal-intervent, ir-ramp tal-intervent

10 000

Il-kustilja tal-flett tal-intervent, il-falda l-ħoxna tal-intervent, il-kustilja ta' quddiem tal-intervent (b'ħames kustilji)

8 000

L-ispalla tal-intervent, il-kwart ta' quddiem tal-intervent

6 000

Is-sidra tal-intervent, ix-xikel tal-intervent, il-qasba tas-sieq tal-intervent

5 000

Falda tal-intervent

4 000


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).


ANNESS IV

BUTIR

PARTI I

Teħid ta' kampjuni għal analiżi kimika u mikrobijoloġika u għal evalwazzjoni sensorja

1.   Analiżi kimika u mikrobijoloġika

Kwantità ta' butir

(kg)

Għadd minimu ta' kampjuni

(> 100 g)

≤ 1 000

2

> 1 000 ≤ 5 000

3

> 5 000 ≤ 10 000

4

> 10 000 ≤ 15 000

5

> 15 000 ≤ 20 000

6

> 20 000 ≤ 25 000

7

> 25 000

7 + 1 għal kull 25 000  kg jew parti minnhom

It-teħid ta' kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika jrid jsir b'mod asettiku.

Jistgħu jiġu kkombinati sa ħames kampjuni ta' 100 g kull wieħed f'kampjun wieħed għall-analiżi wara li jitħalltu sew.

Il-kampjuni jridu jittieħdu b'mod aleatorju minn partijiet differenti ta' kull lott qabel jew fil-mument tad-dħul fil-maħżen kiesaħ magħżul mill-aġenzija tal-pagamenti.

It-tħejjija ta' kampjun aggregat tal-butir (għal analiżi kimika):

(a)

billi tuża dewwieq nadif u xott tal-butir jew strument simili adattat, ħu estratt tal-butir ta' minn tal-inqas 30 g u poġġih f'kontenitur tal-kampjuni. Imbagħad, il-kampjun aggregat għandu jiġi ssiġillat u jintbagħat fil-laboratorju għall-analiżi;

(b)

fil-laboratorju, il-kampjun aggregat irid jissaħħan fil-kontenitur oriġinali mhux miftuħ għal temperatura ta' 30 °C u jrid jitħawwad ta' sikwit sakemm tinkiseb emulsjoni fluwida omoġenja li tkun ħielsa minn biċċiet mhux imrattba. Il-kontenitur għandu jkun mimli sa nofsu jew sa żewġ terzi minnu.

Għal kull produttur li joffri l-butir għall-intervent, iridu jiġu analizzati żewġ kampjuni kull sena għall-ħalib mingħajr xaħam.

2.   Evalwazzjoni sensorja

Kwantità ta' butir

(kg)

Għadd minimu ta' kampjuni

1 000 ≤ 5 000

2

> 5 000 ≤ 25 000

3

> 25 000

3 + 1 għal kull 25 000  kg jew parti minnhom

Wara perjodu ta' ħżin ta' 30 jum bi prova, iridu jittieħdu kampjuni b'mod aleatorju minn partijiet differenti ta' kull lott bejn it-30 u l-45 jum wara l-kunsinna tal-butir u jridu jiġu kklassifikati.

Kull kampjun irid jiġi vvalutat individwalment skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 273/2008. Mhuwiex permess li jittieħdu kampjuni mill-ġdid jew li ssir evalwazzjoni mill-ġdid.

3.   Linji gwida li jridu jiġu segwiti meta l-kampjuni jkun fihom xi difetti

(a)

analiżi kimika u mikrobijoloġika:

(i)

meta jiġu analizzati kampjuni individwali, jista' jkun permess kampjun wieħed li jkun fih difett wieħed minn fost ħames sa 10 kampjuni jew żewġ kampjuni li kull wieħed minnhom ikun fih difett wieħed biss minn fost 11-il kampjun sa 15-il kampjun. Meta kampjun ikun fih xi difett, iridu jittieħdu żewġ kampjuni ġodda minn waħda miż-żewġ naħat tal-kampjun li jkun fih id-difett u dawn iridu jiġu kkontrollati għall-parametru kkonċernat. F'każ li l-ebda wieħed miż-żewġ kampjuni ma jkun jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, il-kwantità ta' butir bejn iż-żewġ kampjuni oriġinali fuq kull naħa tal-kampjun li jkun fih id-difett trid tiġi rrifjutata mill-kwantità offruta.

Il-kwantità li trid tiġi rrifjutata meta l-kampjun il-ġdid ikun fih xi difett:

Image

(ii)

meta jiġu analizzati kampjuni aggregati u dawn jinstabu li jkun fihom xi difetti fir-rigward ta' parametru wieħed, il-kwantità rrappreżentata mill-kampjun aggregat ikkonċernat trid tiġi rrifjutata mill-kwantità offruta. Il-kwantità rrappreżentata minn kampjun aggregat wieħed tista' tiġi stabbilita permezz tas-sottodiviżjoni tal-kwantità qabel ma jittieħdu kampjuni b'mod aleatorju minn kull parti minnhom;

(b)

evalwazzjoni sensorja: meta kampjun ma jgħaddix mill-evalwazzjoni sensorja, il-kwantità ta' butir bejn żewġ kampjuni li jkunu qrib xulxin fuq kull naħa tal-kampjun li ma jkunx għadda trid tiġi rrifjutata mill-kwantità tal-lott,

(c)

meta l-kampjuni jkun fihom difett sensorju u jkun fihom jew difett kimiku jew inkella difett mikrobijoloġiku, il-kwantità kollha trid tiġi rrifjutata.

PARTI II

Kunsinna u ppakkjar tal-butir

1.

Il-butir għandu jiġi kkunsinnat fi blokok u għandu jiġi ppakkjat f'materjal ġdid u b'saħħtu, b'tali mod li tkun żgurata l-protezzjoni tiegħu matul it-trasport, id-dħul fil-post tal-ħżin, il-ħżin u t-tneħħija mill-post tal-ħżin.

2.

Fuq il-pakkett għandu jkun hemm minn tal-inqas id-dettalji li ġejjin, meta dan ikun xieraq permezz ta' kodiċi:

(a)

in-numru ta' approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b)

id-data tal-produzzjoni;

(c)

in-numru tal-produzzjoni tal-għadd u n-numru tal-pakkett; in-numru tal-pakkett jista' jiġi sostitwit bin-numru tal-palit immarkat fuq il-palit;

(d)

il-kliem “ħelu” jekk il-butir ikollu pH ta' 6,2 jew ogħla.

3.

Il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha żżomm reġistru li fih jiġu rreġistrati d-dettalji msemmija fil-punt 2 fid-data tad-dħul fil-post tal-ħżin.


ANNESS V

TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

PARTI I

Teħid ta' kampjuni u analiżi tat-trab tal-ħalib xkumat offrut għall-intervent

1.

Għandhom jittieħdu kampjuni għal kull lott skont il-proċedura stabbilita fl-Istandard Internazzjonali ISO 707. Madankollu, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jużaw metodu ieħor għat-teħid tal-kampjuni, diment li dan ikun konformi mal-prinċipji ta' dak l-istandard.

2.

L-għadd ta' pakketti li jridu jintgħażlu għat-teħid ta' kampjuni għall-analiżi:

(a)

lottijiet li jkun fihom sa 800 borża ta' 25 kg kull waħda: minn tal-inqas tmienja;

(b)

lottijiet li jkun fihom iżjed minn 800 borża ta' 25 kg kull waħda: minn tal-inqas tmienja u waħda għal kull 800 borża addizzjonali jew parti minnhom.

3.

Piż tal-kampjun: minn kull pakkett iridu jittieħdu kampjuni ta' minn tal-inqas 200 g.

4.

Raggruppar tal-kampjuni: ma jridux jiġu kkombinati iżjed minn disa' kampjuni f'kampjun globali.

5.

Analiżi tal-kampjuni: kull kampjun globali jrid jgħaddi minn analiżi sabiex jiġu vverifikati l-karatteristiċi tal-kwalità kollha stipulati fil-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238.

6.

Meta l-kampjuni jkun fihom xi difetti:

(a)

meta kampjun aggregat ikun fih difett fir-rigward ta' parametru wieħed, il-kwantità mnejn ikun ittieħed il-kampjun tiġi rrifjutata;

(b)

meta kampjun kompost ikun fih xi difett fir-rigward ta' iżjed minn parametru wieħed, il-kwantità mnejn ikun ittieħed il-kampjun tiġi rrifjutata u jittieħdu kampjuni mill-kwantitajiet li jkun għad baqa mill-istess impjant; l-analiżi ta' dawk il-kampjuni għandha tkun deċiżiva. F'dak il-każ:

l-għadd ta' kampjuni msemmi fil-punt 2 jiġi rduppjat,

meta kampjun aggregat ikun fih xi difett fir-rigward ta' parametru wieħed jew iktar, il-kwantità mnejn ikun ittieħed il-kampjun tiġi rrifjutata.

PARTI II

Kunsinna u ppakkjar tat-trab tal-ħalib xkumat

1.

It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi ppakkjat f'boroż ġodda, nodfa, nexfin u sħaħ li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-boroż irid ikollhom minn tal-inqas tliet saffi, li flimkien jikkorrispondu għal medja ta' TEA ta' minn tal-inqas 420 J/m2;

(b)

it-tieni saff għandu jkun miksi b'saff ta' polietilene ta' minn tal-inqas 15 g/m2;

(c)

fis-saffi tal-karti, borża tal-polietilene li tkun ħoxna minn tal-inqas 0,08 mm għandha tkun mgħaqqda mal-qiegħ;

(d)

il-boroż għandhom ikunu konformi mal-istandard EN 770;

(e)

waqt il-mili, it-trab għandu jiġi ppressat sew 'l isfel. Trab waħdu mhux ippressat għall-ebda raġuni ma jrid jitħalla jidħol bejn is-saffi differenti.

2.

Fuq il-boroż għandu jkun hemm id-dettalji li ġejjin, meta dan ikun xieraq f'kodiċi:

(a)

in-numru ta' approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b)

id-data jew, meta dan ikun xieraq, il-ġimgħa tal-produzzjoni;

(c)

in-numru tal-għadd tal-produzzjoni;

(d)

id-deskrizzjoni “trab tal-ħalib xkumat f'forma ta' sprej”.

3.

Il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha żżomm reġistru li fih jiġu rreġistrati d-dettalji msemmija fil-punt 2 fid-data tad-dħul fil-post tal-ħżin.