|
24.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/812
tat-18 ta' Marzu 2016
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għar-rimborż lill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-metodi mressqa mill-Istati Membri u vvalutati mill-Kummissjoni, inklużi l-metodi stipulati fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikoli 14(2) u 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013. |
|
(2) |
Jekk wieħed iqis id-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell tal-ispejjeż għal tip ta' operazzjoni, jixraq li d-definizzjoni u l-ammonti tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u tas-somom f'daqqa jkunu jvarjaw skont it-tip ta' operazzjoni u skont l-Istat Membru sabiex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka u l-Belġju bagħtu l-metodi għad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità għar-rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni, li l-Kummissjoni qisithom xierqa biex tiġi rimborżata n-nefqa lill-Istati Membri. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 (3) għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Annessi III u IV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2195.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.)
(3) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 tad-9 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 22).
ANNESS
“ANNESS III
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità lir-Repubblika Ċeka
1. Definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità
|
Tip ta' operazzjonijiet |
Isem l-indikatur |
Il-kategorija tal-ispejjeż (1) |
L-unità ta' kejl għall-indikatur |
Ammonti (fil-munita nazzjonali CZK) |
||||||||
|
Post maħluq ġdid f'faċilità ġdida għall-indukrar tat-tfal |
|
Għadd ta' postijiet maħluqa ġodda f'faċilità ġdida għall-indukrar tat-tfal (2), |
20 053 bil-VAT, jew 16 992 mingħajr il-VAT |
||||||||
|
Post mibdul fi grupp tat-tfal (3) |
|
Għadd ta' postijiet mibdula fi grupp tat-tfal (4). |
9 518 bil-VAT, jew 8 279 mingħajr il-VAT |
||||||||
|
Okkupanza għal kull post f'faċilità għall-indukrar tat-tfal |
|
Rata ta' okkupanza (5) |
628 (6) |
||||||||
|
Il-ksib ta' kwalifika bħala persuna li tindokra t-tfal f'faċilità għall-indukrar tat-tfal |
|
Għadd ta' persuni li jiksbu ċertifikazzjoni ta' kwalifika professjonali bħala persuna li tindokra t-tfal f'faċilità għall-indukrar tat-tfal |
14 178 |
||||||||
|
Okkupanza għal kull post f'faċilità għall-indukrar tat-tfal |
|
Rata ta' okkupanza (5) |
56 (6) |
2. Aġġustamenti tal-ammonti
Mhux applikabbli
“ANNESS IV
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità lill-Belġju
1. Definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità
|
Tip ta' operazzjonijiet |
Isem l-indikatur |
Il-kategorija tal-ispejjeż |
L-unità ta' kejl għall-indikaturi |
Ammonti (f'EUR) |
||||||||
|
Il-parteċipanti li lestew b'suċċess it-taħriġ vokazzjonali individwali (IBO) |
Il-kategoriji kollha tal-ispejjeż eliġibbli għall-proċess kummerċjali ta' IBO |
L-għadd ta' parteċipanti b'taħriġ vokazzjonali individwali wieħed (jew aktar) (irreġistrati b'numru uniku tal-kuntratt fl-applikazzjoni online tal-IBO), li jkun
|
1 439,55 (7) |
||||||||
|
Il-parteċipanti li lestew b'suċċess it-taħriġ vokazzjonali |
Il-kategoriji kollha tal-ispejjeż eliġibbli għall-proċess kummerċjali tat-Taħriġ Vokazzjoni VDAB (VT) |
L-għadd ta' parteċipanti b'taħriġ vokazzjonali wieħed (jew aktar) (irreġistrati b'numru uniku tas-serje fil-fajl tal-klijenti MLP)
|
8 465,80 (7) |
2. Aġġustamenti tal-ammonti
Mhux applikabbli
(1) F'kull każ elenkat hawn taħt, il-kategoriji tal-ispejjeż imsemmija jkopru l-ispejjeż kollha assoċjati ma' dik l-operazzjoni, ħlief għat-tipi ta' operazzjonijiet nru 1 u 2, li jistgħu jinkludu wkoll kategoriji oħra ta' spejjeż
(2) Tfisser post ġdid li huwa inkluż fil-kapaċità tal-faċilità ġdida għall-indukrar tat-tfal kif irreġistrata mir-regolamenti nazzjonali, u li għandha prova ta' tagħmir għal kull post ġdid ieħor ipprovdut.
(3) Grupp tat-tfal tfisser li ġie rreġistrat bħala grupp ta' tfal skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-għoti tas-servizzi għall-indukrar tat-tfal fi grupp tat-tfal.
(4) Tfisser post f'faċilità eżistenti li għadha kif ġiet irreġistrata bħala grupp tat-tfal skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u inkluża fil-kapaċità uffiċjali ta' dak il-grupp, u li għandha prova ta' tagħmir għal kull post.
(5) Ir-rata tal-okkupanza hija definita bħala l-għadd ta' tfal li jattendu l-faċilità għall-indukrar tat-tfal kull nofstanhar f'sitt xhur diviżi bil-kapaċità massima tal-faċilità għal kull nofstanhar f'sitt xhur, immoltiplikat b'100.
(6) Dan l-ammont għandu jitħallas għal kull punt ta' 1 % ta' okkupanza għal kull post sa massimu ta' 75 % punti għal perjodu ta' sitt xhur. Jekk ir-rata ta' okkupanza tkun anqas minn 20 %, m'għandu jkun hemm l-ebda rimborż.
(7) Fejn applikabbli, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-appoġġ minn Fondi oħra SIE oħra u minn strumenti oħra tal-Unjoni.
(8) It-taħriġ fit-taqsimiet “il-binarji speċifiċi tal-iżvilupp għall-gruppi fil-mira” u “appoġġ lingwistiku” ma jitqisux li huma rilevanti.