29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/670

tat-28 ta' April 2016

li tintroduċi s-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar Salvagwardji u Regoli Komuni għall-esportazzjoni,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/478, sorveljanza minn qabel tal-Unjoni tista' tkun introdotta fejn ix-xejra fl-importazzjonijiet ta' prodott thedded li tikkawża dannu lill-produtturi tal-Unjoni, u fejn l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu. L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/755 jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jintroduċi sorveljanza minn qabel fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat komunikazzjoni fis-16 ta' Marzu 2016 li tistabbilixxi l-possibbiltajiet kif jistgħu jingħelbu sfidi reċenti li jiffaċċjaw il-produtturi Ewropej tal-azzar (3).

(3)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar b'mod ġenerali żdiedu bi 32 % bejn l-2012 u l-2015, minn 41,8 miljun tunnellata għal 55,0 miljun tunnellata. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-azzar globali naqsu bi 17 %. Min-naħa l-oħra, l-esportazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodotti tal-azzar naqsu bi kważi medja ta' 20 %, minn 62,3 fl-2012 għal 50,7 miljun tunnellata fl-2015 (4).

(4)

Ix-xejriet huma saħansitra aktar evidenti għal prodotti tal-azzar li qabel kienu soġġetti għal sorveljanza minn qabel tal-Unjoni sal-2012 (5). Għal dawn il-prodotti, l-importazzjonijiet żdiedu bi 53 % matul l-istess perjodu, minn 13,3 miljun tunnellata fl-2012 għal 20,2 miljun tunnellata fl-2015, u l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu b'medja ta' 22 % (6).

(5)

Sa mill-bidu tas-snin 2000, il-kapaċità għall-produzzjoni tal-azzar fil-livell globali żdiedet rapidament b'ħafna tal-kapaċità l-ġdida maħluqa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Kapaċità nominali tax-xogħol tal-azzar tad-Dinja kienet stmata li tlaħħaq it-2 243 miljun tunnellata fl-2014, skont l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), livell li huwa aktar mid-doppju tal-livell ta' kapaċità ta' 1 060 miljun tunnellata osservati fl-2000.

(6)

B'mod parallel, l-esportazzjonijiet kumplessivi prinċipalment miċ-Ċina żdiedu b'mod drammatiku, minħabba r-riċessjoni ekonomika kumplessiva u t-tnaqqis fid-domanda domestika. Din naqqset il-prezzijiet tal-azzar madwar id-dinja. Iċ-Ċina llum hija l-ewwel produttur tal-azzar fid-dinja bi 822,7 miljun tunnellata ta' azzar mhux maħdum, fl-2014 (7), li huwa kważi nofs il-produzzjoni globali tal-azzar. Il-kapaċità eċċessiva Ċiniża hija stmata li hi madwar 350 miljun tunnellata (8). Dan jirrappreżenta madwar 40 % tal-produzzjoni taċ-Ċina u kważi d-doppju tat-total annwali tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-azzar.

(7)

Diġà fl-2015 10 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi laħqu l-Unjoni, li jammontaw għal aktar minn 30 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni. B'konsegwenza ta' dan, żieda modesta ta' domanda domestika tal-Unjoni ttieħdet bis-sħiħ mill-importazzjonijiet. Minħabba li l-Unjoni hija suq importanti għall-azzar f'dak li għandu x'jaqsam ma' daqs u ma' prezz, huwa probabbli ħafna li kwalunkwe kapaċità tal-azzar żejda se terġa' tiġi diretta lejn l-Unjoni.

(8)

Fl-istess ħin, l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi naqas b'mod sinifikanti riċentement. Il-gvernijiet qegħdin dejjem aktar jirrikorru għal azzjonijiet ta' politika kummerċjali b'reazzjoni għall-kriżi globali li qed tiffaċċja l-industrija tal-azzar u ħafna ekonomiji li preċedentement ma kinux jużaw dawn il-miżuri issa qed jadottawhom. Dawn il-miżuri ħadu forom differenti ta' ostakli kummerċjali, inklużi żidiet fit-tariffi, il-miżuri tal-antidumping u ta' kontra s-sussidji, u jikkonċernaw swieq b'sehem sinifikanti tal-konsum globali (9). Dan ikompli jżid il-possibbiltajiet ta' devjazzjoni tal-kummerċ tal-azzar fl-Unjoni.

(9)

L-industrija tal-azzar tal-Unjoni tibqa' fuq quddiem fid-dinja fil-qasam speċjalizzat tat-teknoloġija avvanzata tal-prodotti. Madankollu, il-pożizzjoni kompettitiva ta' dawk li jagħmlu l-azzar tal-Unjoni fuq is-suq globali tal-azzar iddeterjora fl-aħħar snin. Il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni ilha sejra lura b'rata mgħaġġla f'dawn l-aħħar snin. Medja tal-profittabbiltà operattiva hija taħt il-livelli sostenibbli, l-investimenti kienu qegħdin jonqsu, il-livelli tal-impjieg naqsu u ftit li xejn hemm lok għall-espansjoni. L-industrija tal-Unjoni trid tiffaċċja spejjeż għolja tal-enerġija u d-dipendenza fuq materja prima importata.

(10)

Barra minn hekk, anki jekk il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-Unjoni baqa' relattivament stabbli fil-perjodu 2013–2015 għal madwar 166 sa 169 miljun tunnellata fis-sena, matul it-tieni semestru tal-2015 kien hemm tnaqqis sinifikanti ta' madwar 10 % meta mqabbel mal-ewwel semestru.

(11)

Fuq il-bażi ta' xejriet reċenti fl-importazzjonijiet tal-prodotti tal-azzar, tal-qagħda vulnerabbli attwali tal-industrija tal-Unjoni, id-domanda dgħajfa kontinwa fis-suq tal-Unjoni u l-probabbiltà li l-kapaċità attwali u futuri żejda se jerġgħu jiġu diretti lejn l-Unjoni jekk id-domanda tirkupra, theddida ta' ħsara għall-produtturi tal-Unjoni hija għalhekk meqjusa li teżisti.

(12)

Għalhekk, l-interess tal-Unjoni jeħtieġ li l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza minn qabel tal-Unjoni biex tkun ipprovduta informazzjoni avvanzata dwar l-istatistika li tippermetti analiżi rapida tax-xejriet fl-importazzjonijiet minn pajjiżi kollha li mhumiex membri fl-UE. Dejta kummerċjali rapida u antiċipata hija meħtieġa biex tittratta mal-vulnerabbiltà tas-suq tal-UE tal-azzar meta dan jiffaċċja bidliet għall-għarrieda fis-swieq dinjija tal-azzar. Dan huwa b'mod partikolari importanti fil-qagħda tal-kriżi preżenti mmarkata b'inċertezzi fir-rigward ta' jekk id-domanda terġax tirkupra strutturalment u jekk l-industrija tal-UE tistax tibbenefika minn dan.

(13)

Fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq ta' ċerti prodotti tal-azzar, huwa xieraq li l-ambitu tas-sorveljanza minn qabel jinkludi l-prodotti mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(14)

It-tlestija tas-suq intern jeħtieġ li l-formalitajiet li għandhom jitwettqu minn kwalunkwe importatur lejn l-Unjoni għandhom ikunu identiċi kull fejn il-prodotti jistgħu jiġu maħruġa mid-dwana.

(15)

Sabiex jitħaffef il-ġbir tad-dejta, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal wirja ta' dokument ta' sorveljanza li jilħaq kriterji uniformi. Dan ir-rekwiżit jibda japplika wara wieħed u għoxrin (21) jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex ma jipprevenix ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li jkunu fi triqthom lejn l-Unjoni u biex jingħata żmien biżżejjed lill-importaturi li jitolbu d-dokumenti neċessarji.

(16)

Dan id-dokument għandu, fuq sempliċi applikazzjoni mill-importatur, jiġi approvat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri sa ċertu perjodu iżda mingħajr ma l-importatur jikseb id-dritt li jimporta. Id-dokument għandu għalhekk ikun validu sakemm ir-regoli tal-importazzjoni jibqgħu ma jinbidlux.

(17)

Id-dokumenti tas-sorveljanza maħruġa bil-għanijiet tas-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni għandhom ikunu validi madwar l-Unjoni, irrespettivament minn liema Stat Membru jkun ħareġ.

(18)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqsmu bejniethom it-tagħrif li jirriżulta mis-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni bl-aktar mod komplet possibbli.

(19)

Il-ħruġ tad-dokumenti tas-sorveljanza, filwaqt li jibqgħu soġġetti għal kundizzjonijiet standard fil-livell tal-Unjoni, hija tar-responsabilità tal-awtoritajiet nazzjonali.

(20)

Sabiex jitnaqqas ir-restrizzjonijiet żejda u ma jitħarbtux l-attivitajiet tal-kumpaniji qrib il-fruntieri, importazzjonijiet li l-piż nett tagħhom ma jaqbiżx l-2 500 kilogramma għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament,

(21)

L-Unjoni għandha integrazzjoni ekonomika mill-qrib ħafna man-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”). Barra minn hekk, skont il-Ftehim taż-ŻEE l-membri taż-ŻEE, fil-prinċipju, ma japplikawx miżuri ta' difiża kummerċjali fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet, prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-ħadid u l-azzar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament ikunu soġġetti għal sorveljanza minn qabel mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/478 u r-Regolament (UE) 2015/755. Dan japplika għal importazzjonijiet li l-piż nett tagħhom jeċċedi 2 500 kilogramma.

(2)   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament hija bbażata fuq in-nomenklatura tariffarja u statistika tal-Unjoni (“TARIC”). L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jiġi determinat skont l-Artikolu 60 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (10).

(3)   Prodotti li joriġinaw min-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein huma eżentati.

Artikolu 2

(1)   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' dokument ta' sorveljanza maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' xi Stat Membru.

(2)   Il-paragrafu 1 jibda japplika wieħed u għoxrin (21) jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(3)   Id-dokument ta' sorveljanza msemmi fil-paragrafu 1 jinħareġ awtomatikament mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, mingħajr ħlas u fil-kwantitajiet mitluba, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun ppreżentata applikazzjoni minn xi importatur lejn l-Unjoni, ikun fejn ikun stabbilit fl-Unjoni. Din l-applikazzjoni titqies bħala li wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem wara li tintbagħat, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor.

(4)   Dokument ta' sorveljanza maħruġ minn waħda mill-awtoritajiet imnizzlin fl-Anness II ikun validu mal-Unjoni kollha.

(5)   Id-dokument ta' sorveljanza jsir fuq formula li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/478 jew fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/755 għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)   L-applikazzjoni tal-importatur tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-isem sħiħ u l-indirizz tal-applikant (inklużi n-numru tat-telefown u l-e-mail jew in-numru tal-fax u kull numru ieħor li jidentifika l-applikant mal-awtorità nazzjonali kompetenti), kif ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-applikant jekk hu obbligat li jħallas il-VAT;

(b)

fejn hu xieraq, l-isem sħiħ u l-indirizz ta' min jagħmel id-dikjarazzjoni jew ta' xi rappreżentant maħtur mill-applikant (inklużi n-numru tat-telefown u l-e-mail jew in-numru tal-fax);

(c)

deskrizzjoni tal-merkanzija li tagħti:

(1)

l-isem tal-kummerċ tagħhom,

(2)

il-kodiċi TARIC,

(3)

il-post ta' oriġini tagħhom u l-post tal-konsenja tagħhom;

(d)

il-kwantità ddikjarata, f'kilogrammi u, fejn xieraq, kull unità addizzjonali oħra (pari, oġġetti, eċċ.);

(e)

il-valur tal-merkanzija, CIF mal-fruntiera tal-Unjoni, f'euro;

(f)

id-dikjarazzjoni li ġejja, datata u ffirmata mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b'ittri kbar: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija f'din l-applikazzjoni hija vera u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fl-Unjoni.”

L-importatur jippreżenta wkoll evidenza kummerċjali tal-intenzjoni biex jimporta, bħal kopja tal-kuntratt ta' bejgħ jew xiri jew tal-fattura proforma. Jekk hekk mitlub, pereżempju fil-każijiet meta l-oġġetti ma jkunux mixtrija b'mod dirett fil-pajjiż tal-produzzjoni, l-importatur jippreżenta ċertifikat tal-produzzjoni maħruġ mill-fabbrika li tipproduċi l-azzar.

(7)   Mingħajr preġudizzju għal tibdil li jista' jkun hemm fir-regolamenti ta' importazzjoni fis-seħħ jew deċiżjonijiet meħuda fil-qafas ta' ftehim jew amministrazzjoni ta' kwota:

(a)

il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' sorveljanza huwa hawnhekk stabbilit għal erba' xhur,

(b)

dokumenti ta' sorveljanza mhux użati jew użati parzjalment jistgħu jiġġeddu għal perjodu ugwali.

(8)   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet jew tat-talbiet li jiġu trasmessi jew stampati bil-mezzi elettroniċi, skont il-kundizzjonijiet iffisati minnhom. Madankollu, id-dokumenti u x-xhieda kollha għandhom ikunu magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti meta dawn jitolbuhom.

(9)   Id-dokument tas-sorveljanza jista' jinħareġ bil-mezzi elettroniċi safejn u sakemm l-uffiċċji tad-dwana involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz ta' network tal-kompjuters.

Artikolu 3

(1)   Jekk jinstab li l-prezz unitarju li bih saret it-transazzjoni kummerċjali jvarja mill-prezz muri fid-dokument ta' sorveljanza b'inqas minn 5 % sew b'żieda sew bi tnaqqis jew li l-kwantità totali tal-prodotti ppreżentati għall-importazzjoni taqbeż il-kwantità murija fid-dokument ta' sorveljanza b'inqas minn 5 %, il-permess ta' ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti msemmija ma jkunx prekluż.

(2)   L-applikazzjonijiet għal dokumenti ta' sorveljanza u d-dokumenti nfushom ikunu konfidenzjali. L-aċċess tagħhom ikun ristrett għall-awtoritajiet kompetenti u għall-applikant.

Artikolu 4

(1)   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq bażi regolari u aġġornata kemm jista' jkun u tal-inqas sal-aħħar jum ta' kull xahar, id-dettalji dwar il-kwantitajiet u l-valuri (ikkalkolati f'euro), li għalihom inħarġu dokumenti ta' sorveljanza.

L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tkun maqsuma skont il-prodott, il-kodiċi TARIC u l-pajjiż.

(2)   L-Istati Membri jinnotifikaw kull anomalija jew każi ta' frodi li jiltaqgħu magħhom u, fejn ikun rilevanti, ir-raġuni li għaliha ċaħdu dokument ta' sorveljanza.

Artikolu 5

Kull avviż li jingħata skont dan ir-Regolament jingħata lill-Kummissjoni u jiġi kkomunikat b'mod elettroniku permezz tas-sistema integrata stabbilita għal dan il-għan, sakemm minħabba raġunijiet tekniċi imperattivi ma jkunx meħtieġ li jintużaw temporanjament mezzi oħra ta' komunikazzjoni.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Mejju 2020.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

(3)  L-Azzar: Inħarsu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa (p. 2.) http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/15947

(4)  Sors: L-Eurostat

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1241/2009 tas-16 ta' Diċembru 2009 li jkompli u jaġġorna l-ambitu tas-sorveljanza minn qabel ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 54).

(6)  Sors: L-Eurostat.

(7)  Sors: Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar https://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2015/World-crude-steel-output-increases-by-1.2--in-2014.html

(8)  Sors: L-Azzar: Inħarsu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa (p. 2.) http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/15947

(9)  Sors: WTO: Ħarsa ġenerali lejn l-Iżvilupp fl-Ambjent Kummerċjali Internazzjonali https://www.wto.org/english/news_e/news15_e/trdev_09dec15_e.htm

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS I

Il-lista tal-prodotti soġġetti għas-sorveljanza minn qabel

7207 11 14

7304

7208

7305

7209

7306

7210

7307 19 10

7211

7307 23

7212

7307 91 00

7213

7307 93 11

7214

7307 93 19

7215

7307 99 80

7216

7318 12 90

7217

7318 14 91

7219

7318 14 99

7220

7318 15 41

7221

7318 15 59

7222

7318 15 69

7223

7318 15 81

7225

7318 15 89

7226

7318 15 90

7227

7318 16 91

7228

7318 16 99

7301

7318 19 00

7302

7318 21 00

7303

7318 22 00


ANNESS II

СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ОРГАНИ

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

POPIS NADLEŽNIH NACIONALNIH TIJELA

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

WYKAZ WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes moyennes & énergie

Direction généralé du Potentiel économique

Service Licences

Rue du Progrès 50

B-1210 Brussel

Faks (32-2) 277 50 63

Federale Overheidsdienst Economie, KMO,

Middenstand & Energie

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

B-1210 Brussel

Faks (32-2) 277 50 63

БЪЛГАРИЯ

Министерство на икономиката и енергетиката

дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

ул. “Славянска” № 8

1052 София

Факс: Faks (359-2) 981 50 41

Faks (359-2) 980 47 10

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenèní správa

Na Frantisku 32

CZ-110 15 Praha 1

Faks (420) 224 21 21 33

DANMARK

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Vejlsøvej 29

DK-2100 København Ø

Fax (45) 35 46 60 01

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle,

(BAFA)

Frankfurter Strasse 29-35

D-65760 Eschborn 1

Faks (49) 6196 90 88 00

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Faks: +372 631 3660

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Faks (+ 353)-1-631 25 62

ΕΛΛΑΔΑ

Υπουργείο Οικονομίας, Ανάπτυξης και Τουρισμού

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής και Εμπορικής Πολιτικής

Δ/νση Συντονισμού Εμπορίου και Εμπορικών Καθεστώτων

Τμήμα Β': Ειδικών Καθεστώτων Εισαγωγών

Οδός Κορνάρου 1

GR 105 63 Αθήνα

Τηλ..: +30 210 3286041-43

Φαξ: +30 210 3286094

E-Mail: e3a@mnec.gr

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Faks (+ 34) 91 349 36 70

FRANCE

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau textile-importations

Le Bervil

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Faks (33) 153 44 91 81

REPUBLIKA HRVATSKA

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Trg N. Š. Zrinskog 7-8,

10000 Zagreb

Tel. (385) 1 6444626

Faks: (385) 1 6444601

ITALIA

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per la Politica Commerciale

DIV. III

Viale America, 341

I-00144 Roma

Faks (39) 06 59 93 26 36

E-mail: dgpci.div3@mise.gov.it

ΚΥΠΡΟΣ

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ (357) 22 37 51 20

LATVIJA

Latvijas Republikas Ârlietu ministrija

K. Valdemāra iela 3

LV-1395 Rīga

Faks: +371-67 828 121

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Investicijų ir eksporto departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Faks +370 706 64 762

LUXEMBOURG

Ministère de l'économie et du commerce extérieur

Office des licences

BP 113

L-2011 Lussemburgu

Faks (352) 46 61 38

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Faks (36-1) 336 73 02

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Faks (356) 25 69 02 99

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Faks (31-50) 523 23 41

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft

Abteilung C2/9 — Außenwirtschaftskontrolle

A- 1011 Wien, Stubenring 1

POST.C29@bmwfw.gv.at

Faks: 01/71100/8366

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

Polska

Faks (48-22) 693 40 21/693 40 22

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Autoridade Tributária e Aduaneira

Rua da Alfândega, n.o 5, r/c

P-1149-006 Lisboa

Faks (+ 351) 218 81 39 90

ROMÂNIA

Ministerul Economiei, Comerțului și Relațiilor cu Mediul de Afaceri

Departamentul de Comerț Exterior și Relații Internaționale

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei, nr. 152, sector 1,

București 010096

Tel. +40 40 10 504

Faks: +40 40 10 594

e-mail: dgre@dce.gov.ro

SLOVENIJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Spodnji plavž 6C

SI-4270 Jesenice

Faks (386-4) 297 44 72

SLOVENSKO

Ministerstvo hospodárstva

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

Slovenská republika

Faks (421-2) 43 42 39 15

SUOMI/FINLAND

Tulli

PL 512

FI-00101 Helsinki

Sähköposti: kirjaamo@tulli.fi<mailto:kirjaamo@tulli.fi

Tullen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

E-mail: kirjaamo@tulli.fi<mailto:kirjaamo@tulli.fi

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Faks (46-8) 30 67 59

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax (44-1642) 36 42 69