23.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1004

tat-22 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u (f) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 hemm lista tar-regolamenti tal-UNECE annessi mal-“Ftehim Rivedut tal-1958” (3) li japplikaw b'mod obbligatorju. Dan il-lista għandha tiġi aġġornata biex tirrifletti l-applikazzjoni ta' rekwiżiti ġodda fir-regolamenti rispettivi tal-UNECE fil-livell tal-UE.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 13(14) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, l-Appendiċi tal-Anness IV tiegħu jelenka d-Direttivi mħassra li permezz tagħhom approvazzjonijiet tat-tip mogħtija qabel l-1 ta' Novembru 2012 għandhom jibqgħu validi sakemm ma jibdew japplikaw rekwiżiti ġodda. Hekk kif jibdew japplikaw rekwiżiti ġodda fil-livell tal-UE bl-aġġornament tal-Anness IV, jeħtieġ ukoll li jiġi aġġornat l-Appendiċi tal-Anness IV tar-Regolament.

(3)

Peress li r-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolamenti Nru 107 u 118 tal-UNECE se jirrikjedu li l-manifatturi jadattaw il-vetturi tagħhom, għandu jingħata biżżejjed żmien għall-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Lulju 2016, għal raġunijiet marbutin mal-vista indiretta, l-awtoritajiet nazzjonalise jqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità tal-vetturi l-ġodda tal-kategoriji N2 u N3 approvati bid-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ma jibqgħux validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u se jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi bħal dawn.

Artikolu 3

B'effett mill-1 ta' Lulju 2016, għal raġunijiet marbutin mal-kostruzzjoni ġenerali tal-vetturi, l-awtoritajiet nazzjonali se jqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità tal-vetturi l-ġodda tal-kategoriji M2 u M3 ma jibqgħux validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u se jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi bħal dawn meta ma jkunux jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 107 tal-UNECE kif emendat bl-emendi tas-serje 05.

Artikolu 4

B'effett mill-1 ta' Lulju 2016, għal raġunijiet marbutin mal-mod kif il-vetturi jaħarqu l-karburant jew il-lubrikant ta' ċerti materjali li jintużaw fil-kostruzzjoni u/jew mal-kapaċità li jirreżistuhom, l-awtoritajiet nazzjonali se jqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità tal-vetturi l-ġodda tal-kategorija M3 ma jibqgħux validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u se jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi bħal dawn meta ma jkunux jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 118 tal-UNECE kif emendat bl-emendi tas-serje 01.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-parts li jistgħu jkunu ffittjati ma' vetturi bir-roti u/jew jintużaw magħhom u l-kundizzjonjiet tar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346 17.12.1997, p. 78).

(4)  Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b'dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħasar id-Direttiva 71/127/KEE (ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1).


ANNESS

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 661/2009

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-tabella, ir-ringieli għar-Regolamenti Nru 13, 13-H, 14, 16, 58, 95, 100, 107, 110, 118 u 121 tal-UNECE jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“13

Ibbrejkjar tal-vetturi u tal-karrijiet

Suppliment 13 tas-serje ta' emendi 11

ĠU L 42, 18.2.2016, p. 1

M2, M3, N, O (b)

13-H

Ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri

Suppliment 16 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 335, 22.12.2015, p. 1

M1, N1 (c)

14

Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq

Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 07

ĠU L 218, 19.8.2015, p. 27

M, N

16

Ċinturini tas-sikurezza, sistemi ta' trażżin, sistemi ta' trażżin għat-tfal u sistemi ISOFIX ta' trażżin għat-tfal

Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 06

ĠU L 304, 20.11.2015, p. 1

M, N (d)

58

Apparati ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq wara (RUPDs) u l-installazzjoni tagħhom; Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara (RUP)

Suppliment 3 tas-serje ta' emendi 02

ĠU L 89, 27.3.2013 p. 34

M, N, O

95

Protezzjoni tal-passiġġieri f'każ ta' ħabta laterali

Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 03

ĠU L 183, 10.7.2015, p. 91

M1, N1

100

Sikurezza elettrika

Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02

ĠU L 87, 31.3.2015, p. 1

M, N

107

Vetturi M2 u M3

Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 06

ĠU L 153, 18.6.2015, p. 1

M2, M3

110

Komponenti speċifiċi għas-CNG

Suppliment 2 tal-emendi tas-serje 01

ĠU L 166, 30.6.2015, p. 1

M, N

118

Reżistenza għan-nar ta' materjali li jintużaw fix-xarabanks

Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02

ĠU L 102, 21.4.2015, p. 67

M3

121

Lok u identifikazzjoni tal-kontrolli manwali, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi

Serje ta' emendi 01

ĠU L 5, 8.1.2016, p. 9

M, N”

(2)

l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela għar-Regolament Nru 46 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“46

Apparati għall-vista indiretta u l-installazzjoni tagħhom

Direttiva 2003/97/KE

ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1.

M, N1, komponent”

(b)

ir-ringiela għar-Regolament Nru 118 titħassar.