20.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/63


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/782

tad-19 ta' Mejju 2016

li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Mejju 2016 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 tal-Kummissjoni (2) fetħu kwoti tarrifarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur taz-zokkor.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Mejju 2016 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Mejju 2016 jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli skont l-ordni numru 09.4321. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet oħra għal liċenzji ta' importazzjoni skont dik l-ordni b'dak in-numru għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 mill-1 sas-7 ta' Mejju 2016, għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordinijiet bin-numri indikati fl-Anness hija sospiża sa tmiem il-perjodu tal-kwota 2015/2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

“Il-konċessjonijiet CXL taz-zokkor”

Il-perjodu tal-kwota 2015/2016

Applikazzjonijiet imressqa mill-1 sas-7 ta' Mejju 2016

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4317

L-Awstralja

Sospiżi

09.4318

Il-Brażil

09.4319

Kuba

Sospiżi

09.4320

Kull pajjiż terz

09.4321

L-Indja

50,825046

Sospiżi


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Il-perjodu tal-kwota 2015/2016

Applikazzjonijiet imressqa mill-1 sas-7 ta' Mejju 2016

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4324

L-Albanija

09.4325

Il-Bożnija-Ħerzegovina

09.4326

Is-Serbja

09.4327

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja


“Zokkor għal importazzjoni eċċezzjonali” u “Zokkor industrijali”

Il-perjodu tal-kwota 2015/2016

Applikazzjonijiet imressqa mill-1 sas-7 ta' Mejju 2016

In-numru tal-ordni

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4380

Importazzjoni eċċezzjonali

09.4390

Zokkor industrijali