|
30.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1237
tat-18 ta' Mejju 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 66(3)(c) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u jistabbilixxi regoli dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta' tali atti. |
|
(2) |
L-Artikolu 176 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-importazzjoni għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta' prodott wieħed jew iktar tas-setturi stabbiliti f'dak l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja. Għandha tiġi stabbilita l-lista tal-prodotti ta' dawk is-setturi soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni. |
|
(3) |
Il-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali permezz ta' liċenzji għandu jiġi indirizzat b'mod flessibbli. Meta jiġu ddefiniti l-każijiet fejn tkun meħtieġa liċenzja, għandhom jitqiesu sorsi ta' informazzjoni possibbli oħrajn, bħas-sistema ta' sorveljanza doganali, u l-ħtieġa għal liċenzji jew iż-żmien meħtieġ biex tinġabar l-informazzjoni permezz ta' liċenzji. Il-każijiet speċifiċi fejn liċenzja mhijiex meħtieġa għandhom jiġu ddefiniti. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut li l-liċenzji għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' garanzija, biex b'hekk jiġi ggarantit li l-prodotti jiġu importati jew esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit meta huwa ssodisfat l-obbligu ta' importazzjoni jew esportazzjoni. |
|
(5) |
Liċenzja tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħti d-dritt li timporta jew tesporta u, għalhekk, sabiex dan id-dritt ikun effettiv, għandha tiġi ppreżentata liċenzja fil-mument li fih issir is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta' importazzjoni jew esportazzjoni. |
|
(6) |
Peress li l-persuna li tkun qiegħda tuża l-liċenzja jaf ma tkunx detentur titolari jew iċ-ċessjonarju, għandu jiġi speċifikat, fl-interess taċ-ċertezza legali u l-effiċjenza amministrattiva, liema persuni huma awtorizzati li jużaw il-liċenzja, inkluż rappreżentant doganali li jaġixxi f'isem id-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-prattika ta' kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-prodotti agrikoli kkonċernati, għandha tkun permessa ċerta tollerenza fir-rigward tal-kwantità ta' prodotti importati jew esportati meta mqabbel mal-kwantità indikata fuq il-liċenzja. |
|
(8) |
Meta liċenzja tal-importazzjoni tintuża wkoll biex tiġi amministrata kwota tariffarja li għaliha għandhom japplikaw arranġamenti preferenzjali, dawn l-arranġamenti preferenzjali għandhom japplikaw għall-importaturi bis-saħħa tal-liċenzja li f'xi każijiet għandha tiġi akkumpanjata minn dokument minn pajjiż terz. Biex jiġi evitat li tinqabeż il-kwota, għandu japplika l-arranġament preferenzjali sal-kwantità għal liema nħarġet il-liċenzja. F'każijiet bħal dawn, għandha tkun permessa tollerenza, sakemm il-parti tal-kwantità li taqbeż il-kwantità indikata fuq il-liċenzja iżda fi ħdan it-tolleranza ma tibbenefikax mill-arranġament preferenzjali u d-dazju doganali konvenzjonali jkun pagabbli. |
|
(9) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fir-rigward tat-trasferibbiltà ta' liċenzja. |
|
(10) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx u t-telf tal-garanzija ppreżentata għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni. |
|
(11) |
Minħabba l-ispeċifiċità tas-settur, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet addizzjonali għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-qanneb u għat-tewm. |
|
(12) |
Għall-finijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli li jikkonċernaw il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni maħruġin għall-prodotti, li għalihom, l-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni huwa abolit jew affettwat minn dan ir-Regolament u li għadhom validi fid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (4) huwa li jissimplifikaw u jadattaw id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-qafas legali l-ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dispożizzjonijiet applikabbli bħalissa għandhom jiġu ssostitwiti. Għall-fini ta' ċarezza, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (5), (KE) Nru 1342/2003 (6), (KE) Nru 2336/2003 (7), (KE) Nru 951/2006 (8), (KE) Nru 341/2007 (9) u (KE) Nru 382/2008 (10) għandhom jitħassru u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 (11), (KE) Nru 1345/2005 (12), (KE) Nru 376/2008 (13) u (KE) Nru 507/2008 (14) għandhom jitħassru. |
|
(14) |
It-tranżizzjoni mill-arranġamenti stipulati fid-dispożizzjonijiet imħassrin u r-Regolamenti mħassra għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament jaf ikollhom konsegwenzi prattiċi. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi ddifferita l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“liċenzja” tfisser dokument elettroniku jew stampat b'perjodu speċifiku ta' validità, li jesprimi d-dritt u l-obbligu li jimporta jew jesporta prodotti; |
|
(b) |
“avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli” tfisser id-dispożizzjonijiet dettaljati għal-liċenzja tal-importazzjoni jew għal-liċenzja tal-esportazzjoni u s-sett ta' informazzjoni li għandu jsir referenza għalih f'applikazzjoni għal liċenzja u f'liċenzja kif ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C (15). |
Artikolu 2
Każijiet meta tkun meħtieġa liċenzja
1. Liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ppreżentata għall-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
prodotti elenkati fil-Parti I tal-Anness, meta jiġu ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kundizzjonijiet kollha, minbarra l-kwoti tariffarji, ħlief kif previst mod ieħor fil-Parti I; |
|
(b) |
prodotti ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti tariffarji amministrati mill-metodu ta' eżaminazzjoni simultanja jew mill-metodu tradizzjonali/ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 184(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, jew kombinazzjoni tagħhom jew b'metodu xieraq ieħor; |
|
(c) |
prodotti li għalihom, il-Parti I tal-Anness tirreferi għal din id-dispożizzjoni meta ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti tariffarji amministrati mill-metodu tal-prinċipju ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” imsemmi fl-Artikolu 184(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
|
(d) |
prodotti msemmija fil-Parti I tal-Anness meta ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt arranġament preferenzjali li għandu jiġi amministrat mil-liċenzji; |
|
(e) |
prodotti li huma koperti minn proċedura ta' pproċessar passiv permezz ta' liċenzja tal-esportazzjoni u li jirritornaw għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera bħala prodott elenkat fit-Taqsima A jew B tal-Parti I tal-Anness; |
|
(f) |
prodotti ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f'każ li japplika tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni. |
2. Liċenzja tal-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata għall-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness; |
|
(b) |
Prodotti tal-Unjoni li għalihom trid tiġi ppreżentata liċenzja tal-esportazzjoni għall-ammissjoni taħt kwota li hija amministrata mill-Unjoni jew minn pajjiż terz u li nfetħet f'dak il-pajjiż għal dawk il-prodotti; |
|
(c) |
il-prodotti tal-Unjoni li ġejjin imsemmija fil-Parti II tal-Anness li jridu jiġu esportati:
|
Artikolu 3
Każijiet fejn mhijiex meħtieġa liċenzja
1. Ma għandhiex tkun meħtieġa, tinħareġ jew tiġi ppreżentata liċenzja għall-finijiet ta':
|
(a) |
rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta' prodotti ta' natura mhux kummerċjali kif stabbilit fit-Taqsima II(D)(2) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (18); |
|
(b) |
każijiet fejn trid tingħata eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni, dazji tal-esportazzjoni u miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 207 tat-Trattat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 (19); |
|
(c) |
kwantitajiet tal-prodotti li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew esportazzjoni li ma jaqbżux dawk stabbiliti fl-Anness; |
|
(d) |
prodotti li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera bħala prodotti rritornati skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
|
(e) |
prodotti li għalihom, fi żmien l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid, id-dikjarant jipprovdi prova li ttieħdet deċiżjoni favorevoli għal ħlas lura jew għal remissjoni ta' dazji tal-importazzjoni fir-rigward ta' tali prodotti skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. |
Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun meħtieġa liċenzja fejn ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew esportazzjoni tkun qiegħda ssir taħt arranġamenti preferenzjali li jingħataw permezz tal-liċenzja.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-kwantità li għandha tiġi koperta b'liċenzja waħda għandha tiġi kkalkolata bħala li tinkludi l-kwantitajiet li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew li jridu jiġu esportati li huma koperti mill-istess operazzjoni loġistika.
2. Liċenzja tal-esportazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa u ma għandhiex tinħareġ jew tiġi ppreżentata fir-rigward ta' prodotti kkunsinjati minn individwi privati jew gruppi ta' individwi privati bil-għan li jitqassmu b'xejn għal skopijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi fejn kunsinni bħal dawn huma okkażjonali fin-natura tagħhom, jinkludu prodotti varji u ma jaqbżux total ta' 30 000 kg għal kull mezz ta' trasport. Operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel li ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet huma soġġetti għal liċenzja skont dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.
Artikolu 4
Garanzija
1. Il-liċenzji huma soġġetti għal garanzija, ħlief fil-każijiet stipulati fl-Anness.
2. Meta jissottometti applikazzjoni għal liċenzja, l-applikant għandu jippreżenta garanzija, li għandha tkun disponibbli għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji mhux iktar tard mis-13.00 ħin ta' Brussell fil-jum li fih tiġi sottomessal-applikazzjoni.
3. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija meta l-garanzija tilħaq livell limitu ta' EUR 100 jew inqas.
Għal dak il-għan, l-ammont ta' garanzija għandu jkun ikkalkolat bħala li jinkludi l-kwantitajiet kollha li jirriżultaw mill-obbligi koperti mill-istess operazzjoni loġistika.
4. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija meta l-applikant huwa:
|
(a) |
korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta' awtorità pubblika; jew |
|
(b) |
korp privat li jwettaq id-dmirijiet imsemmija fil-punt (a) taħt is-superviżjoni ta' Stat Membru. |
5. Il-garanzija ppreżentata fir-rigward ta' kwantità li għaliha ma tkunx ġiet ippreżentata liċenzja, għandha tiġi rilaxxata minnufih.
Artikolu 5
Drittijiet u obbligi, tolleranza
1. Il-liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni għandha tikkostitwixxi dritt u toħloq obbligu għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni, rispettivament, il-kwantità ta' prodotti koperti mil-liċenzja matul il-perjodu ta' validità tagħha skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.
2. Id-dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata minn:
|
(a) |
id-detentur titolari tal-liċenzja msemmija fit-taqsima 4 tal-liċenzja li l-mudell tagħha huwa stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 (“id-detentur titolari”); |
|
(b) |
iċ-ċessjonarju msemmi fit-Taqsima 6 tal-liċenzja msemmija fil-punt (a); jew |
|
(c) |
rappreżentant doganali maħtur biex jaġixxi f'isem id-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju kif stipulat fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, li fid-dikjarazzjoni doganali jispeċifika li d-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju huwa l-persuna li f'isimha jitwettaq l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1. |
3. Jekk leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni tistiupla dan, l-obbligu ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew ta' esportazzjoni jista' jinkludi l-obbligu ta' rilaxx minn jew ta' esportazzjoni lejn il-pajjiż jew il-grupp ta' pajjiżi speċifikati fil-liċenzja.
4. L-obbligu ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew ta' esportazzjoni għandu jitqies issodisfat jekk il-kwantità totali speċifikata fuq il-liċenzja tkun ġiet żdoganata skont il-proċedura rilevanti. Għal dak il-għan għandha tapplika tollerenza pożittiva jew negattiva fuq il-kwantità speċifikata fuq il-liċenzja skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.
5. Tolleranza pożittiva ma għandhiex tapplika meta l-kwantità speċifikata fil-liċenzja tal-importazzjoni hija ekwivalenti għall-kwantità speċifikata f'dokument tal-esportazzjoni, peress li huwa element ta' prova li l-prodott huwa eliġibbli għal trattament preferenzjali minħabba l-kwalità, il-varjetà, jew il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, kif meħtieġ fil-ftehim internazzjonali rilevanti.
Meta l-liċenzja tal-importazzjoni hija meħtieġa għal kwota tariffarja, il-kwantità żejda mill-kwantità speċifikata fuq il-liċenzja tal-importazzjoni fil-limiti tat-tolleranza pożittiva, għandha tinġieb f'ċirkolazzjoni libera taħt l-istess liċenzja soġġetta għar-rata ta' dazju konvenzjonali.
Artikolu 6
Trasferiment
1. L-obbligi li jirriżultaw mil-liċenzji ma jistgħux jiġu ttrasferiti. Ħlief meta stipulat mod ieħor, id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji għandhom ikunu jistgħu jiġu trasferiti mid-detentur titolari tagħhom matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja.
2. Trasferiment ta' drittijiet li jirriżulta minn liċenzja jew silta tagħha jista' jsir favur ċessjonarju wieħed biss u għandu jkopri l-kwantitajiet li għadhom ma ġewx attribwiti lil-liċenzja jew lil estratt tagħha.
3. Id-detentur titolari għandu jitlob trasferiment mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji li ħarġet il-liċenzja oriġinali.
4. Iċ-ċessjonarji ma għandhomx jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom iktar iżda jistgħu jittrasferuhom lura lid-detentur titolari. It-trasferimenti lura lid-detentur titolari għandhom ikopru l-kwantitajiet li jkunu għadhom ma ġewx attribwiti lil-liċenzja jew lil estratt tagħha. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinnota t-trasferiment lura skont in-notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.
5. It-trasferiment jew it-trasferiment lura lid-detentur titolari għandu jseħħ mid-data kif ivvalidat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.
Artikolu 7
Rilaxx u telf ta' garanziji
1. Ir-rilaxx tal-garanzija stipulat fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (20) jaf ikun parzjali bi proporzjon mal-kwantità ta' prodotti li għalihom tkun ingħatat l-evidenza tal-issodisfar tal-obbligu ta' importazzjoni jew esportazzjoni. Din il-kwantità ma għandhiex tkun inqas minn 5 % tal-kwantità totali speċifikata fil-liċenzja.
Madankollu, jekk il-kwantità importata jew esportata tammonta għal inqas minn 5 % tal-kwantità speċifikata fil-liċenzja, il-garanzija kollha għandha tintilef.
2. Meta tiġi kkalkolata l-parti tal-garanzija li għandha tintilef, fejn ikun applikabbli, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tnaqqas ammont li jikkorrispondi għat-tolleranza kwantitattiva msemmija fl-Artikolu 5(4).
3. Meta l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tirrinunzja għar-rekwiżit ta' garanzija fejn il-valur tas-somma assigurata huwa inqas minn EUR 500, kif stipulat fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014, l-ammont tas-somma ugwali għall-garanzija li għandha tintilef għandu jitħallas mill-parti kkonċernata qabel ma jgħaddu 60 jum mid-data li fiha tiskadi l-validità tal-liċenzja.
4. Jekk l-ammont totali tal-garanzija li tintilef ikun EUR 100 jew inqas għal liċenzja partikolari, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tirrilaxxa l-garanzija kollha.
Artikolu 8
Notifiki
F'konformità mal-kundizzjonijiet iddettaljati stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 223(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:
|
(a) |
il-liċenzji sostituttivi maħruġa msemmija fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239; |
|
(b) |
każijiet ta' force majeure msemmija fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239; |
|
(c) |
fir-rigward tal-qanneb, id-dispożizzjonijiet adottati, il-penali imposti, u l-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239; |
|
(d) |
fir-rigward tat-tewm, il-kwantitajiet koperti mil-liċenzji “B” imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239; |
|
(e) |
fir-rigward tal-etanol, il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239; |
|
(f) |
l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239; |
|
(g) |
l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u li joħorġu l-liċenzji jew il-liċenzji sostituttivi msemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239; |
|
(h) |
it-timbri uffiċjali u, fejn xieraq, it-timbri b'imbuzzar imsemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239. |
KAPITOLU II
DISPOŻIZZONIJIET SETTORJALI SPEĊIFIĊI
Artikolu 9
Qanneb
1. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti tal-qanneb elenkati fit-Taqsimiet C, D, u G tal-Parti I tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal liċenzja tal-importazzjoni skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 (“il-liċenzja tal-importazzjoni AGRIM”).
Il-liċenzja għandha tinħareġ biss fejn ikun intwera għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru fejn għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera l-prodotti tal-qanneb, li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 189(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ġew issodisfati.
2. L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tinkludi l-informazzjoni f'konformità mal-istruzzjonijiet għall-prodotti tal-qanneb fin-notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali relatati mal-applikazzjoni għal liċenzja u l-ħruġ u l-użu tal-liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
3. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 189(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu arranġamenti għall-awtorizzazzjoni taż-żerriegħa tal-qanneb minbarra għaż-żrigħ. Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu d-definizzjoni tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, iċċekkjar, u l-penali li għandhom jiġu applikati f'każ ta' irregolarità.
4. Fil-każ tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taż-żrieragħ tal-qanneb minbarra għaż-żrigħ kif imsemmi fit-Taqsima G tal-Parti I tal-Anness, il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinħareġ biss meta l-importatur awtorizzat jimpenja ruħu li l-awtoritajiet kompetenti għal verifiki li jikkonċernaw l-operazzjonijiet rilevanti fl-Istat Membru fejn l-importatur huwa awtorizzat sejrin jiġu pprovduti, fi żmien il-perjodi ta' żmien u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru, b'dokumenti li juru li ż-żerriegħa tal-qanneb koperta bil-liċenzja tkun għaddiet, fi żmien perjodu ta' inqas minn 12-il xahar mid-data li fiha nħarġet il-liċenzja, minn waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
titqiegħed f'kundizzjoni li teskludi l-użu għaż-żrigħ; |
|
(b) |
tħalltet ma' żerriegħa oħra li mhijiex żerriegħa tal-qanneb għall-finijiet tan-nutriment tal-annimali, ma' żerriegħa tal-qanneb li tlaħħaq għall-massimu ta' 15 % tat-taħlita totali, u, f'każijiet eċċezzjonali, massimu ta' 25 % fuq it-talba tal-importatur awtorizzat akkumpanjata b'ġustifikazzjoni; |
|
(c) |
ġiet esportata lejn pajjiż terz. |
Madankollu, jekk parti miż-żerriegħa tal-qanneb li hija mħarsa mil-liċenzja ma għaddietx minn waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu fil-limitu ta' żmien ta' 12-il xahar, l-Istat Membru jista', fuq talba tal-importatur awtorizzat akkumpanjat minn ġustifikazzjoni, jestendi l-limitu ta' żmien b'perjodu wieħed jew tnejn ta' sitt xhur.
Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagafu għandhom jitfasslu mill-operaturi li jkunu wettqu l-operazzjonijiet u għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem, l-indirizz sħiħ, l-Istat Membru u l-firma tal-operatur; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-operazzjoni mwettqa li tħares il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u d-data ta' meta twettqet; |
|
(c) |
il-kwantità f'kilogrammi ta' żerriegħa tal-qanneb relatata mal-operazzjoni. |
Abbażi ta' analiżi tar-riskju, kull Stat Membru kkonċernat għandu jwettaq kontrolli fuq l-eżattezza tad-dokumenti relatati mal-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu mwettqa fuq it-territorju tagħhom.
5. B'deroga mill-Artikolu 6(1), id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-qanneb ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 10
Tewm
1. Il-liċenzji tal-importazzjoni għat-tewm kif elenkat fit-Taqsimiet E u F tal-Parti I tal-Anness għandha ssir referenza għalihom bħala liċenzji “B”.
2. L-applikanti jistgħu jressqu biss applikazzjonijiet għal-liċenzji “B” mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti u li fih huma rreġistrati għal finijiet ta' VAT.
3. B'deroga mill-Artikolu 6(1), id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji “B” ma għandhomx ikunu trasferibbli.
KAPITOLU III
EMENDI, TĦASSIR, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 11
Emenda tar-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008
1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma mħassra:
|
(a) |
fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-Artikoli 20, 21 u 22; |
|
(b) |
fir-Regolament (KE) Nru 1342/2003, l-Artikoli 6(1)(a), 8(2), 9(1) u (2), 12(a) u 16; |
|
(c) |
fir-Regolament (KE) Nru 2336/2003, l-Artikoli 5 u 7; |
|
(d) |
fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, l-Artikoli 4c, 4d, 4e, 5(1), 7 sa 7f, 8a, 9, 10, 11(1)(a) u (2), 12a, 17(1) u 18(1); |
|
(e) |
fir-Regolament (KE) Nru 341/2007, l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 13 u 14; |
|
(f) |
fir-Regolament (KE) Nru 382/2008, l-Artikoli 2, 5(1) u (2), 6(1) u (2), 7 u 8(1) u (2); |
2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu japplikaw għal-liċenzji maħruġa skont ir-Regolamenti rilevanti.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 għandhom jitħassru.
Madankollu,
|
— |
dawk ir-Regolamenti għandhom ikomplu japplikaw għal-liċenzji maħruġa skont dawk ir-Regolamenti; u |
|
— |
l-Artikolu 34(10) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkompli japplika sakemm ikunu bdew japplikaw ir-regoli rilevanti fir-rigward tal-kwoti tariffarji adottati abbażi tal-Artikoli 186 u 187 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-perjodu applikabbli ta' validità u l-ammont tal-garanzija ppreżentat għal-liċenzji li ma jkunux skadew fis-6 ta' Novembru 2016.
2. Fuq talba tad-detentur titolari, il-garanzija ppreżentata għal liċenzja għandha tiġi rilaxxata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-validità tal-liċenzja ma skadietx fid-data msemmija fil-paragrafu 1; |
|
(b) |
il-liċenzja ma għadhiex meħtieġa għall-prodotti kkonċernati mid-data msemmija fil-paragrafu 1; |
|
(c) |
il-liċenzja ntużat biss parzjalment jew xejn fuq id-data msemmija fil-paragrafu 1. |
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mis-6 ta' Novembru 2016.
Madankollu, l-Artikolu 11(1)(d) japplika mill-1 ta' Ottubru 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ara l-paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol ta' oriġini agrikola (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 tal-5 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 dwar l-arranġamenti biex jiġu importati ċerti prodotti ċereali sostituti u ċereali proċessati u prodotti tar-ross ġejjin mill-Afrika, il-Karibew u Stati tal-Paċifiku jew mill-pajjiżi u territorji tagħhom u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2245/90 (ĠU L 297, 6.11.1998, p. 7).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta' Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38).
(15) Avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni (ĠU C 278, 30.7.2016).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).
(20) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
ANNESS
PARTI I
OBBLIGU TA' LIĊENZJA TAL-IMPORTAZZJONIJIET
Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a)
A. Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantitjiet netti (1) |
|
1006 20 |
Ross (ismar) bla ħliefa, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) |
1 000 kg |
|
1006 30 |
Ross mitħun kollu jew nofsu mitħun, sew jekk illustrat jew igglejżjat sew jekk le, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) |
1 000 kg |
|
1006 40 00 |
Ross imfarrak, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) |
1 000 kg |
B. Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantitjiet netti (2) |
||
|
1701 |
Il-prodotti kollha importati b'kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji (3) (4) |
(—) |
||
|
||||
C. Żrieragħ (l-Artikolu 1(2)(e) u l-Parti V tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Garanzija |
Kwantitjiet netti (5) |
||
|
ex 1207 99 20 |
Żrieragħ ta' varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ |
(—) |
|||
|
|||||
D. Kittien u qanneb (l-Artikolu 1(2)(h) u l-Parti VIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Garanzija |
Kwantitjiet netti (7) |
||
|
5302 10 00 |
Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab |
(—) |
|||
|
|||||
E. Frott u ħxejjex (l-Artikolu 1(2)(i) u l-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantitjiet netti (9) |
||
|
0703 20 00 |
Tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) (10) |
(—) |
||
|
ex 0703 90 00 |
Ħxejjex ta' ġenus it-tewm ieħor, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) (10) |
(—) |
||
|
||||
F. Prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati (l-Artikolu 1(2)(j) u l-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantitjiet netti (11) |
||
|
ex 0710 80 95 |
Tewm (12) u Allium ampeloprasum (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma), iffriżati, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13) |
(—) |
||
|
ex 0710 90 00 |
Taħlitet ta' ħxejjex li fihom it-tewm (12) u/jew Allium ampeloprasum (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma), iffriżati, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13) |
(—) |
||
|
ex 0711 90 80 |
Tewm (12) u Allium ampeloprasum ippreservati b'mod proviżorju (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet ippreservattivi oħrajn), iżda li mhumiex adattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif isemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13) |
(—) |
||
|
ex 0711 90 90 |
Taħlitiet ta' ħxejjex li fihom it-tewm (12) u/jew Allium ampeloprasum ippreservati b'mod proviżorju (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet ippreservattivi oħrajn), iżda li mhumiex adattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif isemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13) |
(—) |
||
|
ex 0712 90 90 |
Tewm imnixxef (12) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħxejjex imnixxfin li fihom it-tewm (12) u/jew Allium ampeloprasum, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (13) |
(—) |
||
|
||||
G. Prodotti oħra (l-Artikolu 1(2)(x) u t-Taqsima 1 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Garanzija |
Kwantitjiet netti (14) |
||
|
1207 99 91 |
Żrieragħ tal-qanneb, minbarra għaż-żriegħ |
(—) |
|||
|
|||||
H. Alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (l-Artikolu 1(2)(u) u l-Parti XXI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantitjiet netti (16) |
|
ex 2207 10 00 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
100 hl |
|
ex 2207 20 00 |
Etanol u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
100 hl |
|
ex 2208 90 91 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
100 hl |
|
ex 2208 90 99 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
100 hl |
PARTI II
OBBLIGU TA' LIĊENZJA TAL-ESPORTAZZJONIJIET
Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)(a)
A. Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantitjiet netti (17) |
|
1006 20 |
Ross bla ħliefa (ismar) |
500 kg |
|
1006 30 |
Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le |
500 kg |
B. Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantitjiet netti (18) |
|
1701 |
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida (19) |
2 000 kg |
|
1702 60 95 1702 90 95 |
Zokkrijiet oħrajn f'forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż lattożju, glukożju, maltodestrina u isoglukożju (19) |
2 000 kg |
|
2106 90 59 |
Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra isoglukożju, lattożju, glukożju u ġuleppijiet tal-maltodestrina (19) |
2 000 kg |
(1) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(2) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(3) L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(4) Bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali tal-kodiċi NM 1701 99 10 li joriġinaw mill-Moldova msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1) u ta' importazzjonijiet preferenzjali ta' zokkor tal-kodiċi NM 1701 li joriġinaw mill-Ġeorġja msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).
(5) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(6) M'hemm bżonn l-ebda garanzija.
(7) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(8) M'hemm bżonn l-ebda garanzija.
(9) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(10) L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(11) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(12) Dan għandu jinkludi wkoll prodotti fejn il-kelma “tewm” tagħmel biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal “tewm solo”, “tewm elephant”, “tewm single clove” jew “tewm great-headed”.
(13) L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(14) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(15) M'hemm bżonn l-ebda garanzija.
(16) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(17) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(18) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.
(19) L-obbligu ta' liċenzja tal-esportazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.