|
5.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/691
tal-4 ta' Mejju 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel fil-kaseinati li jittieklu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi emendata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2015/2203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tipprovdi lista ta' addittivi tal-ikel li jistgħu jintużaw fil-kaseinati li jittieklu. Id-Direttiva hija riformulazzjoni tad-Direttiva 83/417/KEE (4) dwar ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
|
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2015/2203 tipprovdi ċarezza dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti sustanzi fil-kaseinati li jittieklu li jitqiesu addittivi tal-ikel. Id-dispożizzjonijiet dwar l-addittivi tal-ikel fid-Direttiva (UE) 2015/2203 għandhom ikunu riflessi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(5) |
Il-kaseinati li jittieklu jiffurmaw parti mill-prodotti tal-ħalib. Madankollu, dak il-grupp mhuwiex speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Għalhekk għandha tiġi stabbilita kategorija tal-ikel bl-isem ta' “Kaseinati li jittieklu” u l-addittivi awtorizzati fil-kaseinati li jittieklu għandhom ikunu inklużi bil-kundizzjonijiet tal-użu rispettivi. |
|
(6) |
It-trasferiment se jiżgura li jkun hemm ċarezza ġuridika u ma jintroduċix użi ġodda tal-addittivi tal-ikel. L-użu estiż ta' dawk l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, m'hemmx bżonn li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel. |
|
(7) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istat Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva (UE) 2015/2203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-25 ta' Lulju 1983 dwar l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 237, 26.8.1983, p. 25).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti D, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-kategorija tal-ikel “01.8 Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi whiteners tax-xorb”:
|
|
(2) |
Fil-Parti E, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-aħħar entrata għall-kategorija tal-ikel “01.8 Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi whiteners tax-xorb”:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||