11.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/922
tal-10 ta' Ġunju 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar il-lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati. Il-Parti 1 tal-Anness II ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn dawn il-konsenji jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi jew il-garanziji supplimentari meħtieġa minn ċerti pajjiżi terzi. |
(2) |
L-Arġentina u l-Brażil huma reġjonalizzati biex jiġu inklużi f'din il-lista. It-territorji reġjonalizzati huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala partijiet ta' dawk il-pajjiżi awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati. |
(3) |
Erba' partijiet mit-territorju tal-Arġentina huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala partijiet awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati. Id-dati minn meta dawn l-annimali jistgħu jinqatlu sabiex tkun permessal-introduzzjoni tal-laħam frisk tagħhom fl-Unjoni, ikunu ddikjarati bħala dati tal-ftuħ għal kull parti tat-territorju tal-Arġentina. Għal xi wħud minn dawn il-partijiet japplikaw garanziji supplimentari u kundizzjonijiet speċifiċi biex jeliminaw ċerti riskji għas-saħħa tal-annimali marbuta mal-introduzzjoni tal-laħam frisk fl-Unjoni. |
(4) |
L-Arġentina talbet biex jiġi aġġornat l-elenkar ta' dawk il-partijiet tat-territorju tagħha, sabiex jingħaqdu ċerti partijiet tat-territorju tagħha skont jekk japplikawx xi garanziji supplimentari u kundizzjonijiet speċifiċi għal dawk il-partijiet. Dan għandu jiċċara r-reġjonalizzazzjoni tal-Arġentina. Peress li japplikaw dati tal-ftuħ differenti għar-reġjonalizzazzjoni attwali, għandha tkun applikabbli l-aħħar data tal-ftuħ mill-partijiet magħquda tat-territorju. Peress li dawn il-partijiet tal-Arġentina mhumiex kollha awtorizzati għall-introduzzjoni ta' laħam frisk ta' annimali ungulati mhux domestiċi selvaġġi koperti miċ-ċertifikat “RUW”, dan għandu jkun speċifikat f'nota f'qiegħ il-paġna. |
(5) |
Iż-żona b'livell għoli ta' sorveljanza tal-Arġentina, stabbilita tul il-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj, issa hija parti mit-territorju tal-Arġentina rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bħala żona ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) fejn hemm il-prattika tat-tilqim (3). L-Arġentina talbet li din iż-żona tiġi awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati domestiċi u selvaġġi. Billi hija rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-FMD fejn hemm il-prattika tat-tilqim u l-Arġentina pprovdiet garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali b'sostenn tat-talba tagħha, dik iż-żona għandha tkun awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati domestiċi u selvaġġi, bl-istess garanziji supplimentari applikabbli għall-partijiet l-oħra tal-Arġentina li huma ħielsa mill-FMD permezz tat-tilqim. |
(6) |
Iż-żona b'livell għoli ta' sorveljanza tal-Brażil, stabbilita tul il-fruntiera mal-Paragwaj, issa hija parti mit-territorju tal-Brażil rikonoxxut mill-OIE bħala żona ħielsa mill-FMD fejn hemm il-prattika tat-tilqim (3). Il-Brażil talab li din iż-żona tiġi awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi. Billi hija rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-FMD fejn hemm il-prattika tat-tilqim u l-Brażil ipprovda garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali b'sostenn tat-talba tiegħu, dik iż-żona għandha tkun awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi bl-istess garanziji supplimentari applikabbli għall-partijiet l-oħra tal-Brażil li huma ħielsa mill-FMD permezz tat-tilqim. |
(7) |
Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Biex jiġi evitat kull tfixkil fl-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati, iċ-ċertifikati veterinarji b'indikazzjoni tal-kodiċi tat-territorju AR-4 maħruġin skont ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel l-emendi introdotti permezz ta' dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jkunu awtorizzati għal perjodu tranżizzjonali. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Għal perjodu tranżizzjonali sal-1 ta' Settembru 2016, konsenji ta' laħam frisk ta' ċerti annimali ungulati mill-Arġentina akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk li fih il-kodiċi tat-territorju AR-4 huwa indikat skont il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel l-emendi introdotti permezz ta' dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni bil-kundizzjoni li ċ-ċertifikat kien maħruġ mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2016.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(3) http://www.oie.int/animal-health-in-the-world/official-disease-status/fmd/list-of-fmd-free-members/
ANNESS
Il-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 hija emendata kif ġej:
(1) |
l-entrata għall-Arġentina tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
l-entrata għall-Brażil tinbidel b'dan li ġej:
|
(*) Għal ‘RUW’: Minbarra dawn id-dipartimenti li ġejjin fil-Provinċja ta' Corrientes: id-dipartimenti ta' Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar.”