|
26.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/646
tal-20 ta' April 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa wieħed mill-atti regolatorji separati li jaqa' taħt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jeħtieġ li l-vetturi l-ġodda light-duty jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni u jistipula rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament ġew adottati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tal-proċeduri, tat-testijiet u tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 fuq il-bażi tar-riċerka tagħha stess u ta' informazzjoni esterna u sabet li l-emissjonijiet iġġenerati minn sewqan reali fit-triq ta' vetturi Euro 5/6 jaqbżu sostanzjalment l-emissjonijiet imkejla fuq iċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) regolatorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet tal-NOx minn vetturi diesel. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet għal vetturi motorizzati saru gradwalment u sinifikatament aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-Eurostandards. Filwaqt li fil-vetturi b'mod ġenerali seħħ tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet għall-firxa kollha ta' sustanzi li jniġġsu li huma regolati, dan mhuwiex il-każ għall-emissjonijiet ta' NOx minn magni diesel, b'mod partikolari l-vetturi ħfief. Għalhekk għadd ta' azzjonijiet huma meħtieġa biex tissewwa din is-sitwazzjoni. |
|
(5) |
“Tagħmir ta' riduzzjoni” kif definit fl-Artikolu 3(10) tar- Regolament (KE) Nru 715/2007 li tnaqqas il-livell tal-kontroll tal-emissjonijiet huwa projbit. L-avvenimenti reċenti enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar f'dan ir-rigward. Għalhekk huwa xieraq li tiġi meħtieġa superviżjoni aħjar tal-istrateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet applikati mill-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip, skont il-prinċipji diġà applikati għall-vetturi heavy duty bir-Regolament (KE) Nru 595/2009 Euro VI u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. |
|
(6) |
L-indirizzar tal-problema tal-emissjonijiet ta' NOx minn vetturi diesel għandu jikkontribwixxi għal tnaqqis tal-livelli dejjem għoljin attwali tal-konċentrazzjonijiet ta' NO2 fl-arja ambjentali, li huma ta' tħassib ewlieni fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem. |
|
(7) |
F'Jannar 2011, il-Kummissjoni stabbilixxiet grupp ta' ħidma li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati kollha għall-iżvilupp ta' proċedura għall-ittestjar tal-emissjonijiet f' sewqan reali (RDE) li tkun tirrifletti aħjar l-emissjonijiet imkejla fuq it-triq. Għal dan l-għan, u wara diskussjonijiet tekniċi fil-fond, saret l-għażla kif issuġġerita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007, jiġifieri l-użu ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) kif ukoll limiti li ma għandhomx jinqabżu (NTE). |
|
(8) |
Kif miftiehem mal-partijiet interessati fil-proċess CARS 2020 (4), il-proċeduri tat-testijiet tal-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ fażijiet: matul l-ewwel perjodu ta' tranżizzjoni, il-proċeduri tat-testijiet għandhom jiġu applikati biss għal finijiet ta' monitoraġġ, filwaqt li wara dan, għandhom jiġu applikati flimkien ma' rekwiżiti vinkolanti ta' RDE għall-approvazzjonijiet kollha ġodda tat-tip u l-vetturi l-ġodda. |
|
(9) |
Il-proċeduri tat-testijiet RDE ġew introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 (5). Issa jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti kwantitattivi tal-RDE sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost taħt il-kundizzjonijiet kollha normali ta' użu skont il-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Għal dak il-għan għandhom jiġu kkunsidrati l-inċertezzi tekniċi u statistiċi dwar il-proċeduri tal-kejl. |
|
(10) |
Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jadattaw gradwalment għar-regoli tal-RDE, ir-rekwiżiti kwantitattivi finali tal-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ fażijiet sussegwenti. Fl-ewwel fażi, li għandha tibda tapplika erba' (4) snin wara d-dati tal-applikazzjoni mandatorja tal-istandards Euro 6, għandu japplika fattur ta' konformità ta' 2,1. It-tieni fażi għandha ssegwi sena (1) u erba' (4) xhur wara l-ewwel (1) fażi u għandha teħtieġ konformità sħiħa mal-valur ta' limitu għall-emissjonijiet tan-NOx ta' 80 mg/km, stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 flimkien ma' marġini li jqis l-inċertezzi ta' kejl addizzjonali marbuta mal-applikazzjoni tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS). |
|
(11) |
Filwaqt li huwa importanti li s-sitwazzjonijiet kollha ta' sewqan jiġu potenzjalment koperti mill-ittestjar tal-RDE, għandu jiġi evitat li l-vetturi ttestjati jinsaqu b'mod preġudikat, jiġifieri bil-ħsieb li jiġi ġġenerat test b'riżultat pożittiv jew negattiv, mhux skont il-prestazzjoni teknika tal-vettura iżda minħabba mudelli estremi ta' sewqan. Għaldaqstant qed jiġu introdotti parametri supplimentari għall-ittestjar tal-RDE sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn. |
|
(12) |
Minħabba n-natura tagħhom stess, il-kundizzjonjiet tas-sewqan li wieħed jiltaqa' magħhom matul vjaġġi PEMS individwali jistgħu ma jikkorrispondux għal “kundizzjonijiet normali tal-użu ta' vettura”. Is-severità tal-kontroll tal-emissjonijiet matul dawn il-vjaġġi tista' għaldaqstant tvarja. B'konsegwenza ta' dan, u sabiex jittieħed kont tal-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-proċeduri tal-kejl, fil-ġejjieni jista' jiġi kkunsidrat li fil-limiti tal-emissjonijiet NTE applikabbli għall-vjaġġi individwali tal-PEMS jiġu riflessi l-karatteristiċi ta' dawk il-vjaġġi, deskritti minn ċerti parametri li jistgħu jitkejlu, pereżempju fir-rigward tad-dinamika tas-sewqan jew it-tagħbija. Jekk dak il-prinċipju jiġi applikat, dan m'għandux iwassal biex l-effett ambjentali u l-effikaċja tal-proċeduri tat-test RDE jiddgħajfu, u dan għandu jiġi ppruvat permezz ta' studju xjentifiku evalwat bejn il-pari. Barra minn hekk, għall-evalwazzjoni tas-severità tal-kontroll tal-emissjonijiet waqt vjaġġ tal-PEMS, għandhom jiġu kkunsidrati biss il-parametri li jistgħu jiġu ġġustifikati b'raġunijiet xjentifiċi u oġġettivi u mhux sempliċement minħabba raġunijiet ta' kalibrazzjoni tal-magna jew apparat ta' kontroll tas-sustanzi li jniġġsu jew is-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet. |
|
(13) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-ħtieġa ta' kontroll tal-emissjonijiet ta' NOx f'kundizzjonijiet urbani, għandha tingħata konsiderazzjoni urġenti għat-tibdil tal-ponderazzjoni relattiva tal-elementi urbani, rurali u tal-awtostrada tat-test tal-RDE biex jiġi żgurat li jista' jinkiseb fil-prattika fattur ta' konformità baxx, u b'hekk tinħoloq kundizzjoni ta' limitu ulterjuri marbuta mad-dinamika tas-sewqan fit-tielet pakkett regolatorju tal-RDE li lil hin minnha għandhom ikunu applikabbli l-kundizzjonijiet estiżi mid-dati ta' introduzzjoni tal-fażi 1. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dispożizzjonijiet tal-proċedura tat-test tal-RDE u tadatta dawk id-dispożizzjonijiet biex tindirizza t-teknoloġiji ġodda tal-vetturi u biex tiġi żgurata l-effikaċja tagħhom. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tanalizza annwalment il-livell xieraq tal-fattur ta' konformità finali fid-dawl tal-progress tekniku. B'mod partikolari hija għandha tirrevedi ż-żewġ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni tad-dejta tal-emissjonijiet tal-PEMS stabbiliti fl-Appendiċi 5 u 6 tal-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bil-ħsieb li jiġi żviluppat metodu uniku. |
|
(15) |
Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 692/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi Motorizzati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-punti 43 u 44 li ġejjin:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 3(10) it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u erba' snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:”; |
|
3. |
L-Artikolu 3(10)(a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Ir-rekwiżiti ta' punt 2.1 tal-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw.” |
|
4. |
Fl-Artikolu 5, jiddaħħlu l-paragrafi 11 u 12 li ġejjin:
|
|
5. |
L-Appendiċi 6 tal-Anness I hija emendata kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
6. |
L-Anness IIIA huwa emendat kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni CARS 2020: Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa (COM(2012)636 finali).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1).
ANNESS I
Fl-Appendiċi 6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, it-tabella 1 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
ir-ringieli ZD, ZE, ZF jinbidlu kif ġej:
|
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jidħlu wara r-ringiela ZF:
|
|
(3) |
fl-ispjega tat-tabella, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin wara l-paragrafu dwar l-istandard tal-emissjonijiet “Euro 6b”: “Standard ta' emissjonijiet ‘Euro 6c’= ir-rekwiżiti ta' emissjonijiet Euro 6 kollha iżda mingħajr ir-rekwiżiti kwantitattivi tal-RDE, jiġifieri standard ta' emissjonijiet Euro 6b, l-istandards tan-numru ta' partikoli finali għall-vetturi PI, l-użu ta' fjuwil ta' referenza E10 u B7 (fejn applikabbli) evalwat fuq iċ-ċiklu tat-testijiet tal-laboratorju regolatorju u l-ittestjar tal-RDE għall-monitoraġġ biss (ebda limiti ta' emissjoni NTE ma jiġu applikati); Standard ta' emissjonijiet ‘Euro 6d-TEMP’= ir-rekwiżiti ta' emissjonijiet Euro 6 kollha, jiġifieri standard ta' emissjonijiet Euro 6b, l-istandards tan-numru ta' partikoli finali għall-vetturi PI, l-użu ta' fjuwil ta' referenza E10 u B7 (fejn applikabbli) evalwat fuq l-ittestjar tal-RDE għall-fatturi ta' konformità temporanja u taċ-ċiklu tat-testijiet tal-laboratorju regolatorju;” |
|
4. |
fl-ispjega tat-tabella, il-paragrafu li jirrigwarda l-“Istandard ta' emissjonijiet Euro 6c” jinbidel b'dan li ġej: “Standard ta' emissjonijiet ‘Euro 6d’= ir-rekwiżiti ta' emissjonijiet Euro 6 kollha, jiġifieri standard ta' emissjonijiet Euro 6b, l-istandards tan-numru ta' partikoli finali għall-vetturi PI, l-użu ta' fjuwil ta' referenza E10 u B7 (fejn applikabbli) evalwat fuq l-ittestjar tal-RDE għall-fatturi ta' konformità finali u taċ-ċiklu tat-testijiet tal-laboratorju regolatorju;”. |
ANNESS II
L-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.1 jinbidel b'dan li ġej: “2.1 Limiti ta' emissjoni li ma għandhomx jinqabżu L-emissjonijiet ta' vettura approvata għat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 kif determinat skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u emessi fi kwalunkwe test possibbli tal-RDE mwettaq skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness, matul il-ħajja normali tagħha, ma għandhomx ikunu ogħla minn dawn il-valuri li ġejjin li ma għandhomx jinqabżu (not-to-exceed — NTE): NTEpollutant = CFpollutant × TF(p1, …, pn) × EURO-6 fejn EURO- 6 huwa l-limitu tal-emissjonijiet applikabbli ta' Euro 6 stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”; |
|
(2) |
jidħlu l-punti 2.1.1., 2.1.2 u 2.1.3. li ġejjin: “2.1.1 Fatturi ta' Konformità Finali Il-fattur ta' konformità CF pollutant għas-sustanza niġġiesa rispettiva huwa speċifikat kif ġej:
il-marġini huwa parametru li jqis l-inċertezzi addizzjonali tal-kejl li jkunu ġejjin mit-tagħmir tal-PEMS, li huma suġġetti għal reviżjoni annwali u jistgħu jiġu riveduti bħala riżultat tal-kwalità mtejba tal-proċedura tal-PEMS jew tal-progress tekniku. 2.1.2 Fatturi ta' Konformità Temporanja B'eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.1.1, matul perjodu ta' ħames (5) snin u erba' (4) xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fuq talba tal-manifattur, il-fatturi ta' konformità temporanja li ġejjin jistgħu japplikaw:
L-applikazzjoni tal-fatturi ta' konformità temporanji għandhom jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura. 2.1.3 Funzjonijiet ta' trasferiment Il-funzjoni ta' trasferiment TF(p1, …, pn ) imsemmija fil-punt 2.1 hija ssettjata fuq 1 għall-medda kollha ta' parametri pi (i = 1, …, n). Jekk il-funzjoni ta' trasferiment TF(p1, …, pn) tiġi emendata, dan għandu jsir b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-impatt ambjentali u l-effikaċja tal-proċeduri tat-test tal-RDE. B'mod partikolari għandha tibqa' din il-kundizzjoni: ∫ TF (p1, …, pn) * Q (p1, …, pn) dp = ∫ Q (p1, …, pn) dp Fejn:
|
|
(3) |
jiddaħħal il-punt 3.1.0 li ġej:
|
|
(4) |
il-punt 5.3 jitħassar; |
|
(5) |
il-punt 5.4 jinbidel b'dan li ġej: “5.4. Kundizzjonijiet dinamiċi Il-kundizzjonijiet dinamiċi jinkludu l-effett tal-grad tat-triq, id-dinamika tar-riħ minn faċċata u tas-sewqan (żieda u tnaqqis ta' veloċità) u s-sistemi awżiljari mal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-vettura tat-test. Il-verifika tan-normalità tal-kundizzjonijiet dinamiċi għandha ssir wara li t-test ikun tlesta, bl-użu tad-dejta tal-PEMS rreġistrata. Din il-verifika għandha ssir f'żewġ (2) fażijiet:
|
|
(6) |
il-punt 6.8 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(7) |
Fil-punt 6.11, qed tiżdied is-sentenza li ġejja: “Barra minn hekk, iż-żieda fl-għoli pożittiva kumulattiva u proporzjonali għandha tkun inqas minn 1 200 m/100 km u għandha tiġi ddeterminata skont l-Appendiċi 7b.”; |
|
(8) |
il-punt 9.5 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(9) |
L-Appendiċi 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Appendiċi 2, in-nota tal-qiegħ Nru. 2 tat-tabella 4 fil-punt 8 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(11) |
fl-Appendiċi 6, il-punt 2, id-definizzjoni li ġejja hija mħassra:
|
|
(12) |
fl-Appendiċi 6 punt 2 jiddaħħlu d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(13) |
fil-punt 3.1 tal-Appendiċi 6, l-ewwel paragrafu jitbiddel b'dan li ġej: “Il-potenza reali fir-roti Pr,i hija l-potenza totali biex jingħelbu r-reżistenza tal-arja, ir-reżistenza mit-triq, l-inklinazzjonijiet tat-triq, l-inerzja lonġitudinali tal-vettura u l-inerzja rotazzjonali tar-roti.” |
|
(14) |
il-punt 3.2 fl-Appendiċi 6 jinbidel b'dan li ġej: “3.2 Klassifikazzjoni tal-medji mobbli għas-sewqan urban, rurali u fuq l-awtostrada Il-frekwenzi tal-potenza standard huma ddefiniti għas-sewqan urban u għall-vjaġġ totali (ara l-paragrafu 3.4) u evalwazzjoni separata tal-emissjonijiet għandha ssir għall-vjaġġ totali u għall-parti urbana. Il-medji mobbli ta' tliet sekondi, ikkalkulati skont il-paragrafu 3.3 għandhom għalhekk jiġu allokati aktar tard għal kundizzjonijiet ta' sewqan urban u ekstraurban skont is-sinjal tal-veloċità (vi) mis-sekonda reali i kif deskritt fit-Tabella 1-1. Tabella 1-1 Meded ta' veloċità għall-allokazzjoni ta' dejta tat-test għal kundizzjonijiet urbani, rurali u tal-awtostrada fil-metodu tal-power binning
|
|
(15) |
il-punt 3.9 fl-Appendiċi 6 jinbidel b'dan li ġej: “3.9 Kalkolu ta' valur ponderat tal-emissjonijiet speċifiku għad-distanzi Il-medji ponderati abbażi tal-ħin tal-emissjonijiet fit-test għandhom jiġu kkonvertiti f'emissjonijiet abbażi tad-distanza, darba għas-sett ta' dejta urbana u darba għas-sett ta' dejta totali, kif ġej:
Bl-użu ta' dawn il-formuli, il-medji pponderati għandhom jiġu kkalkulati għal dawn is-sustanzi niġġiesa għall-vjaġġ kollu u għall-parti urbana tal-vjaġġ:
|
|
(16) |
jiddaħħlu l-appendiċijiet 7a u 7b li ġejjin: “Appendiċi 7a Verifika tad-dinamika ta' vjaġġ kumplessiv 1. INTRODUZZJONI Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-proċeduri ta' kalkolu biex tiġi vverifikata d-dinamika ta' vjaġġ kumplessiv, biex jiġi ddeterminat l-eċċess jew in-nuqqas kumplessiv tad-dinamika waqt sewqan urban, rurali u fuq l-awtostrada. 2. SIMBOLI
L-indiċi (i) jirreferi għall-fażi ta' ħin L-indiċi (j) jirreferi għall-fażi ta' ħin tas-settijiet ta' dejta tal-aċċelerazzjoni pożittiva L-indiċi (k) jirreferi għall-kategorija (t = total, u = urban, r = rurali, m = awtostrada)
3. INDIKATURI TAL-VJAĠĠ 3.1. Kalkoli 3.1.1. Ipproċessar minn qabel ta' dejta Il-parametri dinamiċi bħall-aċċelerazzjoni, v · apos jew l-RPA għandhom jiġu determinati b'sinjal tal-veloċità ta' preċiżjoni ta' 0,1 % 'l fuq minn 3 km/h u frekwenza ta' teħid ta' kampjuni ta' 1 Hz. Dan ir-rekwiżit ta' preċiżjoni ġeneralment jintlaħaq permezz ta' sinjali ta' veloċità (rotazzjonali) tar-roti. It-traċċa tal-veloċità għandha tiġi kkontrollata għal taqsimiet difettużi jew mhux plawsibbli. It-traċċa tal-veloċità tal-vettura ta' dawn it-taqsimiet hija kkaratterizzata permezz tal-passi, tal-qbiż, tat-traċċi ta' veloċità mtarġin jew tal-valuri nieqsa. Sezzjonijiet difettużi qosra għandhom jiġu rettifikati, pereżempju bl-interpolazzjoni tad-dejta jew bil-valutazzjoni komparattiva fuq sinjal tal-veloċità sekondarju. Alternattivament, vjaġġi qosra li fihom sezzjonijiet difettużi jistgħu jiġu esklużi mill-analiżi sussegwenti tad-dejta. Fit-tieni stadju, il-valuri tal-aċċelerazzjoni għandhom jiġu kklassifikati f'ordni axxendenti, sabiex tiġi ddeterminata r-riżoluzzjoni tal-aċċelerazzjoni ares = (valur ta' aċċellerazzjoni minimu > 0). Jekk ares ≤ 0,01 m/s2, il-kejl tal-veloċità tal-vettura huwa preċiż biżżejjed. Jekk 0,01 < ares ≤ rmax m/s2, irid isir il-livellament bl-użu tal-filtru Hanning T4253. Jekk ares > rmax m/s2, il-vjaġġ ikun invalidu. Il-filtru Hanning T4253 iwettaq il-kalkoli li ġejjin: Il-livellatur jibda b'medjana kurrenti ta' 4, li tiġi ċċentrata b'medjana kurrenti ta' 2. Imbagħad jillivella mill-ġdid dawn il-valuri bl-applikazzjoni ta' medjana kurrenti ta' 5, medjana kurrenti ta' 3, u hanning (medji ponderati kurrenti). Ir-residwi jiġu kkomputati billi titnaqqas is-serje livellata mis-serje oriġinali. Dan il-proċess kollu mbagħad jiġi ripetut fuq ir-residwi kkomputati. Fl-aħħar nett, ir-residwi livellati jiġu kkomputati billi jitnaqqsu l-valuri approssimati miksuba għall-ewwel darba permezz tal-proċess. It-traċċa tal-veloċità korretta tibni l-bażi għal aktar kalkoli u binning kif deskritt fil-paragrafu 3.1.2. 3.1.2. Kalkolu tad-distanza, l-aċċelerazzjoni u v · a Il-kalkoli li ġejjin għandhom isiru matul it-traċċa tal-veloċità kollha abbażi tal-ħin (riżoluzzjoni 1 Hz) mill-ewwel (1) sekonda għas-sekonda tt (l-aħħar sekonda). Iż-żieda fid-distanza għal kull kampjun ta' dejta għandu jiġi kkalkulat kif ġej: di = vi /3,6, i = 1 to Nt Fejn:
L-aċċellerazzjoni għandha tiġi kkalkulata kif ġej: ai = (v i + 1 – v i – 1)/(2 · 3,6), i = 1 to Nt Fejn: ai hija l-aċċellerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m/s2] Għal i = 1: vi – 1 = 0, għal i = Nt : vi + 1 = 0. Il-prodott tal-veloċità tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej: (v · a)i = vi · ai /3,6, i = 1 to Nt Fejn: (v · a)i huwa l-prodott tal-veloċità reali tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m2/s3 jew W/kg]. 3.1.3. Binning tar-riżultati Wara l-kalkolu ta' ai u (v · a)i , il-valuri vi , di , ai u (v · a)i għandhom jiġu kklassifikati f'ordni axxendenti tal-veloċità tal-vettura. Is-settijiet ta' dejta b' vi ≤ 60 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “urbana”, is-settijiet ta' dejta b' 60 km/h < vi ≤ 90 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “rurali” u s-settijiet ta' dejta b' vi > 90 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “awtostrada”. L-għadd ta' settijiet ta' dejta b'valuri ta' aċċelerazzjoni ai > 0,1 m/s 2 għandu jkun ikbar jew daqs 150 f'kull taqsima tal-veloċità. Għal kull taqsima tal-veloċità, il-veloċità medja tal-vettura
Fejn: Nk huwa l-għadd totali ta' kampjuni tad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada. 3.1.4. Kalkolu ta' v · apos_[95] għal kull taqsima tal-veloċità Il-95 perċentil tal-valuri v · apos għandu jiġi kkalkulat kif ġej: Il-valuri (v · a)i,k ta' kull taqsima tal-veloċità għandhom ikunu kklassifikati f'ordni axxendenti għas-settijiet kollha ta' dejta b' ai,k ≥ 0,1 m/s2 u għandu jiġi ddeterminat Mk l-għadd totali ta' dawn il-kampjuni. Il-valuri perċentili jiġu mbagħad assenjati lill-valuri (v · apos)j,k b' ai,k ≥ 0,1 m/s2 kif ġej: Lill-valur v · apos l-iktar baxx jingħata l-perċentil 1/Mk , lit-tieni l-iktar baxx 2/Mk , lit-tielet l-iktar baxx 3/Mk u lill-ogħla valur Mk /Mk = 100 %. (v · apos)k _[95] huwa l-valur (v · apos)j,k , b' j/Mk = 95 %. Jekk j/Mk = 95 % ma jistax jintlaħaq, (v · apos)k _[95] għandu jiġi kkalkulat b'interpolazzjoni lineari bejn kampjuni konsekuttivi j u j + 1 b' j/Mk < 95 % u (j + 1)/Mk > 95 %. L-aċċelerazzjoni pożittivi relattiva għal kull taqsima tal-veloċità għandha tiġi kkalkulata kif ġej: RPAk = Σj(Δt · (v · apos ) j,k )/Σ idj,k , j = 1 to Mk,i = 1 to Nk,k = u,r,m Fejn: RPAk hija l-aċċellerazzjoni pożittiva relattiva għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m/s2 jew kWs/(kg*km)]
4. VERIFIKA TAL-VALIDITÀ TAL-VJAĠĠ 4.1.1. Verifika ta' v*apos_[95] għal kull taqsima tal-veloċità (b'v f'[km/h]) Jekk u
huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu. Jekk 4.1.2. Verifika tal-RPA għal kull taqsima tal-veloċità Jekk Jekk “Appendiċi 7b Proċedura biex tiġi ddeterminata ż-żieda fl-elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' vjaġġ 1. INTRODUZZJONI Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha tiġi ddeterminata ż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva ta' vjaġġ RDE. 2. SIMBOLI
3. REKWIŻITI ĠENERALI Iż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ RDE għandha tiġi determinata abbażi ta' tliet parametri: l-għoli istantanju tal-vettura hGPS,i [m fuq il-livell tal-baħar] kif imkejjel bil-GPS, il-veloċità istantanja tal-vettura v i [km/h] reġistrata f'frekwenza ta' 1 Hz u l-ħin korrispondenti t [s] mill-bidu tat-test. 4. KALKOLU TAŻ-ŻIEDA TA' ELEVAZZJONI KUMULATTIVA POŻITTIVA 4.1. Ġenerali Iż-żieda ta' elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' vjaġġ RDE għandha tiġi kkalkulata bħala proċedura fi tliet stadji, magħmula minn (i) l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta, (ii) ir-rettifika tad-dejta tal-altitudini istantanja tal-vettura, u (iii) il-kalkolu taż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva kumulattiva. 4.2. Skrinjar u verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta Id-dejta tal-veloċità istantanja tal-vettura għandha tiġi verifikata għall-kompletezza. Tista' ssir ir-rettifika ta' dejta nieqsa jekk jibqa' l-vojt fi ħdan ir-rekwiżiti speċifikati fil-punt 7 tal-Appendiċi 4; jekk mhux il-każ, ir-riżultati tat-test għandhom jiġu annullati. Id-dejta istantanja tal-għoli għandha tiġi verifikata għall-kompletezza. Il-vojt fid-dejta jrid jimtela permezz tal-interpolazzjoni tad-dejta. Il-korrettezza tal-interpolazzjoni tad-dejta għandha tiġi vverifikata permezz ta' mappa topografika. Huwa rrakkomandat li tiġi rettifikata d-dejta interpolata jekk ikun hemm il-kundizzjoni li ġejja: |hGPS(t) – hmap(t)| > 40 m Ir-rettifika tal-altitudni għandha tiġi applikata b'tali mod li: h(t) = hmap(t) fejn:
4.3. Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura L-għoli h(0) fil-bidu ta' vjaġġ f'd(0) għandu jinkiseb permezz tal-GPS u vverifikat għall-korrettezza bl-informazzjoni minn mappa topografika. Id-devjazzjoni ma għandhiex tkun akbar minn 40 m. Kull dejta tal-altitudini istantanja h(t) għandha tiġi rettifikata jekk ikun hemm il-kundizzjoni li ġejja: |h(t) – h(t – 1)| > (v(t)/3,6 * sin45°) Ir-rettifika tal-altitudni għandha tiġi applikata b'tali mod li: hcorr(t) = hcorr (t-1) fejn:
Wara t-tlestija tal-proċedura ta' rettifika jiġi stabbilit sett ta' dejta tal-għoli validu. Dan is-sett ta' dejta għandu jintuża għall-kalkolu finali taż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva kumulattiva kif deskritt fil-punt 4.4. 4.4. Kalkolu finali taż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva 4.4.1. Stabbiliment ta' riżoluzzjoni spazjali uniformi Id-distanza totali dtot [m] koperta minn vjaġġ għandha tiġi ddeterminata bħala s-somma tad-distanzi istantanji d i. Id-distanza istantanja d i għandha tiġi ddeterminata bħala:
Fejn:
Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva għandha tiġi kkalkulata mid-dejta ta' riżoluzzjoni spazjali kostanti ta' 1 m mill-ewwel kejl fil-bidu ta' vjaġġ d(0). Il-punti ta' dejta individwali f'riżoluzzjoni ta' 1 m jissejħu punti tat-triq, ikkaratterizzati minn valur ta' distanza speċifika d (eż. 0, 1, 2. 3 m …) u l-għoli korrispondenti tagħhom h(d) [m fuq il-livell tal-baħar]. L-għoli ta' kull punt tat-triq individwali d għandu jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni tal-għoli istantanju hcorr(t) bħala:
Fejn:
4.4.2. Livellament ta' dejta addizzjonali Id-dejta tal-għoli miksuba għal kull punt tat-triq individwali għandha tiġi livellata bl-applikazzjoni ta' proċedura f'żewġ stadji; d a u d e huma l-ewwel u l-aħħar punt tad-dejta rispettivament (Figura 1). L-ewwel ċiklu ta' livellament għandu jiġi applikat kif ġej:
h int,sm,1(d) = h int,sm,1(d – 1 m) + road grade,1(d), d= da + 1 to de h int,sm,1(da ) = hint (da ) + road grade,1(da ) Fejn:
It-tieni ċiklu ta' livellament għandu jiġi applikat kif ġej:
Fejn:
Figura 1 Rappreżentazzjoni tal-proċedura ta' livellament tas-sinjali tal-għoli interpolati hint (d – 200m) jew hint,sm,1 (d – 200m) hint jew hint,sm,1 [m fuq il-livell tal-baħar] roadgrade,1 (d) jew roadgrade,2 (d) hint (d) jew hint,sm,1 (d) hint (d + 200m) jew hint,sm,1 (d + 200m) d [m] 4.4.3. Kalkolu tar-riżultat finali Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ għandha tiġi kkalkolata billi jiġu integrati l-inklinazzjonijiet interpolati pożittivi u livellati kollha, jiġifieri roadgrade,2(d). Ir-riżultat għandu jiġi normalizzat permezz tad-distanza totali tat-test d tot u espress f'metri ta' żieda fl-elevazzjoni kumulattiva għal kull mitt kilometru ta' distanza. 5. EŻEMPJU NUMERIKU It-Tabelli 1 u 2 juru l-istadji biex tiġi kkalkulata ż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva fuq il-bażi ta' dejta rreġistrata waqt test fit-triq bil-PEMS. Għall-qosor qed jiġi ppreżentat hawnhekk estratt ta' 800 m u 160 s. 5.1. Skrinjar u verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta L-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta jikkonsistu f'żewġ stadji. L-ewwel, tiġi ċċekkjata l-kompletezza tad-dejta tal-veloċità tal-vettura. Ma jinstab ebda vojt ta' dejta marbuta mal-veloċità tal-vettura f'dan il-kampjun ta' dejta (ara t-Tabella 1). It-tieni, tiġi verifikata għall-kompletezza d-dejta tal-għoli; fil-kampjun tad-dejta, id-dejta tal-għoli marbuta mas-sekondi 2 u 3 huma nieqsa. Il-vojt jimtela billi jiġi interpolat is-sinjal tal-GPS. Barra minn hekk, l-għoli tal-GPS jiġi vverifikat permezz ta' mappa topografika; din il-verifika tinkludi l-għoli h(0) fil-bidu tal-vjaġġ. Id-dejta tal-għoli marbuta mas-sekondi 112-114 tiġi rettifikata abbażi tal-mappa topografika biex tkun sodisfatta l-kundizzjoni li ġejja: hGPS(t) – hmap(t) < – 40 m Bħala riżultat tal-verifika tad-dejta applikata tinkiseb id-dejta fil-ħames kolonna h(t). 5.2. Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura Bħala l-istadju li jmiss, id-dejta tal-għoli h(t) tas-sekondi 1 sa 4, 111 sa 112 u 159 sa 160 jiġu rettifikati u jieħdu l-forma tal-valuri tal-għoli tas-sekondi 0, 110 u 158 rispettivament peress li jkun hemm il-kundizzjoni li ġejja: |h(t) – h(t – 1)| > (v(t)/3,6 * sin45°) Bħala riżultat tar-rettifika tad-dejta applikata tinkiseb id-dejta fis-sitt kolonna hcorr(t). L-effett tal-istadji tal-verifika u r-rettifika applikati fuq id-dejta tal-għoli jidher fil-Figura 2. 5.3. Kalkolu taż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva 5.3.1. Stabbiliment ta' riżoluzzjoni spazjali uniformi Id-distanza istantanja di tiġi kkalkulata billi l-veloċità istantanja tal-vettura mkejla f'km/h tiġi diviża b'3.6 (Kolonna 7 fit-Tabella 1). Bil-kalkolu mill-ġdid tad-dejta tal-għoli biex tinkiseb riżoluzzjoni spazjali uniformi ta' 1 m, wieħed jasal sal-punti tat-triq individwali d (Kolonna 1 fit-Tabella 2) u l-valuri tal-għoli korrispondenti hint(d) (Kolonna 7 fit-Tabella 2). L-għoli ta' kull punt tat-triq individwali d jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni tal-għoli istantanju mkejjel hcorr bħala:
5.3.2. Livellament ta' dejta addizzjonali Fit-Tabella 2, l-ewwel u l-aħħar punti tat-triq individwali huma: d a = 0 m u d e = 799 m, rispettivament. Id-dejta tal-għoli ta' kull punt tat-triq individwali tiġi livellata bl-applikazzjoni ta' proċedura f'żewġ stadji. L-ewwel ċiklu ta' livellament jikkonsisti minn:
chosen to demonstrate the smoothing for d ≤ 200 m
chosen to demonstrate the smoothing for 200 m < d < (599 m)
chosen to demonstrate the smoothing for d ≥ (599 m) L-għoli livellat u interpolat jiġi kkalkulat bħala: h int,sm,1(0) = hint (0) + road grade,1(0) = 120,3 + 0,0033 ≈ 120,3033 m h int,sm,1(799) = h int,sm,1(798) + road grade,1(799) = 121,2550 – 0,0220 = 121,2330 m It-tieni ċiklu ta' livellament:
chosen to demonstrate the smoothing for d ≤ 200 m
chosen to demonstrate the smoothing for 200 m < d < (599)
chosen to demonstrate the smoothing for d ≥ (599 m) 1.3.3. Kalkolu tar-riżultat finali Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ tiġi kkalkolata billi jiġu integrati l-inklinazzjonijiet interpolati pożittivi u livellati kollha, jiġifieri roadgrade,2(d). Fl-eżempju ppreżentat, id-distanza totali koperta kienet dtot = 139,7 km u l-inklinazzjonijiet interpolati u livellati pożittivi kollha kienu ta' 516 m. Għalhekk inkisbet żieda ta' elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' 516 × 100/139,7 = 370 m/100 km. Tabella 1 Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura
Tabella 2 Kalkolu tal-pendenza tat-triq
Figura 2 L-effett tal-verifika u r-rettifika tad-dejta — Il-profil tal-għoli mkejjel permezz ta' GPS hGPS(t), il-profil tal-għoli pprovdut mill-mappa topografika hmap(t), il-profil tal-għoli miksub wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta h(t) u r-rettifika hcorr(t) tad-dejta elenkata fit-Tabella 1. hmap(t) hcorr(t) h(t) hGPS(t) Ħin [s] Għoli [m fuq il-livell tal-baħar] Figura 3 Paragun bejn il-profil tal-għoli rettifikat hcorr(t) u l-għoli livellat u interpolat hint,sm,1 hint,sm,1 hcorr(t) Ħin [s] Għoli [m fuq il-livell tal-baħar] Tabella 2 Kalkolu taż-żieda ta' elevazzjoni pożittiva
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet tal-RDE.
(2) L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet tal-RDE.