|
17.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/50 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/963
tas-16 ta' Ġunju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti kienet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-lista għandha tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jistgħu jsawru l-bażi għal deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li tibdel il-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru inkluża fil-lista. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”). |
|
(5) |
Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Angola, il-Botswana, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Guinea, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iran, il-Każakistan, Madagascar, il-Mozambique, is-Sudan, it-Tajwan, it-Tajlandja, u ż-Żambja. Il-Kummissjoni tat ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Afganistan, fl-Iraq, fir-Repubblika Kirgiża, fil-Libanu, fin-Nepal, fil-Pakistan, fl-Ukrajna u fiż-Żimbabwe u dwar il-konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa. |
|
(6) |
L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' awditjar li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Arju. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa fuq kumpaniji tal-ajru bil-liċenzja fi Stati fejn l-ICAO kienet identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSC”) jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk l-Istati. |
|
(7) |
L-EASA informat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-EASA informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi Stati milquta minn miżuri jew minn monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bl-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-Istati Membri kienu mistiedna jirrispondu għal dawk it-talbiet fuq bażi bilaterali b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni enfasizzat is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi ta' dejta “Safety Collaborative Assistance Network” (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja. |
|
(9) |
Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tal-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru pprojbiti. |
Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni
|
(10) |
Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u informaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. In-Norveġja informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet rigward il-kumpanija tal-ajru Airwing A/S. |
|
(11) |
L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu kif meħtieġ jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza turi li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Angola
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jippermetti lill-kumpanija tal-ajru TAAG Angola Airlines, iċċertifikata fl-Angola, biex topera fl-Unjoni b'erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ, bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF, u bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-300 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TEG, D2-TEH u D2 TEI. |
|
(13) |
Fil-25 ta' April 2016, TAAG Angola Airlines issottomettiet, permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Angola, l-Instituto Nacional da Aviação Civil (“INAVIC”), talba biex jiżdied inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 777-300, bil-marka tar-reġistrazzjoni D2-TEJ, u inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 737-700, bil-marka tar-reġistrazzjoni D2-TBK, fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(14) |
Fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni tagħha tal-operaturi ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6), TAAG Angola Airlines kienet involuta fi djalogu kontinwu mal-EASA sa minn Novembru 2014 u kienet qed tipprovdi dejta fattwali u ddettaljata dwar l-operazzjonijiet u l-flotta tagħha tal-inġenji tal-ajru. Dan il-proċess wassal għal awditjar TCO fuq il-post li sar bejn l-1 u t-3 ta' Frar 2016. It-tim tal-awditjar qajjem għadd limitat ta' sejbiet tal-livell 2 u osservazzjoni waħda skont il-Parti-TCO. TAAG Angola Airlines issottomettiet pjan ta' azzjoni korrettiva lill-EASA, li ġie aċċettat, u l-problemi qegħdin jiġu indirizzati. |
|
(15) |
Id-djalogu kontinwu li ġie stabbilit ma' TAAG Angola Airlines, id-dejta preċiża u ddettaljata li ngħatat minn TAAG Angola Airlines dwar il-flotta u l-operazzjonijiet tagħha, kif ukoll l-eżitu pożittiv tal-awditjar TCO fuq il-post, kollha jindikaw li TAAG Angola Airlines kapaċi topera l-inġenji tal-ajru tagħha Boeing 737-700, Boeing 777-200 u 777-300 f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, apparti li tintlaqa' t-talba minn TAAG Angola Airlines, li tittaffa parzjalment il-projbizzjoni attwali, billi TAAG Angola Airlines titħalla topera fl-Unjoni bi kwalunkwe inġenju tal-ajru tat-tipi Boeing 737-700, Boeing 777-200 u Boeing 777-300 fil-flotta tagħha. |
|
(16) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, qed jitqies li għandha tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Boeing 737-700 kif ukoll l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Boeing 777-200 u 777-300 ta' TAAG Angola Airlines fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 bħala inġenji tal-ajru li huma awtorizzati li joperaw fl-Unjoni. |
|
(17) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' TAAG Angola Airlines mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq din il-kumpanija tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana
|
(18) |
L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (“CAAB”) tat informazzjoni dwar il-progress biex jiġi solvut l-SSC u sejbiet oħra tal-ICAO f'ittra tat-23 ta' Diċembru 2015 lill-Kummissjoni. Ir-riżultati tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO juru li l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tjiebet sa 71 %. Abbażi ta' dan ir-riżultat, fil-31 ta' Diċembru 2015 l-ICAO ikkonfermat li ż-żewġ SSC ġew solvuti. Is-CAAB ipprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana. |
|
(19) |
It-titjib fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza juru żvilupp qawwi tas-CAAB u ma jindikawx li għad fadal xi xejriet negattivi marbuta mas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana li jkunu raġuni ta' tħassib mill-perspettiva tas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
|
(20) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Georgia
|
(21) |
F'April 2016 l-ICAO analizzat l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Georgia (“GCAA”) biex tindirizza l-SSC fir-rigward tal-proċess ta' ċertifikazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-operaturi tal-ajru. Dak l-SSC ġie identifikat waqt il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO ta' Ottubru 2013. Abbażi ta' dan ir-rieżami, l-ICAO stabbiliet li l-azzjonijiet korrettivi li ħadet il-GCAA rnexxielhom isolvu l-SSC. |
|
(22) |
It-titjib fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza juru impenn qawwi tal-GCAA biex issolvi n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza u ma jindikawx li għad fadal xi xejriet negattivi marbuta mas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Georgia li jkunu raġuni ta' tħassib mill-perspettiva tas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
|
(23) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Georgia. |
Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea
|
(24) |
Kif ġie miftiehem fil-laqgħa teknika mal-Kummissjoni, li saret fi Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Guinea, id-Direction nationale de l'aviation civile (“DNAC”), taw informazzjoni b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni li għaddejja tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, li ġie approvat mill-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll dwar l-inizjattivi kollha marbuta miegħu. |
|
(25) |
L-aħħar rapport ta' progress sottomess mid-DNAC, li l-Kummissjoni rċeviet fit-3 ta' Mejju 2016, jiddeskrivi l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, li bħalissa jiffoka fuq it-taħriġ tal-ispetturi fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà, tal-ħruġ tal-liċenzji għall-persunal u tal-ajrudromi, l-issoktar tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru u l-programm ta' sorveljanza. Iċ-ċertifikazzjoni sħiħa ta' konformità mal-ICAO (f'5 fażijiet) tal-kumpanija tal-ajru Konair Guinée ġiet konkluża u dik il-kumpanija tal-ajru kisbet iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) tagħha fis-17 ta' Settembru 2015 (AOC Nru 03/DNAC/2015). Tliet kumpaniji tal-ajru oħra, jiġifieri Sahel Aviation Service Guinée, Fly Nimba Airlines u Ijet Aviation, jissoktaw bil-proċess ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Skont id-DNAC, tħejja u ġie implimentat programm ta' sorveljanza. |
|
(26) |
Il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO hija prevista li ssir bejn it-23 u d-29 ta' Novembru 2016. |
|
(27) |
L-implimentazzjoni gradwali tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, f'konformità ma' dak li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jiġġustifikawx, fil-preżent, deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Guinea. Madankollu, il-Kummissjoni beħsiebha tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib, filwaqt li tqis ir-riżultati tal-missjoni ta' validazzjoni kkoordinata tal-ICAO ta' Novembru 2016. |
|
(28) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea. |
|
(29) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jista' jkun li jkollha tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indja
|
(30) |
Fit-3 ta' Mejju 2016 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indja (“id-DGCA Indjan”) u l-kumpanija tal-ajru Air India, iċċertifikata fl-Indja. Dawn il-konsultazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ftehim preċedenti tad-DGCA Indjan li jwettaq konsultazzjonijiet tekniċi mal-Kummissjoni sabiex jiġu diskussi l-obbligi ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza tad-DGCA Indjan fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Indja li ġew iċċertifikati minnha. |
|
(31) |
Matul dawn il-konsultazzjonijiet, id-DGCA Indjan ipprovda l-analiżi tiegħu dwar il-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani, fosthom Air India, skont il-Programm SAFA. Id-DGCA Indjan irrapporta li żviluppa unità apposta għall-ispezzjonijiet fir-rampa, sabiex tgħinu bil-miżuri ta' ġestjoni tal-programm SAFA. Id-DGCA Indjan ipprovda wkoll dejta għall-ewwel kwart tal-2016 li tirriżulta mill-attività ta' spezzjoni fir-rampa tagħha stess. Barra minn hekk, id-DGCA Indjan ipprovda dettalji speċifiċi fir-rigward tal-attività ta' sorveljanza li jwettaq fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Indjani. Id-dejta ppreżentata kienet tinkludi ħarsa ġenerali lejn l-attività ta' sorveljanza li twettqet matul l-2015. Barra minn hekk, id-DGCA Indjan ipprovda aġġornament tal-inizjattivi ta' sostenibbiltà li kien qed jieħu. Dawn l-inizjattivi kienu jinkludu r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' persunal ikkwalifikat, l-iżvilupp tal-ġestjoni tal-bażi ta' dejta u aġġornament dwar il-kompitu taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid. |
|
(32) |
Air India pprovdiet id-dettalji dwar is-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Air India ppreżentat ukoll id-dejta tal-analiżi tas-sikurezza tat-titjiriet għall-2015, kif ukoll l-approċċ tagħha lejn it-tixrid ta' informazzjoni dwar is-sikurezza tat-titjiriet u l-programm tagħha ta' ġestjoni tal-SAFA. Id-dejta tal-SAFA ppreżentata minn Air India kienet tinkludi l-analiżi approfondita tagħha stess tal-attività tal-SAFA li kienet soġġetta għaliha. F'dan ir-rigward, Air India pprovdiet ħarsa ġenerali lejn il-proċessi u l-proċeduri interni tagħha, inklużi d-dettalji fir-rigward tal-analiżi tal-kawżi ewlenin u l-miżuri ta' mitigazzjoni li jirriżultaw u li ġew implimentati minnha. Barra minn hekk, Air India rrapportat li tinteraġixxi mad-DGCA Indjan fuq bażi regolari, inkluż b'rabta mal-miżuri ta' ġestjoni tal-SAFA tagħha. |
|
(33) |
Permezz ta' ittri datati l-24 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni tenniet għadd ta' messaġġi lid-DGCA Indjan, inkluż li dan għandu jkompli jimmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni tal-SAFA tal-kumpaniji tal-ajru Indjani. Il-Kummissjoni indikat ukoll lil Air India li kienet ħadet nota tal-miżuri ta' ġestjoni tal-SAFA li ġew implimentati minn Air India, iżda indikat li dawk il-miżuri jridu joħolqu titjib konsistenti u sostenibbli skont il-programm SAFA. Barra minn hekk, il-Kummissjoni saħqet kemm mad-DGCA Indjan kif ukoll ma' Air India fuq ir-responsabbiltà li l-EASA għandha skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 li twettaq valutazzjonijiet tas-sikurezza tal-operaturi ta' pajjiżi terzi u li l-prestazzjoni skont l-SAFA hija wieħed mill-elementi ewlenin li l-EASA tqis meta twettaq dawn il-valutazzjonijiet. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-informazzjoni li ngħatat mid-DGCA Indjan u minn Air India. Jitqies li, abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi d-dettalji mogħtija kemm mid-DGCA Indjan kif ukoll minn Air India waqt il-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-3 ta' Mejju 2016, kif ukoll ir-riżultati preliminari li ħarġu mill-awditjar riċenti ta' Air India li sar mill-EASA fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014, f'dan l-istadju ma hemmx raġuni għalfejn jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja. Madankollu, għadhom meħtieġa aktar konsultazzjonijiet tekniċi sabiex jiġi żgurat li kwistjonijiet relatati mas-sikurezza jkunu jistgħu jiġu indirizzati fuq bażi kontinwa. |
|
(35) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Indja. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni beħsiebha tissokta bil-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mad-DGCA Indjan, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
|
(37) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru Indjani, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja
|
(38) |
F'April 2016 ġiet organizzata żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fl-Indoneżja li kienet tinvolvi esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni twettqet fl-uffiċċji tad-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili fl-Indoneżja (id-“DGCA Indoneżjan”) u f'għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, jiġifieri Citilink, Lion Air, Batik Air, Indonesia Air Asia u Aviastar Mandiri (iċċertifikati taħt il-kategorija CASR-135, titjiriet reġjonali u charter). |
|
(39) |
L-esperti sabu li ċ-ċertifikazzjoni inizjali tal-kumpaniji tal-ajru ssir permezz tal-approċċ xieraq f'ħames fażijiet u titwettaq koordinazzjoni suffiċjenti ma' dipartimenti oħra fi ħdan id-DGCA Indoneżjan. L-awditi taċ-ċertifikazzjoni huma ddokumentati, qed isiru s-sejbiet u huwa mitlub segwitu mingħand il-kumpaniji tal-ajru, inklużi azzjonijiet korrettivi u analiżi tal-kawżi ewlenin. |
|
(40) |
L-esperti setgħu jistabbilixxu li l-attivitajiet ta' sorveljanza, kemm l-awditjar kif ukoll l-ispezzjonijiet, jiġu ppjanati fuq bażi annwali u li, b'mod ġenerali, l-attivitajiet ta' sorveljanza jitwettqu skont il-pjan. L-esperti osservaw li dan l-aħħar ġew irreklutati għadd sinifikanti ta' spetturi tal-operazzjonijiet waqt it-titjira u tas-sikurezza fil-kabini, li għad iridu jitħarrġu dwar il-metodi ta' spezzjoni u r-regolamentazzjoni speċifika. Barra minn hekk, għadha meħtieġa l-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi fir-rigward tar-rappurtar, il-komunikazzjoni tas-sejbiet, l-aċċettazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi, inkluża l-analiżi tal-kawżi ewlenin u l-qbil dwar l-iskedi taż-żmien għas-segwitu tas-sejbiet. |
|
(41) |
Id-DGCA Indoneżjan seta' juri li qed jittieħdu miżuri ta' infurzar. Pereżempju, l-AOC ta' Aviastar Mandiri (iċċertifikat taħt il-kategorija CASR-121, l-operazzjonijiet tal-kumpaniji tal-ajru interni, nazzjonali u supplementari, l-AOC numru 121-043) ġie rrevokat minħabba n-nuqqas ta' konformità mar-regolamentazzjoni dwar l-għadd minimu ta' inġenji tal-ajru fil-flotta. |
|
(42) |
L-evidenza ppreżentata minn Citilink waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post turi li Citilink kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards nazzjonali u internazzjonali tas-sikurezza. Citilink uriet li għandha sistema ta' ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza żviluppata sewwa, kif ukoll organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa żviluppata sewwa u li tapplika approċċ proattiv lejn is-sikurezza. |
|
(43) |
Il-Lion Group jikkonsisti f'sitt kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fi tliet Stati differenti u japplika approċċ integrat għall-operazzjonijiet tiegħu u għall-ġestjoni tiegħu tas-sikurezza u l-kwalità. Fi ħdan il-Lion Group, Lion Air u Batik Air huma żewġ detenturi tal-AOC iċċertifikati fl-Indoneżja. Lion Air u Batik Air urew għas-sodisfazzjon tal-esperti li t-tnejn li huma għandhom sistemi ta' ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tas-sikurezza li jiffunzjonaw sew. Il-maniġment superjuri ta' dawn iż-żewġ kumpaniji tal-ajru, kif ukoll il-maniġment tal-Lion Group għandhom għarfien tajjeb ta' dawn is-sistemi u jużawhom biex jidentifikaw ir-riskji u jieħdu l-miżuri xierqa biex jimmitigaw l-ogħla riskji sa livelli aċċettabbli. L-esperti sabu li Lion Air u Batik Air jimpjegaw ekwipaġġ u persunal professjonali u għandhom sistemi fis-seħħ biex jimmaniġġaw l-operazzjonijiet varji. Il-maniġment, kemm fil-livell tal-kumpanija tal-ajru individwali kif ukoll fil-livell ta' grupp, jirċievi u jaġixxi fuq l-analiżi u l-informazzjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Il-maniġment jippromulga wkoll l-informazzjoni u l-azzjonijiet korrettivi permezz ta' pubblikazzjonijiet interni, elettroniċi jew b'xi mod ieħor. |
|
(44) |
Id-DGCA Indoneżjan u l-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air instemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-31 ta' Mejju 2016. Id-DGCA Indoneżjan ippreżenta l-istruttura organizzazzjonali attwali tiegħu, inklużi d-dettalji dwar il-ħaddiema assenjati lid-Direttorat tiegħu tal-Ajrunavigabbiltà u tal-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru u l-baġit disponibbli għall-ħidmiet ta' sorveljanza tas-sikurezza u t-taħriġ tal-ispetturi. Id-DGCA Indoneżjan ipprovda d-dettalji dwar il-miżuri importanti meħuda matul is-sena li għaddiet, b'mod partikolari l-aġġornament tar-Regolamentazzjoni dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili, l-aġġornament tal-Istruzzjonijiet tal-Persunal lill-ispetturi, it-titjib tas-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-bidu tal-iżvilupp tal-Programm tal-Istat dwar is-Sikurezza. Fil-preżentazzjoni tiegħu, id-DGCA Indoneżjan ta sommarju tal-azzjonijiet korrettivi rigward l-osservazzjonijiet li saru mill-esperti waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. |
|
(45) |
Citilink ippreżentat il-pjan ta' azzjoni korrettiva tagħha li żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan il-pjan ta' azzjoni korrettiva jinkludi azzjonijiet korrettivi u preventivi u kien ibbażat fuq analiżi serja ta' tal-kawżi ewlenin ta' dawn l-osservazzjonijiet. Barra minn hekk, saret enfasi fuq l-aktar żviluppi importanti li saru minn Novembru 2015, inkluż it-titjib fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Analiżi tad-Dejta tat-Titjiriet, ir-riżorsi addizzjonali għas-sikurezza u l-kwalità, kif ukoll l-iżvilupp kontinwu tas-softwer għar-rappurtar elettroniku dwar is-sikurezza. |
|
(46) |
Fil-preżentazzjoni ta' Lion Air u Batik Air saret enfasi fuq l-istrateġija għas-sitt kumpaniji tal-ajru fil-Lion Group. Ibbażata fuq l-iżvilupp tas-suq, l-istrateġija tal-grupp issa tiffoka fuq it-tkabbir fis-swieq barra mill-Indoneżja. Lion Air u Batik Air it-tnejn taw preżentazzjoni dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan il-pjan jinkludi azzjonijiet korrettivi bbażati fuq analiżi tal-kawżi ewlenin ta' dawn l-osservazzjonijiet. Barra minn hekk, Batik Air spjegat l-investigazzjoni tagħha dwar l-inkursjoni riċenti fir-runway li involviet wieħed mill-inġenji tal-ajru tagħha, inklużi l-azzjonijiet ta' sikurezza li Batik Air ħadet minnufih wara l-aċċident. |
|
(47) |
Matul is-seduta, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li matul dawn l-aħħar sitt xhur l-ICAO wettqet validazzjoni mhux fuq il-post tal-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu mid-DGCA Indoneżjan. Ir-riżultat finali ta' din il-validazzjoni għadu mhux disponibbli. Id-DGCA Indoneżjan spjega wkoll li jinsab impenjat mal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni biex itejjeb is-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Fi Frar 2016 l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni wettqet Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Internazzjonali, li wasslet għal seba' sejbiet, bi żjara ta' segwitu f'Mejju 2016. Skont id-DGCA Indoneżjan, is-sejbiet kollha ġew solvuti, għalkemm id-DGCA Indoneżjan hu mitlub mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni biex jirrapporta kull xahar dwar il-progress tat-taħriġ tal-ispetturi. |
|
(48) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u tal-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li d-DGCA Indoneżjan wettaq titjib mill-2014. Madankollu, jidher ċar li d-DGCA Indoneżjan jeħtieġ li jwettaq, fost kwistjonijiet oħra, titjib ulterjuri fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu kif ukoll it-taħriġ u l-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi tiegħu. |
|
(49) |
Il-Kummissjoni nnotat li Citilink, Lion Air u Batik Air huma lkoll f'qagħda li jipprovdu dettalji speċifiċi fir-rigward tat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mar-regolamentazzjoni Indoneżjana applikabbli u mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali min-naħa ta' dawn il-kumpaniji tal-ajru. |
|
(50) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex Aviastar Mandiri (AOC numru 121-043), Citilink, Lion Air u Batik Air jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(51) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(52) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Iran
|
(53) |
Il-kumpanija tal-ajru Iran Air, iċċertifikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“CAO-IRI”), ġiet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 f'Marzu 2010. Wara żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, ir-restrizzjonijiet tal-operat għall-flotta ta' Iran Air ġew speċifikati aktar f'Lulju 2010. |
|
(54) |
F'Mejju 2016 saret żjara ġdida ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fl-Iran li kienet tinvolvi esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni saret fl-uffiċċji tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u fl-uffiċċji u fil-faċilitajiet ta' Iran Air. |
|
(55) |
L-esperti sabu li CAO-IRI hija awtorità tal-avjazzjoni ċivili strutturata tajjeb, li tindirizza l-aspetti kollha tal-avjazzjoni ċivili bħala korp regolatorju. L-esperti sabu wkoll li l-Iran għandu fis-seħħ sistema regolatorja komprensiva, li tiġi aġġornata ta' spiss. Fid-dawl tal-fatti osservati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, l-esperti kkonkludew li ma hemmx nuqqas ta' kapaċità u rieda min-naħa tas-CAO-IRI li tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza. |
|
(56) |
L-esperti sabu li, miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post li l-Unjoni wettqet preċedentament f'Lulju 2010, Iran Air indirizzat l-osservazzjonijiet li saru f'dik l-okkażjoni. Il-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 tjiebet u issa tinsab fl-istess livell bħal dik tal-flotta Airbus A300 u A310. L-esperti sabu li s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza ta' Iran Air tjiebet matul is-snin, għalkemm tista' tibbenefika minn aktar titjib, l-aktar fl-oqsma tal-applikazzjoni effettiva tal-proċeduri deskritti u tal-integrazzjoni ulterjuri tal-funzjoni tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-ġestjoni tal-kwalità fil-livell korporattiv. Fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà, l-esperti għamlu għadd ta' osservazzjonijiet, li jistgħu jgħinu lil Iran Air biex ittejjeb aktar is-sikurezza u l-kwalità tal-operazzjonijiet tagħha. |
|
(57) |
Fl-1 ta' Ġunju 2016, is-CAO-IRI u Iran Air instemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Is-CAO-IRI tat preżentazzjoni dwar l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Iran, l-istruttura organizzazzjonali tas-CAO-IRI u d-deskrizzjoni ġenerali tar-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Iran. Barra minn hekk, is-CAO-IRI ppreżentat dettalji dwar ir-rapport tal-awditjar tal-ICAO u l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu. Dawk l-azzjonijiet jinkludu emendi leġiżlattivi biex jiżguraw li s-CAO-IRI għandha biżżejjed riżorsi u indipendenza biex twettaq il-funzjonijiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha. Dik il-preżentazzjoni kkonfermat l-iżviluppi ġeneralment pożittivi li ġew osservati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. |
|
(58) |
Iran Air tat ħarsa ġenerali dettaljata tal-kumpanija, inklużi l-flotta attwali tagħha u r-riżorsi u l-faċilitajiet disponibbli, u enfasizzat li fl-opinjoni tagħha hija kapaċi ġġedded u tespandi l-flotta tagħha. Barra minn hekk, Iran Air ippreżentat l-azzjonijiet korrettivi li hija wettqet fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post li saret f'Lulju 2010, inkluż it-titjib li sar fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 u t-titjib fil-ġestjoni tagħha tas-sikurezza u tal-kwalità. Iran Air ippreżentat il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'Mejju 2016. L-elementi ewlenin f'dan il-pjan huma t-titjib tal-Programm ta' Analiżi tad-Dejta tat-Titjiriet u l-introduzzjoni ta' softwer imtejjeb biex jappoġġja s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza. |
|
(59) |
Parti importanti mill-preżentazzjoni kienet iddedikata lill-pjanijiet ta' Iran Air għat-tiġdid u l-espansjoni tal-flotta tagħha. Iran Air beħsiebha żżid l-inġenji tal-ajru ta' tip eżistenti fil-flotta tagħha u tintroduċi tip ġdid ta' inġenju tal-ajru fil-flotta. Skont il-preżentazzjoni tagħha, ġie stabbilit proġett komprensiv ta' ġestjoni tal-bidla b'tim tal-proġett iddedikat, biex jidentifika, jiġġestixxi u jimmitiga b'mod proattiv kwalunkwe riskju għas-sikurezza li ġġib magħha l-introduzzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru ġdid. Il-proċeduri ddokumentati standard jintużaw għall-bidliet esterni u interni kollha fl-operazzjonijiet, assoċjati mal-introduzzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru ġdid, li jista' jkollu effett negattiv fuq is-sikurezza. |
|
(60) |
Madankollu, fir-rigward tal-inġenji tal-ajru eżistenti tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fil-flotta ta' Iran Air, ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar it-titjib fir-rigward tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħhom. |
|
(61) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'Mejju 2016 u s-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li Iran Air għamel titjib sostnut fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 u li Iran Air uriet li kapaċi tintroduċi tipi ta' inġenji tal-ajru ġodda fil-flotta tagħha. |
|
(62) |
Huwa rrikonoxxut ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa tas-CAO-IRI u ta' Iran Air li jiddjalogaw mal-Kummissjoni. Jitqies li, b'mod ġenerali, is-CAO-IRI għandha biżżejjed kapaċità biex teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Iran. Fir-rigward ta' Iran Air, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali u mal-prattiki rrakkomandati applikabbli. Madankollu, il-ġestjoni tal-flotot Fokker F100 u Boeing B747 għadha trid titjieb. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tqis li r-restrizzjonijiet tal-operat li hemm fis-seħħ bħalissa fuq Iran Air jistgħu jitneħħew, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjonijiet attwali fuq l-inġenji tal-ajru tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fil-flotta ta' Iran Air, li jeħtieġ li jinżammu. |
|
(63) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tillimita r-restrizzjonijiet tal-operat fir-rigward ta' Iran Air għall-inġenji tal-ajru kollha tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(64) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Iran, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(65) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan
|
(66) |
Sa minn Lulju 2009, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Każakistan, ħlief wieħed, huma soġġetti għal projbizzjoni sħiħa tal-operat, primarjament minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, il-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC”), li timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. Il-kumpanija tal-ajru Air Astana, iċċertifikata fil-Każakistan, tneħħiet mill-Anness B tar-Regolamernt (KE) Nru 474/2006 f'Diċembru 2015 u qed titħalla topera fl-Unjoni. |
|
(67) |
F'April 2016 twettqet Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO fil-Każakistan. Is-CAC informa lill-Kummissjoni li bħala riżultat preliminari, l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tjiebet minn 64 % għal 74 %. Abbażi tar-riżultati preliminari ta' dik il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO, fl-20 ta' April 2016 l-ICAO stabbiliet li l-SSC ġie solvut b'suċċess mis-CAC. Ir-rapport finali tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO se jkun disponibbli f'Lulju 2016. |
|
(68) |
Abbażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha bħalissa, ġie konkluż li l-proġett għal riforma regolatorja fil-Każakistan fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili kompla jimxi 'l quddiem. Madankollu, l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO ta' April 2016 għadha mhijiex disponibbli. Qabel ma tkun tista' tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar emenda tar-restrizzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, tinħtieġ verifika fuq il-post tat-titjib tas-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili tas-CAC. |
|
(69) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan. |
Il-kumpaniji tal-ajru minn Madagascar
|
(70) |
Il-kumpanija tal-ajru Air Madagascar, iċċertifikata f'Madagascar, hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-operat u tinsab elenkata fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Saru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti ta' Madagascar, Aviation civile de Madagascar (“ACM”) u ma' Air Madagascar bl-għan li jiksbu aġġornamenti dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi. |
|
(71) |
Fit-2 ta' Ottubru 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn esperti mill-Kummissjoni, l-EASA u rappreżentanti għolja mill-ACM u minn Air Madagascar. Matul dik il-laqgħa, l-ACM u Air Madagascar taw informazzjoni dwar il-progress li wettqu fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u korrettivi rispettivi li huma implimentaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza msemmija fil-premessi 66 sa 74 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2011 (7). Meta wieħed iqis li dawk in-nuqqasijiet fis-sikurezza ġew indirizzati b'mod adegwat, l-ACM flimkien ma' Air Madagascar, talbu li titwettaq valutazzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet tal-operat imposti fuq Air Madagascar. |
|
(72) |
Dik it-talba ġiet diskussa f'Novembru 2015. Filwaqt li tirrikonoxxi l-progress miksub mill-ACM u minn Air Madagascar, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza għadha meħtieġa qabel ma jsir kwalunkwe aġġustament tal-projbizzjoni parzjali attwali fuq Air Madagascar. |
|
(73) |
F'Marzu 2016, l-esperti tal-EASA, akkumpanjati minn osservatur espert minn Stat Membru, wettqu awditjar ta' Air Madagascar fil-qafas tal-applikazzjoni sottomessa minn Air Madagascar għal awtorizzazzjoni ta' operatur ta' pajjiż terz mill-EASA skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014. |
|
(74) |
Fil-kuntest ta' dan l-awditjar, l-esperti tal-EASA u l-osservatur espert żaru wkoll l-ACM. Matul din iż-żjara, l-ACM ipprovdiet lit-tim ta' esperti evidenza tal-effettività tal-pjan ta' azzjoni preventiva u korrettiva tagħha li ġie żviluppat u implimentat wara li ġew imposti r-restrizzjonijiet tal-operat fuq Air Madagascar. Ipprovdiet ukoll evidenza tal-kapaċità tagħha li twettaq l-obbligi tagħha skont l-istandards tal-ICAO għall-attivitajiet tagħha ta' sorveljanza u ċertifikazzjoni. Hija wriet li, minn mindu saret iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fi Frar 2014, l-ACM irnexxielha tlesti ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta' disa' kumpaniji tal-ajru, irrifjutat li ġġedded iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' kumpanija tal-ajru waħda u pproċediet biċ-ċertifikazzjoni ta' kumpanija tal-ajru ġdida. Il-fajls taċ-ċertifikazzjoni rieżaminati minn tim ta' esperti nstabu li kienu organizzati u strutturati tajjeb f'konformità mal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-ICAO. Il-programm ta' sorveljanza ġie rieżaminat għal erba' operaturi u t-tim ta' esperti nnota li l-ACM kienet evolviet minn programm ta' sorveljanza tal-konformità tradizzjonali għal pjan ta' attivitajiet ta' sorveljanza li japplika approċċ ibbażat fuq ir-riskju. It-tim ta' esperti nnota wkoll li 90 % tal-attivitajiet ippjanati kienu twettqu effettivament għall-perjodu 2014/2015 fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ħruġ tal-liċenzji u tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. |
|
(75) |
L-awditjar ta' Air Madagascar wera l-effettività tal-azzjoni korrettiva u preventiva li ġiet żviluppata u implimentata minn dik il-kumpanija tal-ajru. B'mod partikolari, Air Madagascar ipprovdiet evidenza li l-ġestjoni tal-flotta Airbus A340 tagħha hija identika għall-flotot l-oħra kollha tagħha u li l-flotta Airbus A340 hija wkoll inkluża kompletament fis-sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità tas-sikurezza tagħha. Il-kampjuni rilevanti tal-attivitajiet ta' Air Madagascar ma żvelaw l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza kritiċi għas-sikurezza. |
|
(76) |
Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post f'Marzu 2016, fir-rigward tal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, uriet li l-ACM u Air Madagascar huma lesti u kapaċi jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' sikurezza li għad fadal. Barra minn hekk, intwera li l-ACM għandha biżżejjed kapaċità biex timplimenta u, fejn meħtieġ, tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inklużi r-regolamentazzjonijiet dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni promulgati mill-ACM. |
|
(77) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi r-riżultati tal-awditjar li sar f'Marzu 2016, il-Kummissjoni tqis li l-ACM u Air Madagascar għamlu titjib dejjiem fuq perjodu ta' żmien kontinwu. Huwa rrikonoxxut ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa tal-ACM u ta' Air Madagascar li jiddjalogaw fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni. Jitqies li l-ACM għandha l-abilità li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati f'Madagascar u li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli u mal-prattiki rrakkomandati min-naħa ta' Air Madagascar. |
|
(78) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex Air Madagascar, iċċertifikata f'Madagascar, titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(79) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' Air Madagascar mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. Jekk ir-riżultati ta' tali spezzjonijiet, jew kull informazzjoni oħra rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza tan-nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique
|
(80) |
Il-proġett ta' assistenza teknika, li ġie stabbilit wara ż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post li saret f'April 2015, kompla jipprovdi appoġġ f'diversi oqsma lill-awtoritajiet kompetenti tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”). Il-leġiżlazzjoni li testendi s-setgħat tal-IACM u tagħtih awtonomija akbar, ġiet approvata mill-Parlament permezz ta' vot unanimu fit-30 ta' Marzu 2016 u issa għad trid tiġi promulgata mill-Kap ta' Stat. Għadd ta' regolamentazzjonijiet legali u tekniċi speċifiċi ġew rieżaminati fil-fond u bħalissa jinsabu fi stadji differenti ta' żvilupp jew approvazzjoni. Kompla għaddej it-taħriġ tal-persunal tekniku eżistenti fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà, tal-operazzjonijiet, tal-ħruġ tal-liċenzji għall-persunal, tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, tal-ġestjoni tal-informazzjoni ajrunawtika u tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Twettqet sensiela ġdida ta' reklutaġġ ta' persunal tekniku fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà u tas-sigurtà tal-avjazzjoni. L-assessuri mediċi ġew imħarrġa fil-qafas ta' protokoll ta' kooperazzjoni mal-Portugall. Il-ħidma qed tkompli tindirizza b'mod sistematiku u tagħlaq is-sejbiet kollha miftuħa tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO, bil-ħsieb li jittejjeb b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' implimentazzjoni effettiva. Issoktaw il-kuntatti regolari mal-operaturi eżistenti kollha u saru diversi sessjonijiet ta' diskussjoni dwar it-titjib tal-operazzjonijiet tagħhom. Il-proċessi u l-proċeduri interni kollha tal-IACM li jirrikjedu riforma sinifikanti kienu ġew identifikati preċedentament u l-ħidma maħsuba biex toħloq titjib sinifikanti miexja 'l quddiem. |
|
(81) |
Il-kumpanija tal-ajru Linhas Aéreas de Moçambique (LAM), iċċertifikata fil-Mozambique, ġarrbet tiġrif ta' ajruplan fin-Namibja fid-29 ta' Novembru 2013. Ir-rapport finali tal-inċident ġie ppubblikat uffiċjalment mid-Direttorat tal-Investigazzjoni tal-Inċidenti tal-Inġenji tal-Ajru tal-Ministeru tax-Xogħol u t-Trasport tar-Repubblika tan-Namibja fit-30 ta' Marzu 2016. Dan jikkonkludi li t-tiġrif kien dovut għal azzjoni intenzjonali min-naħa tal-kaptan. Ir-rapport jinkludi ħames rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-ICAO u rakkomandazzjoni waħda indirizzata lill-IACM maħsuba biex jagħmlu obbligatorja l-preżenza ta' żewġ membri tal-ekwipaġġ fil-kabina tal-ekwipaġġ matul il-fażijiet kollha tat-titjira. L-IACM implimenta r-rakkomandazzjoni permezz tad-Direttiva dwar is-Sikurezza DOS-02/16 ippubblikata f'Mejju 2016. |
|
(82) |
Madankollu, il-kapaċità tal-IACM li jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, f'dan l-istadju ma tikkonformax għalkollox mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant ma hemmx evidenza biżżejjed biex tiġġustifika deċiżjoni dwar aġġustament tal-projbizzjoni tal-operat tal-kumpaniji tal-ajru kollha li huma ċċertifikati fil-Mozambique. |
|
(83) |
Filwaqt li t-titjib mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika aġġustament tal-projbizzjoni attwali, is-sitwazzjoni hi promettenti biżżejjed biex tiġġustifika żjara addizzjonali ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post matul ix-xhur li ġejjin. |
|
(84) |
Skont lista mogħtija mill-IACM fit-13 ta' Mejju 2016, fil-Mozambique ġew iċċertifikati żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda, jiġfieri CHC Helicópteros Lda (AOC MOZ-22) u Inter Airways Lda (AOC MOZ-24). Madankollu, l-IACM ma setax jagħti evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Permezz ta' din l-istess lista, l-IACM informa lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpaniji tal-ajru Kaya Airlines Lda (AOC MOZ-09) u Trabalhos e Transportes Aéreos Lda (AOC MOZ-16) ġew irrevokati. |
|
(85) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru CHC Helicópteros Lda u Inter Airways Lda fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru Kaya Airlines Lda u Trabalhos e Transportes Aéreos Lda minn dak l-Anness. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa
|
(86) |
Matul dan l-aħħar perjodu, il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(87) |
Fl-4 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li tiġi rieżaminata l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi abbażi tar-rapporti tal-SAFA dwar l-ispezzjonijiet fir-rampa għall-perjodu bejn il-21 ta' Frar 2015 u l-20 ta' Frar 2016 u li jiġu identifikati każijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali. |
|
(88) |
Waqt il-laqgħa, il-Kummissjoni analizzat aktar fid-dettall ir-riżultati tal-SAFA ta' erba' kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa. L-FATA informat lill-Kummissjoni dwar ir-revoka f'Diċembru 2015 tal-AOC ta' waħda minn dawn l-erba' kumpaniji tal-ajru, kif ukoll l-azzjonijiet li ttieħdu minn tnejn oħra minn dawk l-erba' kumpaniji tal-ajru nfushom. |
|
(89) |
Barra minn hekk, matul din il-laqgħa l-FATA impenjat ruħha li tintensifika l-ħidma tagħha mar-raba' kumpanija tal-ajru sabiex jiġi żgurat li din ittejjeb ir-rekords tagħha tal-SAFA. Billi din il-kumpanija tal-ajru ssottomettiet ukoll applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn operatur ta' pajjiż terz tal-EASA skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014, il-Kummissjoni ħadet l-okkażjoni ta' din il-laqgħa biex tiċċara r-rabta bejn ir-Regolament (KE) Nru 2011/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014. B'riżultat ta' diskussjonijiet ulterjuri bejn l-FATA u din ir-raba' kumpanija tal-ajru, l-FATA neħħiet l-awtorizzazzjoni ta' din il-kumpanija tal-ajru għal titjiriet lejn l-UE mill-kamp ta' applikazzjoni tal-AOC tagħha. Sussegwentament, din il-kumpanija tal-ajru ddeċidiet li tirtira l-applikazzjoni tagħha mal-EASA. |
|
(90) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li ma kinitx meħtieġa seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi jew tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjon Russa. Madankollu, ġie maqbul li għandhom jissoktaw il-laqgħat regolari ta' esperti tas-sikurezza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Russi, mill-inqas darba qabel kull laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. |
|
(91) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni sabiex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa. |
|
(92) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(93) |
Jekk dawn l-ispezzjonijiet jindikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan
|
(94) |
Matul dan l-aħħar perjodu, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (“SCAA”) żammet kuntatti regolari mal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li ġew irreġistrati fis-Sudan. Skont lista aġġornata tal-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan, li ngħatat mill-SCAA fit-22 ta' Diċembru 2015, ma ġiet iċċertifikata l-ebda kumpanija tal-ajru ġdida u ġew irrevokati ċ-Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru ta' sitt kumpaniji tal-ajru: Almajal Aviation Service, Bentiu Air Transport, Dove Airlines, Fourty Eight Aviation, Marsland Company u Mid Airlines. Fl-istess ittra, l-SCAA informat lill-Kummissjoni li s-Sudan żviluppa l-manwal tiegħu tal-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza u r-Regolamenti tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan Parti 19 — Il-Ġestjoni tas-Sikurezza, li jinkludi l-Istandards u r-rekwiżiti regolatorji għat-twaqqif u ż-żamma tas-sistemi ta' ġesjtoni tas-sikurezza mill-fornituri tas-servizz applikabbli. |
|
(95) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex jinteħħew il-kumpaniji tal-ajru Almajal Aviation Service, Bentiu Air Transport, Dove Airlines, Fourty Eight Aviation, Marsland Company u Mid Airlines mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan
|
(96) |
Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tat-Tajwan, l-Amministrazzjoni Ajrunawtika Ċivili (is-“CAA tat-Tajwan”). Fit-23 ta' Mejju 2016 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni, l-EASA u l-esperti kemm mis-CAA tat-Tajwan kif ukoll mill-kumpanija tal-ajru TransAsia Airways (“TNA”), iċċertifikata fit-Tajwan. |
|
(97) |
Waqt din il-laqgħa, is-CAA tat-Tajwan ippreżentat il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imnedija wara l-aċċidenti u l-inċidenti li jinvolvu lil TNA kif ukoll ir-riżultati tal-programm ta' sorveljanza għal TNA. Is-CAA tat-Tajwan indikat ukoll li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa minn organizzazzjonijiet esterni, b'riżultat taż-żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post rispettivi tagħhom fl-2015, ġew aċċettati u implimentati. |
|
(98) |
Barra minn hekk, is-CAA tat-Tajwan informat lill-Kummissjoni li se tippermetti biss lil TNA li żżid l-għadd ta' operazzjonijiet tagħha biss wara li s-CAA tat-Tajwan tkun ivvalidat l-effettività tal-azzjonijiet ta' mitigazzjoni meħuda minn TNA. Finalment, is-CAA tat-Tajwan u TNA qablu li jkomplu l-konsultazzjonijiet tekniċi sabiex il-Kummissjoni tkun tista' ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet rispettivi ta' azzjoni korrettiva u preventiva u biex jiġi żgurat li kull kwistjoni relatata mas-sikurezzà tkun tista' tiġi diskussa kif xieraq. |
|
(99) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, tqies li ma kienx meħtieġ li s-CAA tat-Tajwan u TNA jidhru quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li mhija meħtieġa l-ebda projbizzjoni tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan. |
|
(100) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan. |
Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja
|
(101) |
Fit-2 ta' Mejju 2016 saret laqgħa teknika bħala parti mill-konsultazzjonijiet attivi mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAAT”), sabiex taġġorna lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar minn Novembru 2015. Is-CAAT tat aġġornament dwar l-attivitajiet ewlenin ta' infurzar għall-iżgurar tal-kwalità, inklużi r-revoka ta' AOC wieħed, iż-żamma fuq l-art ta' inġenji tal-ajru minħabba kwistjonijiet ta' sikurezza, id-dereġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru minħabba l-inkapaċità finanzjarja tal-kumpaniji tal-ajru u l-ispezzjoni tal-ħinijiet tat-titjiriet u tas-servizz. Barra minn hekk, is-CAAT tat informazzjoni dwar il-progress fiċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-AOC b'appoġġ minn organizzazzjoni esterna, is-sostenibbiltà u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjoni tas-CAAT, kif ukoll dwar l-organizzazzjoni attwali tas-CAAT. |
|
(102) |
Is-CAAT iddikjarat għal diversi drabi li tqis li huwa aktar importanti li jittieħdu azzjonijiet korrettivi sostenibbli minflok “soluzzjonijiet ta' malajr”. Is-CAAT spjegat li hemm biżżejjed impenn politiku għal dan l-approċċ, iżda jeħtieġ iż-żmien. Bil-kuntratt ma' organizzazzjoni esterna fis-seħħ, iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru se tibda dalwaqt bl-għan li jiġu ċċertifikati mill-ġdid l-operaturi internazzjonali matul id-9 xhur li ġejjin. Dan se jifforma wkoll il-bażi għar-riżoluzzjoni tal-SSC tal-ICAO. |
|
(103) |
Fir-rigward tal-proġett ta' bini ta' kapaċità fit-tul li s-CAAT trid twettaq bl-appoġġ tal-EASA, skont il-Memorandum ta' Qbil li ġie ffirmat fl-2015, is-CAAT titlob li jkun hemm esperti tal-EASA f'seba' dipartimenti strateġiċi ewlenin tas-CAAT li jkunu jiggwidaw lill-maniġers tas-CAAT fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(104) |
Il-Gvern tat-Tajlandja u s-CAAT juru impenn ċar biex itejbu s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja u pprovdew evidenza li matul l-aħħar sena sar progress rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat. Sabiex is-sitwazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib, se jissoktaw il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
|
(105) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja. |
|
(106) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(107) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja
|
(108) |
F'April 2016 ġiet organizzata żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fiż-Żambja. F'din iż-żjara ta' valutazzjoni ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post saret fl-uffiċċji tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”) u permezz ta' kampjun rilevanti fl-uffiċċji tal-kumpaniji tal-ajru Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) u Royal Air Charters, iċċertifikati fiż-Żambja. |
|
(109) |
Il-konklużjonijiet ewlenin ta' dik iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward taz-ZCAA jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej. Iz-ZCAA hija ġeneralment lesta u kapaċi tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza u għandha biżżejjed kapaċità biex timplimenta u meta jkun hemm bżonn, tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, kif ukoll ir-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja tagħha stess. Iz-ZCAA setgħet turi li, b'mod ġenerali, il-persunal tagħha għandu esperjenza u huwa kkwalifikat kif xieraq biex iwettaq id-dmirijiet ta' sorveljanza kif suppost. Min-naħa l-oħra, l-esperti indikaw li jkun utli għaz-ZCAA li tkompli tibni fuq il-progress tagħha sal-lum, fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-attività ta' sorveljanza tagħha inkluż it-taħriġ kontinwu tal-ispetturi ta' sorveljanza tagħha. Bl-istess mod, jista' jkun utli wkoll li z-ZCAA toqgħod speċifikament attenta biex ittejjeb il-proċessi u l-proċeduri tagħha fir-rigward tal-kontroll u tal-aċċess tad-dokumentazzjoni. |
|
(110) |
Il-konklużjoni ewlenija taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward ta' Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) hija li ma hemmx nuqqas ta' rieda u b'mod ġenerali, ma hemmx nuqqas ta' kapaċità tal-kumpanija tal-ajru biex tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza. Barra minn hekk, l-esperti sabu li teżisti biżżejjed evidenza li tindika li, b'mod ġenerali Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) hija kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inklużi r-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja. |
|
(111) |
Il-konklużjoni ewlenija li ħarġet miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward ta' Royal Air Charters hija li ma hemmx nuqqas ta' rieda jew kapaċità tal-kumpanija tal-ajru li tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza. Barra minn hekk, l-esperti sabu li teżisti biżżejjed evidenza li tindika li Royal Air Charters hija kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza u mar-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja. |
|
(112) |
Fl-1 ta' Ġunju 2016 iz-ZCAA instemgħet quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. F'dik l-okkażjoni, instemgħet ukoll Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia). |
|
(113) |
Iz-ZCAA ppreżentat l-istruttura organizzazzjonali attwali tagħha, inkluż it-taħriġ u l-kwalifiki tal-ispetturi tagħha. Hija spjegat li tinsab impenjata li tissokta bl-istandardizzazzjoni tal-forza tal-ispetturi tagħha. F'termini tal-attività ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza, iz-ZCAA rrappurtat li attwalment għandha responsabbiltà ta' sorveljanza għal għaxar detenturi biss tal-AOC. Iz-ZCAA tat informazzjoni li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tagħhom u spjegat fil-qosor l-elementi prinċipali tas-sorveljanza li huma soġġetti għalihom. Barra minn hekk, iz-ZCAA enfasizzat l-impenn tagħha biex tkompli ssegwi l-politika tagħha ta' titjib kontinwu, inkluża l-ħidma essenzjali tagħha fuq l-istandardizzazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza. |
|
(114) |
Iz-ZCAA tat ukoll sommarju tal-azzjonijiet korrettivi tagħha fir-rigward tal-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'April 2016. |
|
(115) |
Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) ippreżentat dettalji dwar l-istruttura organizzazzjonali tagħha, il-pjanijiet ta' żvilupp tagħha, u dettalji dwar is-Sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tagħha, inkluż il-proċess u d-dettall tat-trattament u tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti dwar is-sikurezza. Barra minn hekk, irrapportat ukoll dwar l-azzjonijiet korrettivi tagħha fir-rigward tal-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'April 2016. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni nnotat li Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) matul is-seduta ta' smigħ ippreżentat sa livell sodisfaċenti u setgħet tipprovdi dettalji speċifiċi fir-rigward tat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet tagħha. |
|
(117) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u l-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali applikabbli u mal-prattiki rrakkomandati min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fiż-Żambja. |
|
(118) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u l-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li z-ZCAA wettqet titjib sostenibbli. Il-Kummissjoni tagħraf ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa taz-ZCAA li tiddjaloga fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni u li z-ZCAA hija trasparenti meta tirrikonoxxi li għandha tkompli tiżviluppa aktar il-proċeduri ta' sorveljanza tas-sikurezza. Hu vvalutat li z-ZCAA kapaċi teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fiż-Żambja. Matul is-seduta, iz-ZCAA qablet li tissokta bid-djalogu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni, inkluż permezz ta' laqgħat jew żjarat addizzjonali, jekk u meta jkun meħtieġ mill-Kummissjoni. |
|
(119) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jeħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fiż-Żambja jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(120) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fiż-Żambja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(121) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(122) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan, |
|
(123) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12)
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2011 tad-19 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 10).
ANNESS I
“ANNESS A
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
|
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif juri l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
L-Istat tal-Operatur |
|
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
|
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
PAMIR AIRLINES |
Mhux magħruf |
PIR |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
SAFI AIRWAYS |
AOC 181 |
SFW |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħlet fl-Anness B, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AEROJET |
AO 008-01/11 |
TEJ |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR GICANGO |
009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR JET |
AO 006-01/11-MBC |
MBC |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR NAVE |
017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR26 |
AO 003-01/11-DCD |
DCD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
ANGOLA AIR SERVICES |
006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
DIEXIM |
007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
FLY540 |
AO 004-01 FLYA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
GIRA GLOBO |
008 |
GGL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIANG |
010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIMALONGO |
AO 005-01/11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
MAVEWA |
016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SONAIR |
AO 002-01/10-SOR |
SOR |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AERO BENIN |
PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
AEB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AFRICA AIRWAYS |
Mhux magħruf |
AFF |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ALAFIA JET |
PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN GOLF AIR |
PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
BGL |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN LITTORAL AIRWAYS |
PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
LTL |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
COTAIR |
PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
COB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ROYAL AIR |
PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS |
BNR |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
TRANS AIR BENIN |
PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
TNB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
RAC06-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EMERAUDE |
RAC06-008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A. |
RAC 06-014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
MISTRAL AVIATION |
RAC06-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
TSG |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR FAST CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0112/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/0053/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/0056/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/00625/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
BLUE AIRLINES |
106/CAB/MIN/TVC/2012 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
BLUE SKY |
409/CAB/MIN/TVC/0028/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/0050/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
CONGO AIRWAYS |
019/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
DAKOTA SPRL |
409/CAB/MIN/TVC/071/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
DOREN AIR CONGO |
102/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/011/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/0059/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
KORONGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/001/2011 |
KGO |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
MALU AVIATION |
098/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
MANGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/009/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
SERVE AIR |
004/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
SERVICES AIR |
103/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/0084/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
TRANSAIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/073/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
WILL AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TVC/0247/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Il-Djibouti |
|
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
PUNTO AZUL |
2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
TANGO AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
L-Eritrea |
|
ERITREAN AIRLINES |
AOC Nru 004 |
ERT |
L-Eritrea |
|
NASAIR ERITREA |
AOC Nru 005 |
NAS |
L-Eritrea |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AFRIC AVIATION |
010/MTAC/ANAC-G/DSA |
EKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
ALLEGIANCE AIR TOURIST |
007/MTAC/ANAC-G/DSA |
LGE |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SKY GABON |
009/MTAC/ANAC-G/DSA |
SKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
SVG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
TROPICAL AIR-GABON |
011/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia, Citilink, Lion Air u Batik Air, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR BORN INDONESIA |
135-055 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR PACIFIC UTAMA |
135-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ALDA TRANS PAPUA |
135-056 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ALFA TRANS DIRGANTATA |
135-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ANGKASA SUPER SERVICES |
135-050 |
LBZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASI PUDJIASTUTI |
135-028 |
SQS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AVIASTAR MANDIRI |
135-029 |
VIT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DABI AIR NUSANTARA |
135-030 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAYA AIR TAXI |
135-013 |
DRY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAZONA AIR SERVICE |
135-010 |
DRZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DIRGANTARA AIR SERVICE |
135-014 |
DIR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
EASTINDO |
135-038 |
ESD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ELANG LINTAS INDONESIA |
135-052 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ELANG NUSANTARA AIR |
135-053 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ENGGANG AIR SERVICE |
135-045 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ERSA EASTERN AVIATION |
135-047 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
GATARI AIR SERVICE |
135-018 |
GHS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
HEAVY LIFT |
135-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR ASIA EXTRA |
121-054 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR TRANSPORT |
121-034 |
IDA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INTAN ANGKASA AIR SERVICE |
135-019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JAYAWIJAYA DIRGANTARA |
121-044 |
JWD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JOHNLIN AIR TRANSPORT |
135-043 |
JLB |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KAL STAR |
121-037 |
KLS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KARTIKA AIRLINES |
121-003 |
KAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KOMALA INDONESIA |
135-051 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KURA-KURA AVIATION |
135-016 |
KUR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MARTABUANA ABADION |
135-049 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MATTHEW AIR NUSANTARA |
135-048 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MIMIKA AIR |
135-007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MY INDO AIRLINES |
121-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NAM AIR |
121-058 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NATIONAL UTILITY HELICOPTER |
135-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA AIR CHARTER |
121-022 |
SJK |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PEGASUS AIR SERVICES |
135-036 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PELITA AIR SERVICE |
121-008 |
PAS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA |
135-026 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PURA WISATA BARUNA |
135-025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
RIAU AIRLINES |
121-016 |
RIU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SAYAP GARUDA INDAH |
135-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SMAC |
135-015 |
SMC |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SRIWIJAYA AIR |
121-035 |
SJY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SURYA AIR |
135-046 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSNUSA AVIATION MANDIRI |
121-048 |
TNU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSWISATA PRIMA AVIATION |
135-021 |
TWT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE |
121-038 |
XAR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVIRA UTAMA |
135-009 |
TVV |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
121-018 |
TMG |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRIGANA AIR SERVICE |
121-006 |
TGN |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
UNINDO |
135-040 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
WESTSTAR AVIATION INDONESIA |
135-059 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
WING ABADI AIRLINES |
121-012 |
WON |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Air Astana, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
AIR ALMATY |
AK-0483-13 |
LMY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
ATMA AIRLINES |
AK-0469-12 |
AMA |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR |
AK-0467-12 |
SAP |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BEK AIR |
AK-0463-12 |
BEK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BEYBARS AIRCOMPANY |
AK-0473-13 |
BBS |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BURUNDAYAVIA AIRLINES |
KZ-01/001 |
BRY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
COMLUX-KZ |
KZ-01/002 |
KAZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
EAST WING |
KZ-01/007 |
EWZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
EURO-ASIA AIR |
AK-0472-13 |
EAK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
FLY JET KZ |
AK-0477-13 |
FJK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
INVESTAVIA |
AK-0479-13 |
TLG |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
IRTYSH AIR |
AK-0468-13 |
MZA |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
JET AIRLINES |
KZ-01/003 |
SOZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAIR JET |
AK-0474-13 |
KEJ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAIRTRANS AIRLINE |
AK-0466-12 |
KUY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAVIASPAS |
AK-0484-13 |
KZS |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
PRIME AVIATION |
AK-0478-13 |
PKZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
SCAT |
KZ-01/004 |
VSV |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
ZHETYSU AIRCOMPANY |
AK-0470-12 |
JTU |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR BISHKEK (dik li kienet EASTOK AVIA) |
15 |
EAA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS) |
13 |
CBK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
HELI SKY |
47 |
HAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
MANAS AIRWAYS |
42 |
BAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
S GROUP INTERNATIONAL (dik li kienet S GROUP AVIATION) |
45 |
IND |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY BISHKEK |
43 |
BIS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY WAY AIR |
39 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. |
|
|
Il-Liberja |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Il-Libja |
|
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
|
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
|
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
|
GHADAMES AIR TRANSPORT |
012/05 |
GHT |
Il-Libja |
|
GLOBAL AVIATION AND SERVICES |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
|
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
|
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
AMBASSADOR LDA |
MOZ-21 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-07 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CHC HELICÓPTEROS LDA |
MOZ-22 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
COA — COASTAL AVIATION |
MOZ-15 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CPY — CROPSPRAYERS |
MOZ-06 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CRA — CR AVIATION LDA |
MOZ-14 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-04 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
EVERETT AVIATION LDA |
MOZ-18 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA |
MOZ-11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
INAER AVIATION MOZAMBIQUE LDA |
MOZ-19 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
INTER AIRWAYS LDA |
MOZ-24 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A. |
MOZ-01 |
LAM |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
MAKOND, LDA |
MOZ-20 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX |
MOZ-02 |
MXE |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA |
MOZ-17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
SAF — SAFARI AIR LDA |
MOZ-12 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA |
MOZ-10 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
AIR KASTHAMANDAP |
051/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
GOMA AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MAKALU AIR |
057 A/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MANANG AIR PVT LTD |
082/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MUKTINATH AIRLINES |
081/2013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
YETI AIRLINES DOMESTIC |
037/2004 |
NYT |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
São Tomé u Príncipe |
|
AFRICA'S CONNECTION |
10/AOC/2008 |
ACH |
São Tomé u Príncipe |
|
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Príncipe |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Sierra Leone |
|
AIR RUM, LTD |
Mhux magħruf |
RUM |
Sierra Leone |
|
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
Mhux magħruf |
DTY |
Sierra Leone |
|
HEAVYLIFT CARGO |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
|
ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD |
Mhux magħruf |
ORJ |
Sierra Leone |
|
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
Mhux magħruf |
PRR |
Sierra Leone |
|
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
Mhux magħruf |
SVT |
Sierra Leone |
|
TEEBAH AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
|
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALFA AIRLINES SD |
54 |
AAJ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ELDINDER AVIATION |
8 |
DND |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
KUSH AVIATION CO. |
60 |
KUH |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
NOVA AIRWAYS |
46 |
NOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUDAN AIRWAYS CO. |
1 |
SUD |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUN AIR |
51 |
SNR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
TARCO AIR |
56 |
TRQ |
Ir-Repubblika tas-Sudan” |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix soġġetta għal projbizzjoni tal-operat, dment li jkunu rrispettati l-istandards rilevanti tas-sikurezza.
ANNESS II
“ANNESS B
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET TAL-OPERAT FL-UNJONI (1)
|
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fl-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
L-Istat tal-Operatur |
It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett |
Il-marka jew il-marki tar-reġistrazzjoni u, meta disponibbli, in-numru jew in-numri tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni |
L-Istat tar-reġistru |
|
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300. |
Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B737-700, kif imsemmi fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B777-200, kif imsemmi fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B777-300, kif imsemmi fl-AOC. |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Comoros |
Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP. |
Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336). |
Comoros |
|
AFRIJET BUSINESS SERVICE (2) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
ABS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900. |
Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR. |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) |
003/MTAC/ANAC-G/DSA |
NVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed tat-tip HS-125-800. |
Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG. |
Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel |
|
IRAN AIR |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747 |
L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
|
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Popolu tal-Korea |
Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. |
Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633. |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Popolu tal-Korea |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix soġġetta għal projbizzjoni tal-operat, dment li jiġu rrispettati l-istandards rilevanti tas-sikurezza.
(2) Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.”