|
21.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1185
tal-20 ta' Lulju 2016
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 rigward l-aġġornament u l-ikkompletar tar-regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru (SERA Parti C) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 730/2006
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8b(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta regoli ta' implimentazzjoni dwar regoli tal-ispazju tal-ajru u dwar l-applikazzjoni uniformi tal-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru. Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-ispazju tal-ajru ġew żviluppati f'żewġ fażijiet. Fil-Fażi I (SERA Parti A), il-Kummissjoni, appoġġjata minn Eurocontrol, mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) u mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), ippreparat it-traspożizzjoni fid-dritt tal-Unjoni tal-Anness 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta' Chicago”). Fil-Fażi II (SERA Parti B), id-dispożizzjonijiet rilevanti mill-Annessi 3 u 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago ġew trasposti fid-dritt tal-Unjoni. Dan irriżulta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (3), li jgħaqqad dawk iż-żewġ Partijiet A u B f'att uniku tal-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 issa għandu jiġi kkompletat billi jiġu inklużi fih id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ICAO li fadal, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago u fid-Dokument 4444 (PANS-ATM), li għandhom regoli tan-natura tal-ajru u li għadhom ma ġewx trasposti fid-dritt tal-Unjoni. |
|
(3) |
id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament, għandhom jappoġġjaw u jikkomplementaw regoli relatati mal-provvista ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-Anness 10, il-Volum II u fl-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, ICAO Dok. 4444 (PANS ATM) u r- Rekwiżiti Komuni stabbiliti skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-provvista ta' servizzi mal-azzjonijiet tal-bdoti u ta' atturi oħrajn skont dan ir-Regolament |
|
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazjzoni (UE) Nru 923/2012 għandu jkun allinjat ukoll mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (4) u (UE) Nru 139/2014 (5), bil-għan li jiġi żgurat approċċ konsistenti lejn ir-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(5) |
Għall-istess raġuni, u sabiex tkun żgurata preżentazzjoni tar-regoli applikabbli aktar faċli għall-utent, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006 (6) għandhom jiddaħħlu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 għandu għalhekk, jiġi emendat skont dan u r-Regolament (KE) Nru 730/2006 jitħassar. |
|
(7) |
Għandu jingħata biżżejjed żmien ta' tranżizzjoni lill-Istati Membri, lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, lill-fornituri tas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru u lil partijiet ikkonċernati oħrajn biex ikunu jistgħu jimplimentaw b'mod korrett dan ir-Regolament, inklużi l-pubblikazzjoni meħtieġa ta' proċeduri ġodda u t-taħriġ tal-operaturi u tal-persunal affettwat. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li fihom emendi urġenti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 fid-dawl tal-emendi riċenti tal-Annessi 2 u 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jew it-tagħlimiet mill-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 għandhom japplikaw b'seħħ minn data preċedenti adattata, billi jitqiesu d-dati ta' notifika tas-sistema ta' Regolamentazzjoni u ta' Kontroll tal-Informazzjoni Ajrunawtika “AIRAC”. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 730/2006 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament japplika mit-12 ta' Ottubru 2017.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw mit-18 ta' Awwissu 2016:
|
(1) |
L-Artikolu 1(1); |
|
(2) |
L-Artikolu 1(2)(f), (i), (j), (l) u (o); |
|
(3) |
L-Artikolu 1(3); |
|
(4) |
L-Artikolu 2 |
|
(5) |
Il-punti (1), (2), (3), (4), (5), (6), (8) (12), (13), (15), (16), (19), (21), (22), (26)(b), (26)(c), (27) u (28) tal-Anness. |
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006 tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir (ĠU L 128, 16.5.2006, p. 3).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
ANNESS
L-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt SERA.2001 jinbidel b'dan li ġej: “SERA.2001 Suġġett Mingħajr preġudizzju għal SERA.1001 hawn fuq, dan l-anness jindirizza, skont l-Artikolu 1, b'mod partikolari l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-inġenji tal-ajru:
Dan l-anness jindirizza l-azzjonijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-Fornituri ta' Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (ANSP), l-operaturi tal-ajrudromi u l-persunal tal-art rilevanti impenjat f'operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.”; |
|
(2) |
il-punt SERA.3215(a) huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fil-punt SERA.4001(d), il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej: “Sakemm ma jkunx stipulat perjodu ta' żmien iqsar mill-awtorità kompetenti għat-titjiriet VFR domestiċi, pjan tat-titjira għal kwalunkwe titjira ppjanata biex topera fuq fruntieri internazzjonali jew li se tkun ipprovduta bis-servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru jew is-servizz ta' konsulenza tat-traffiku tal-ajru għandu jiġi sottomess mill-inqas sittin minuta qabel it-tluq, jew, jekk sottomess matul it-titjira, f'ħin li jiżgura r-riċevuta tiegħu mill-unità tal-ATS xierqa tal-anqas għaxar minuti qabel l-inġenju tal-ajru huwa stmat li se jintlaħaq:”; |
|
(4) |
fil-punt SERA.5001, it-Tabella S5-1, in-nota ta' qiegħ il-paġna (***) tat-tabella, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt SERA.5005 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
il-punt SERA.5010 jinbidel b'dan li ġej: “Titjiriet VFR speċjali jistgħu jiġu awtorizzati biex joperaw f'żona ta' kontroll, soġġett għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC clearance). Ħlief meta jingħata permess mill-awtorità kompetenti għall-ħelikopters f'każijiet speċjali bħal, iżda mingħajr ma jkunu limitati għal, operazzjonijiet tal-pulizija, mediċi, tat-tfittxija u salvataġġ u titjiriet għat-tifi tan-nar, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
|
|
(7) |
fil-punt SERA.5015(c), jiżdied il-punt (3) li ġej:
|
|
(8) |
il-punt SERA.6001 jinbidel b'dan li ġej: “SERA.6001 Klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru
|
|
(9) |
jiddaħħal il-punt SERA.7002 li ġej: “SERA.7002 Informazzjoni dwar periklu ta' kolliżjoni meta tingħata servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS) ibbażat fuq is-sorveljanza
|
|
(10) |
jiddaħħal il-punt SERA.8012 li ġej: “SERA.8012 Applikazzjoni tas-separazzjoni tat-turbolenza tar-radda
|
|
(11) |
il-punt SERA.8015 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
il-punt SERA.8020(a)(3) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(13) |
il-punt SERA.8020(b)(3) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(14) |
fil-punt (a) ta' SERA.8025, jiżdiedu l-punti (2) u (3) li ġejjin:
|
|
(15) |
il-punt SERA.8035(b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(16) |
il-punt SERA.9010 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fil-punt SERA.10001, jiżdiedu l-punti (b) u (c) li ġejjin:
|
|
(18) |
il-punti SERA.11001 (a) u (b) u SERA.11005 (a) jitħassru u SERA.11001 u SERA.11005 jinbidlu b'dan li ġej: “SERA.11001 Ġenerali
SERA.11005 Interferenza illegali
|
|
(19) |
il-punt SERA.11010 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
jiddaħħlu l-punti SERA.11012 u SERA.11013 li ġejjin: “SERA.11012 Fjuwil Minimu u Emerġenza ta' Fjuwil
SERA.11013 Prestazzjoni degradata tal-inġenju tal-ajru
|
|
(21) |
jiddaħħal il-punt SERA.11014 li ġej: “SERA.11014 Avviż ta' Riżoluzzjoni (RA) tal-ACAS
(*4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).”;" |
|
(22) |
il-punt SERA.11015(e), Tabella S11-3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
fil-punt SERA.12005, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(24) |
il-punt SERA.12020(a)(2) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(25) |
it-Taqsimiet 13 u 14 li ġejjin jiżdiedu: “TAQSIMA 13 SSR Transponder SERA.13001 Operar ta' SSR transponder
SERA.13005 Issettjar tal-kodiċi tal-Modalità A tal-SSR transponder
SERA.13010 Informazzjoni derivata mill-altitudni skont il-pressjoni
SERA.13015 Issettjar tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru tal-Modalità S tal-SSR transponder
SERA.13020 Falliment tal-SSR transponder meta l-ġarr ta' transponder li jiffunzjona huwa obbligatorju
TAQSIMA 14 Proċeduri ta' komunikazzjoni bil-vuċi SERA.14001 Ġenerali Frażijiet standardizzati għandhom jintużaw fis-sitwazzjonijiet kollha li ġew speċifikati għalihom. Huwa biss meta l-frażijiet standardizzati ma jistgħux iservu għal trażmissjoni maħsuba, li jista' jintuża lingwaġġ sempliċi. SERA.14005 Kategoriji ta' messaġġi
SERA.14010 Messaġġi ta' sikurezza tat-titjiriet Il-messaġġi ta' sikurezza tat-titjiriet għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
SERA.14015 Lingwa li trid tintuża fil-komunikazzjoni mill-ajru għall-art
SERA.14020 Ortografija tal-kliem fir-radjutelefonija Meta jiġu spelluti nomi proprji, taqsiriet tas-servizz u kliem li l-ortografija tagħhom hija dubjuża fir-radjutelefonija, għandu jintuża l-alfabet fit-Tabella S14-2. Tabella S14-2 L-Alfabet tal-Ortografija tar-Radjutelefonija
SERA.14025 Prinċipji li jirregolaw l-identifikazzjoni tar-rotot tal-ATS minbarra r-rotot standard tat-tluq u tal-wasla
SERA.14026 Punti sinifikanti Normalment biex issir referenza għall-punt sinifikanti fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi, għandu jintuża l-isem fil-lingwaġġ sempliċi għal punti sinifikanti mmarkati mis-sit ta' għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju, jew il-kodiċi tal-isem (name-code) uniku ta' ħames ittri li jista' jiġi ppronunzjat għal punti sinifikanti mhux immarkati mis-sit ta' għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju. Jekk ma jintużax l-isem bil-lingwaġġ sempliċi għas-sit ta' għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju, dan għandu jiġi sostitwit mid-deżinjatur kodifikat li, fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi, għandu jiġi mitkellem skont l-alfabet tal-ortografija. SERA.14030 Użu ta' deżinjaturi għal rotot tat-tluq u tal-wasla ta' strumenti standard Id-deżinjatur tal-lingwaġġ sempliċi għal rotot tat-tluq u tal-wasla ta' strumenti standard għandu jintuża fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi. SERA.14035 Trażmissjoni ta' numri fir-radjutelefonija
SERA.14040 Pronunzja tan-numri Meta l-lingwa użata għall-komunikazzjoni hija l-Ingliż, in-numri għandhom jiġu trażmessi bl-użu tal-prononzja murija fit-Tabella S14-3: Tabella S14-3
SERA.14045 Teknika tat-trażmissjoni
SERA.14050 Sinjali ta' sejħa bir-radjutelefonija għall-inġenji tal-ajru
SERA.14055 Proċeduri tar-radjutelefonija
SERA.14060 Trasferiment ta' komunikazzjonijiet VHF
SERA.14065 Proċeduri tar-radjutelefonija għal bidla fil-kanal tal-komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art
SERA.14070 Proċeduri tal-ittestjar
SERA.14075 Skambju ta' komunikazzjonijiet
SERA.14080 Għassa tal-komunikazzjonijiet/Sigħat ta' servizz
SERA.14085 Użu ta' trażmissjoni għamja
SERA.14087 Użu tat-teknika tar-repetizzjoni tal-komunikazzjoni bir-rilej
SERA.14090 Proċeduri speċifiċi tal-komunikazzjoni
SERA.14095 Proċeduri ta' komunikazzjoni bir-radjutelefonija f'każ ta' periklu u ta' urġenza
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(26) |
L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(27) |
fl-Appendiċi 2, il-punt 5.1.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(28) |
fl-Appendiċi 4, it-tabella hija emendata kif ġej:
|
|
(29) |
L-Appendiċi 5 jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi 5 Speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-osservazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u r-rapporti bil-komunikazzjonijiet bil-vuċi A. ISTRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPURTAR
1. KONTENUT TAR-RAPPORTI MILL-AJRU 1.1. Rapporti dwar il-pożizzjoni u rapporti speċjali dwar l-ajru 1.1.1. It-Taqsima 1 tal-mudell stabbilit fil-punt A hija obbligatorja għal rapporti dwar il-pożizzjoni u għal rapporti speċjali dwar l-ajru, għalkemm il-Punti 5 u 6 tagħha jistgħu jitħallew barra. It-Taqsima 2 għandha tiżdied, kollha kemm hi jew parti minnha, biss meta dan ikun mitlub mill-operatur jew mir-rappreżentant deżinjat tiegħu, jew meta jitqies meħtieġ mill-bdot fil-kmand. It-Taqsima 3 għandha tiddaħħal fir-rapporti speċjali dwar l-ajru. 1.1.2. Il-kundizzjonijiet li jwasslu għall-ħruġ ta' rapport speċjali dwar l-ajru għandhom jiġu magħżula mil-lista ppreżentata fil-punt SERA.12005(a). 1.1.3. Fil-każ ta' rapporti speċjali dwar l-ajru li fihom informazzjoni dwar attività vulkanika, għandu jiġi mħejji rapport ta' wara t-titjira bl-użu tal-formola ta' rappurtar dwar attività vulkanika (il-Mudell VAR) li tidher fil-punt B. L-elementi kollha li huma osservati għandhom jiġu rreġistrati u indikati rispettivament fil-postijiet xierqa fuq il-formola tal-Mudell VAR. 1.1.4. Ir-rapporti speċjali dwar l-ajru għandhom jinħarġu malajr kemm jista' jkun prattiku wara li jkun ġie osservat fenomenu li jitlob rapport speċjali dwar l-ajru. 2. ISTRUZZJONIJIET IDDETTALJATI GĦAR-RAPPURTAR 2.1. Il-punti ta' rapport mill-ajru għandhom jiġu rrappurtati fl-ordni li fih huma elenkati fil-mudell tal-formola AIREP SPECIAL.
Taqsima 1 Punt 1 — AIRCRAFT IDENTIFICATION. (Identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru). Irrapporta s-sinjal tas-sejħa bir-radjutelefonija tal-inġenju tal-ajru kif stipulat fil-punt SERA.14050. Punt 2 — POSITION. (Pożizzjoni). Irrapporta l-pożizzjoni f'latitudni (gradi bħala 2 numri jew gradi u minuti bħala 4 ċifri, segwiti minn “North” (Tramuntana) jew “South” (Nofsinhar) u lonġitudni (gradi bħala 3 numri jew gradi u minuti bħala 5 ċifri segwiti minn “East” (Lvant) jew “West” (Punent), jew bħala punt sinifikanti identifikat b'deżinjatur kodifikat (2 sa 5 karattri) jew bħala punt sinifikanti segwit b'direzzjoni manjetika (3 ċifri) u d-distanza f'mili nawtiċi mill-punt. Ippreċedi l-punt sinifikanti b'“ABEAM” (travers), jekk applikabbli. Punt 3 — TIME. (Ħin). Irrapporta f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri) sakemm ma jkunx preskritt ir-rappurtar tal-ħin f'minuti wara s-siegħa (2 ċifri) fuq il-bażi ta' ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni tal-ajru. Il-ħin irrappurtat għandu jkun il-ħin reali tal-inġenju tal-ajru fil-pożizzjoni u mhux il-ħin tal-oriġini jew tat-trażmissjoni tar-rapport. Il-ħin għandu dejjem jiġi rrappurtat f'sigħat u minuti UTC meta jinħareġ rapport speċjali dwar l-ajru. Punt 4 — FLIGHT LEVEL OR ALTITUDE. (Livell jew altitudni tat-titjira). Irrapporta l-livell tat-titjira bi 3 ċifri meta fuq konfigurazzjoni ta' altimetru tal-pressjoni standard. Irrapporta l-altitudni f'metri segwita minn “METRES” (metri) jew f'piedi segwita minn “FEET” (piedi) meta fuq QNH. Irrapporta “CLIMBING” (tiela') (segwit mil-livell) meta jkun tiela' jew “DESCENDING” (nieżel) (segwit mil-livell) meta jkun nieżel għal livell ġdid wara li jgħaddi l-punt sinifikanti. Punt 5 — NEXT POSITION AND ESTIMATED TIME OVER. (Il-pożizzjoni li jmiss u l-ħin stmat fuqha). Irrapporta l-punt ta' rappurtar li jmiss u l-ħin stmat fuq it-tali punt ta' rappurtar, jew irrapporta l-pożizzjoni stmata li se tintlaħaq siegħa aktar tard, skont il-proċeduri ta' rappurtar tal-proċeduri fis-seħħ. Uża l-konvenzjonijiet tad-dejta speċifikati fil-Punt 2 għall-pożizzjoni. Irrapporta l-ħin stmat fuq din il-pożizzjoni. Irrapporta l-ħin f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri) sakemm ma jkunx stipulat ir-rappurtar tal-ħin f'minuti wara s-siegħa (2 ċifri) mill-ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni tal-ajru. Punt 6 — ENSUING SIGNIFICANT POINT. (Il-punt sinifikanti li jirriżulta). Irrapporta l-punt sinifikanti li jirriżulta wara “next position and estimated time over” (il-pożizzjoni li jmiss u l-ħin stmat fuqha). Taqsima 2 Punt 7 — ESTIMATED TIME OF ARRIVAL. (Ħin stmat tal-wasla). Irrapporta l-isem tal-ajrudrom tal-ewwel inżul previst, segwit mill-ħin stmat tal-wasla f'dan l-ajrudrom f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri). Punt 8 — ENDURANCE. (Awtonomija). Irrapporta “ENDURANCE” segwita minn kemm idum il-fjuwil f'sigħat u minuti (4 ċifri). Taqsima 3 Punt 9 — PHENOMENON PROMPTING A SPECIAL AIR-REPORT. (Fenomenu li jwassal għal rapport speċjali dwar l-ajru). Irrapporta wieħed mill-fenomeni esperjenzati jew osservati li ġejjin:
2.2. L-informazzjoni rreġistrata fuq il-formola għar-rappurtar ta' attività vulkanika (il-Mudell VAR) mhijiex għat-trażmissjoni bl-RTF iżda, mal-wasla f'ajrudrom, għandha tiġi kkunsinjata mingħajr dewmien mill-operatur jew membru tal-ekwipaġġ tat-titjira lill-uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom. Jekk uffiċċju bħal dan mhuwiex aċċessibbli faċilment, il-formola kompluta għandha tiġi kkunsinjata skont l-arranġamenti lokali miftiehma bejn l-MET u l-fornituri tal-ATS u l-operatur tal-inġenju tal-ajru. 3. TRAŻMISSJONI TA' INFORMAZZJONI METEOROLOĠIKA RIĊEVUTA PERMEZZ TA' KOMUNIKAZZJONIJIET BIL-VUĊI Meta jirċievu rapporti speċjali dwar l-ajru, l-unitajiet tal-ATS għandhom jittrażmettu dawn ir-rapporti dwar l-ajru mingħajr dewmien lill-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika (MWO) assoċjat. Sabiex jiżguraw l-assimilazzjoni tar-rapporti dwar l-ajru f'sistemi awtomatizzati bbażati fuq l-art, l-elementi ta' rapporti bħal dawn għandhom jiġu trażmessi bl-użu tal-konvenzjonijiet tad-dejta speċifikati hawn taħt u fl-ordni stipulat.
Taqsima 1 Punt 0 — POSITION. (Pożizzjoni). Irreġistra l-pożizzjoni f'latitudni (gradi bħala 2 numri jew gradi u minuti bħala 4 ċifri, segwiti mingħajr spazju, minn N jew S) u lonġitudni (gradi bħala 3 ċifri jew gradi u minuti bħala 5 ċifri, segwiti mingħajr spazju minn E jew W), jew bħala punt sinifikanti identifikat b'deżinjatur kodifikat (2 sa 5 karattri) jew bħala punt sinifikanti segwit b'direzzjoni manjetika (3 ċifri) u d-distanza f'mili nawtiċi (3 ċifri) mill-punt. Ippreċedi l-punt sinifikanti b'“ABEAM” (travers), jekk applikabbli. Punt 1 — TIME. (Ħin). Irreġistra l-ħin f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri). Punt 2 — FLIGHT LEVEL OR ALTITUDE. (Livell jew altitudni tat-titjira). Irreġistra “F” segwita minn 3 ċifri (eż. “F310”) meta l-livell tat-titjir jiġi rrappurtat. Irreġistra l-altitudni f'metri segwita minn “M” jew f'piedi segwita minn “FT” meta tiġi rrappurtata altitudni. Irreġistra “ASC” (livell) meta jkun tiela' jew “DES” (livell) meta jkun nieżel. Taqsima 2 Punt 9 — PHENOMENON PROMPTING A SPECIAL AIR-REPORT. (Fenomenu li jwassal għal rapport speċjali dwar l-ajru). Irreġistra l-fenomenu rappurtat kif ġej:
TIME TRANSMITTED.(Ħin tat-trażmissjoni). Irreġistra biss meta tiġi trażmessa t-Taqsima 3. 4. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATATI MAR-RAPPORTAR TA' RIĦ QAWWI TRASVERSALI U TA' RMIED VULKANIKU 4.1. Rappurtar ta' riħ qawwi trasversali 4.1.1. Meta jiġu rappurtati l-osservazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru ta' riħ qawwi trasversali li jiltaqa' miegħu tul il-fażijiet tat-tlugħ u tal-avviċinament tat-titjira, għandu jiġi inkluż it-tip ta' inġenju tal-ajru. 4.1.2. Meta l-kundizzjonijiet ta' riħ qawwi trasversali fil-fażijiet tat-tlugħ jew tal-avviċinament tat-titjira ġew irrappurtati jew imbassra iżda mhux esperjenzati, il-bdot fil-kmand għandu javża l-unità tal-ATS xierqa malajr kemm jista' jkun prattiku dment li il-bdot fil-kmand ikun jaf li l-unità tal-ATS xierqa diġà ġiet avżata minn inġenju tal-ajru preċedenti. 4.2. Rappurtar wara titjira ta' attività vulkanika 4.2.1. Mal-wasla ta' titjira f'ajrudrom, ir-rapport komplut ta' attività vulkanika għandu jiġi kkunsinjat mill-operatur tal-inġenju tal-ajru jew minn membru tal-ekwipaġġ ta' titjira, mingħajr dewmien, lill-uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom, jew jekk it-tali uffiċċju mhuwiex aċċessibbli faċilment, il-formola kompluta għandha tiġi ttrattata skont l-arranġamenti lokali miftiehma bejn l-MET u l-fornituri tal-ATS u l-operatur tal-inġenju tal-ajru. 4.2.2. Ir-rapport komplut ta' attività vulkanika riċevut minn uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom għandu jiġi trażmess mingħajr dewmien lill-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika responsabbli għall-għoti tal-għassa meteoroloġika għar-reġjun tal-informazzjoni tat-titjira li fiha kienet osservata l-attività vulkanika. B. FORMOLA TAR-RAPPORT SPEĊJALI DWAR L-AJRU TA' ATTIVITÀ VULKANIKA (MUDELL VAR)
|
|
(30) |
is-suppliment tal-Anness huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Dawn l-elementi huma sostitwiti bit-terminu “CAVOK” meta l-kundizzjonijiet li ġejjin iseħħu simultanjament fil-ħin tal-osservazzjoni: (a) il-viżibbiltà: 10 km jew aktar, u l-viżibbiltà l-aktar baxxa mhijiex rappurtata; (b) l-ebda sħab ta' sinifikat operazzjonali; u (c) l-ebda temp ta' sinifikat għall-avjazzjoni.”;
(*2) Dawn l-elementi huma sostitwiti bit-terminu “CAVOK” meta l-kundizzjonijiet li ġejjin iseħħu simultanjament fil-ħin tal-osservazzjoni: (a) il-viżibbiltà: 10 km jew aktar, u l-viżibbiltà l-aktar baxxa mhijiex rappurtata; (b) l-ebda sħab ta' sinifikat operazzjonali; u (c) l-ebda temp ta' sinifikat għall-avjazzjoni.”;
(*3) Dawn l-elementi huma sostitwiti bit-terminu “CAVOK” meta l-kundizzjonijiet li ġejjin iseħħu simultanjament fil-ħin tal-osservazzjoni: (a) il-viżibbiltà: 10 km jew aktar, u l-viżibbiltà l-aktar baxxa mhijiex rappurtata; (b) l-ebda sħab ta' sinifikat operazzjonali; u (c) l-ebda temp ta' sinifikat għall-avjazzjoni.”;
(*4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).”;”