9.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1113

tat-8 ta' Lulju 2016

li jemenda għall-248 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Lulju 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

“Daniel Martin Schneider (alias Abdullah). Indirizz: Petrusstrasse 32, 66125 Herrensohr, Dudweiler, Saarbrücken, il-Ġermanja (l-indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: 9.9.1985. Post tat-twelid: Neunkirchen (Saar), il-Ġermanja. Nazzjonalità: Ġermaniża. Numru tal-Passaport: 2318047793 (passaport Ġermaniż maħruġ f'Friedrichsthal, il-Ġermanja, fis-17.5.2006, skada fis-16.5.2011). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 2318229333 (Karta tal-Identità Federali tal-Ġermanja maħruġa f'Friedrichsthal, il-Ġermanja, fis-17.5.2006, skaduta fis-16.5.2011 (irrapportat mitluf)). Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat mal-Islamic Jihad Union (IJU — Unjoni tal-Jihad Islamiku), magħrufa wkoll bħala l-Islamic Jihad Group (il-Grupp tal-Jihad Islamiku); (b) Assoċjat ma' Fritz Martin Gelowicz u Adem Yilmaz; (c) Detenut fil-Ġermanja sa minn Ġunju 2010. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 27.10.2008.”