|
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1121
tal-11 ta' Lulju 2016
li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanza Idroklorur tal-etil-N-alfa-dodekanojl-L-arġinat, li ngħatat l-isem Ethyl Lauroyl Arginate HCl skont in-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI), bħalissa tinsab irregolata fl-entrata 197 tal-Anness III u fl-entrata 58 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Taħt l-entrata 58 tal-Anness V, l-Ethyl Lauroyl Arginate HCl hija awtorizzata bħala preservattiv fi prodotti kożmetiċi, ħlief il-prodotti tax-xofftejn, il-prodotti orali u l-prodotti sprej, f'konċentrazzjoni massima ta' 0,4 % w/w. |
|
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) adotta opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-Etil Lawrojl Arġinat HCl fi prodotti orali fid-19 ta' Settembru 2013 (li ġiet riveduta fit-12 ta' Diċembru 2013) (2) u addendum għal dik l-opinjoni fis-16 ta' Diċembru 2014 (li ġie rivedut fil-25 ta' Marzu 2015) (3). |
|
(3) |
L-SCCS ikkonkluda li l-Etil Lawrojl Arġinat HCl hija sikura għall-użu bħala preservattiv fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq f'konċentrazzjoni massima ta' 0,15 % w/w, iżda mhux fi prodotti orali b'mod ġenerali. L-SCCS qies ukoll li l-istimi ta' esponiment issuġġerew li d-doża aċċettabbli ta' kuljum għat-tfal ta' bejn tlieta u disa' snin tista' tinqabeż, meta jiżdiedu l-esponiment għall-ikel u l-esponiment għall-kożmetiċi. Għaldaqstant, l-SCCS ikkonkluda li l-użu kontinwu tal-Etil Lawrojl Arġinat HCl bħala preservattiv fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq f'dik il-konċentrazzjoni mhuwiex sikur għat-tfal. |
|
(4) |
Fid-dawl ta' dik l-opinjoni tal-SCCS, il-Kummissjoni tqis li l-Etil Lawrojl Arġinat HCl għandha tkun awtorizzata għall-użu bħala preservattiv sa konċentrazzjoni massima ta' 0,15 % w/w fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq, ħlief għat-tfal taħt l-età ta' għaxar snin. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1519/13, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_138.pdf.
(3) SCCS/1543/14, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_166.pdf.
ANNESS
L-entrata 58 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
Nru ta' Ref. |
Identifikazzjoni tas-sustanza |
Kundizzjonijiet |
Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet |
|||||||||||||
|
Isem kimiku/INN |
Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni |
Numru CAS |
Numru KE |
Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
|
|||||||||
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
||||||||
|
“58 |
Idroklorur tal-etil-N-alfa-dodekanojl-L-arġinat (*1) |
Ethyl Lauroyl Arginate HCl |
60372-77-2 |
434-630-6 |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
||||||||||||||
(*1) Għal użi oħrajn għajr il-preżervattivi, ara l-entrata Nru 197 tal-Anness III.”