21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/983

tal-20 ta' Ġunju 2016

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/994 tal-20 ta' Ġunju 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bir-Riżoluzzjoni 2288 (2016), iddeċieda li jtemm, b'effett immedjat, l-embargo fuq l-armi fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Liberja.

(2)

Fl-20 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/994 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja.

(3)

Hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 (2) huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali..

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 tal-10 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 (ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1).