25.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1027

tal-24 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż.

(2)

Il- Artikolu 29 tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 jipprevedi l-possibbiltà li l-operaturi jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni mill-20 sat-30 ta' Mejju, għal importazzjonijiet matul sena ta' kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Huwa xieraq, skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jingħataw il-liċenzji għall-kwantitajiet mitluba u li jiġi ffissat koeffiċjent ta' allokazzjoni għal kull parti tal-kwota.

(3)

L-applikazzjonijiet imressqa bejn l-20 u t-30 ta' Mejju 2016 ikopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. Bħala riżultat, huwa xieraq, skont l-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 31(3) tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 biex tiġi iffissata l-kwantità li jifdal li għalihom l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jintefgħu mill-1 sal-10 ta' Novembru 2016,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni ppreżentati mill-20 sat-30 ta' Mejju 2016 għandhom jiġu aċċettati.

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li ġejjin:

1,00 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009,

1,00 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

Il-kwantità li jifdal kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 31(3) tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandha tkun ta' 8 095 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).