19.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/15 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1165
tat-18 ta' Lulju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2010/788/PESK u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom. |
(2) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2293 (2016) tal-21 ta' Ġunju 2016 emendat il-kriterji biex persuni u entitajiet jiġu deżinjati biex ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi stipulati fil-paragrafi 9 u 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1807 (2008) u estendiet id-dispożizzjonijiet tal-embargo fuq l-armi. Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1173 (3), il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kriterji skont dan. |
(3) |
Għaldaqstant, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tingħata effett, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt li ġej jiżdied mal-Artikolu 1b(1):
|
(2) |
L-Artikolu 2a(1) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1173 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ara paġna 108 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).