|
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1120
tal-11 ta' Lulju 2016
li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Carbon Black huwa awtorizzat bħala kolorant fil-kożmetiċi skont l-entrata 126 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (l-“SCCS”) wettaq valutazzjoni tar-riskju tal- Carbon Black (nano) u fit-12 ta' Diċembru 2013 (2), adotta opinjoni li fiha kkonkluda li l-użu tal-Carbon Black fil-forma nanostrutturata tiegħu (b'daqs tal-partikula primarja ta' 20 nm jew akbar), b'konċentrazzjoni ta' mhux iktar minn 10 % w/w, bħala kolorant fil-prodotti kożmetiċi ma jippreżenta l-ebda riskju ta' effetti ta' ħsara lill-bniedem wara l-applikazzjoni tiegħu fuq ġilda b'saħħitha u intatta. |
|
(2) |
Barra minn hekk, f'opinjoni oħra tat-23 ta' Settembru 2014 għall-kjarifika tat-tifsira tat-terminu “applikazzjonijiet/prodotti sprej” għall-forom nano tal-Carbon Black CI 77266, tad-Diossidu tat-Titanju u tal-Ossidu taż-Żingu (3), l-SCCS indika li l-opinjoni tiegħu dwar il-Carbon Black (nano) ma japplikax għal applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-konsumatur jiġu esposti għan-nanopartikoli tal-Carbon Black permezz tan-nifs. |
|
(3) |
Il-konklużjonijiet tal-SCCS japplikaw għall-Carbon Black (nano) bi profil ta' purità u impurità definit. Barra minn hekk, il-kriterji tal-purità stabbiliti għall-Carbon Black mhux nano m'għadhomx aġġornati u għandhom jitneħħew, billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE (4) tħassret mid-Direttiva 2008/128/KE (5). Dawk il-kriterji għandhom jiġu ssostitwiti bil-kriterji applikabbli għall-Carbon Black (nano). |
|
(4) |
Fid-dawl tal-opinjonijiet tal-SCCS imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li il-Carbon Black (nano) (skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-SCCS) għandu jkun awtorizzat għall-użu bħala kolorant fil-prodotti kożmetiċi sa konċentrazzjoni massima ta' 10 % w/w, għajr f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1515/13 Reviżjoni tal-15 ta' Diċembru 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_144.pdf
(3) SCCS/1539/14 Reviżjoni tal-25 ta' Ġunju 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_163.pdf
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purezza dwar kuluri li jintużaw fl-ikel (ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE tat-22 ta' Diċembru 2008 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta' sustanzi ta' taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20).
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
|
Numru ta' referenza |
Identifikazzjoni tas-sustanza |
Kundizzjonijiet |
Kliem li jrid jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u fit-twissijiet |
||||||||||
|
Isem Kimiku |
Numru tal-indiċi tal-kulur/Isem fil-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni |
Numru CAS |
Numru tal-KE |
Kulur |
Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
||||||
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
j |
||||
|
“126 |
Carbon black |
77266 |
1333-86-4, 7440-44-0 |
215-609-9, 231-153-3, 931-328-0, 931-334-3 |
Iswed |
|
|
Purità > 97 %, bil-profil ta' impurità li ġej: kontenut tal-irmied ≤ 0,15 %, total ta' kubrit ≤ 0,65 %, total ta' PAH ≤ 500 ppb u benżo(a)piren ≤ 5 ppb, dibenż(a,h)antraċen ≤ 5 ppb, total ta' As ≤ 3 ppm, total ta' Pb ≤ 10 ppm, total ta' Hg ≤ 1 ppm. |
|
||||
|
126a |
Carbon black |
77266 (nano) Carbon Black (nano) |
1333-86-4, 7440-44-0 |
215-609-9, 231-153-3, 931-328-0, 931-334-3 |
Iswed |
|
10 % |
M'għandux jintuża f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-utent aħħari jkunu esposti permezz tan-nifs. Huma permessi biss in-nanomaterjali bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
||||