13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/569

tat-12 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) u huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà ddeċidiet skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006), li erba' bastimenti speċifikati fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2270 (2016), mhumiex riżorsi ekonomiċi kkontrollati jew operati minn Ocean Maritime Management u għalhekk mhumiex soġġetti għall-iffriżar tal-assi impost minn UNSCR 1718 (2006).

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament:

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, l-annotazzjoni “Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (aka OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, DPRK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: (a) Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) Numru: 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited kellha rwol prinċipali fl-arranġament tal-vjaġġi tal-merkanzija ta' armi moħbija u ta' materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif modifikata permezz tar-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwiet għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet, (c) Ocean Maritime Management Company, Limited hija l-operatur/ġestjonarju tal-bastimenti li ġejjinbin-Numru IMO: (a) Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173 (b) Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575, (c) Chong Rim 2 8916293, (d) Dawnlight 9110236, (e) Ever Bright 88 (J Star) 8914934, (f) Gold Star 3 (benevolence 2) 8405402, (g) Hoe Ryong 9041552, (h) Hu Chang (O Un Chong Nyon) 8330815, (i) Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270, (j) JH 86 8602531, (k) Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900, (l) Jin Tai 9163154, (m) Jin Teng 9163166, (n) Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593, (o) Mi Rim 8713471, (p) Mi Rim 2 9361407, (q) Rang (Po Thong Gang) 8829555, (r) Orion Star (Richocean) 9333589, (s) Ra Nam 2 8625545, (t) Ra Nam 3 9314650, (u) Ryo Myong 8987333, v) Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912, (w) Se Pho (Rak Won 2) 8819017, (x) Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530, (y) South Hill 2 8412467, (z) South Hill 5 9138680, (aa) Tan Chon (Ryon Gang 2) 7640378, (bb) Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085, (cc) Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317, (dd) Grand Karo 8511823, (ee) Tong Hung 8661575. Data tal-ħatra: 28.7.2014”, taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (aka OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, DPRK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: (a) Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) Numru: 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited kellha rwol prinċipali fl-arranġament tal-vjaġġi tal-merkanzija ta' armi moħbija u ta' materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif modifikata permezz tar-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwiet għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet, (c) Ocean Maritime Management Company, Limited hija l-operatur/ġestjonarju tal-bastimenti li ġejjin bin-Numru IMO: (a) Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173, (b) Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575, (c) Chong Rim 2 8916293, (d) Dawnlight 9110236, (e) Ever Bright 88 (J Star) 8914934, (f) Gold Star 3 (benevolence 2) 8405402, (g) Hoe Ryong 9041552, (h) Hu Chang (O Un Chong Nyon) 8330815, (i) Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270, (j) Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900, (k) Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593, (l) Mi Rim 8713471, (m) Mi Rim 2 9361407, (n) Rang (Po Thong Gang) 8829555, (o) Orion Star (Richocean) 9333589, (p) Ra Nam 2 8625545, (q) Ra Nam 3 9314650, (r) Ryo Myong 8987333, (s) Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912, (t) Se Pho (Rak Won 2) 8819017, (u)Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530, (v) South Hill 2 8412467, (w) South Hill 5 9138680, (x) Tan Chon (Ryon Gang 2) 7640378, (y) Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085, (z) Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317, (aa) Tong Hung 8661575. Data tal-ħatra: 28.7.2014.”