15.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/567
tas-6 ta' April 2016
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-klorantraniliprol, iċ-ċiflumetofen, iċ-ċiprodinil, id-dimetomorf, id-ditijokarbamati, il-fenamidon, il-fluwopiram, il-flutolanil, l-imażamoks, il-metrafenon, il-miklobutanil, il-propikonażol, is-sedassan u l-ispirodiklofen f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni Codex Alimentarius (CAC) adottat limiti massimi ta' residwi tal-Codex (CXLs) iċ-ċiprodinil u l-flutolanil (2). Fil-11 ta' Lulju 2015, is-CAC adottat is-CXLs għall-aminoċiċlopiraklor, il-benżovindiflupir, il-buprofeżin, il-klorantraniliprol, il-klotijanidin, iċ-ċiflumetofen, id-diklobenil, id-dimetomorf, id-ditjokarbamati, il-benżoat tal-emamektin, il-fenamidon, il-fenpropatrina, il-fluensulfon, il-flufenoksuron, il-fluwopiram, il-glufosinat tal-ammonju, l-imażamoks, il-meżotrion, il-metrafenon, il-miklobutanil, il-fosmet, il-propamokarb, il-propikonażol, il-protijokonażol, il-piraklostrobina, is-sedassan, is-spirodiklofen, it-tijametossam, it-friadimefon, it-triadimenol u t-tijofanat (3). |
(2) |
Il-livelli massimi ta' residwu (MRLs) huma stabbiliti għal dawk is-sustanzi fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 ħlief għaċ-ċ-ċiflumetofen u s-sedassan. Billi ċ-ċiflumetofen u s-sedassan mhumiex inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, japplika l-valur awtomatiku ta' 0,01 mg/kg li jistabbilixxi l-Artikolu 18(1)(b). |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill (4), fejn jeżistu standards internazzjonali jew fejn it-tlestija tagħhom hija imminenti, dawn għandhom jitqiesu fi żvilupp jew adattament tal-liġi dwar l-ikelm, ħlief fejn dawn l-istandards jew partijiet relevanti jkunu mezz ineffettiv jew mhux adattat għat-twettiq tal-għanijiet leġittimi tal-liġi dwar l-ikel jew fejn ikun hemm ġustifikazzjoni xjentifika, jew fejn ikunu jirriżultaw f'livell differenti ta' protezzjoni minn dak stabbilit bħala adattat fil-Unjoni. Barra minn hekk, f'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, l-Unjoni għandha tippromwovi konsistenza bejn standards tekniċi internazzjonali u l-liġi dwar l-ikel waqt li tiżgura li l-livell għoli ta' protezzjoni adottat fl-Unjoni ma jitnaqqasx. |
(4) |
L-Unjoni ppreżentat riżerva lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR — Codex Committee on Pesticide Residues) dwar is-CXLs proposti għal dawn il-kombinamenti ta' pestiċidi/prodotti: l-aminoċiċlopiraklor (il-prodotti kollha); il-benżovindiflupir (kull prodott); il-buprofeżin (żrieragħ tal-kafè); iċ-ċiprodinil (frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor; il-ħxejjex bil-weraq tal-brassika; il-ġewwieni tal-mammiferi li jittiekel; il-ħxejjex li jagħmlu l-frott għajr il-kukurbiti); id-diklobenil (il-prodotti kollha); id-dimetomorf (ful imqaxxar; il-ħxejjex li jagħmlu l-frott għajr il-kukurbiti); id-ditijokarbamati (żerriegħa tal-kemmun); il-fenamidon (il-brassika ta' ras il-fjura; il-ħxejjex li jagħmlu l-frott għajr il-kukurbiti); il-fenpropatrina (il-prodotti kollha); il-fluensulfon (il-prodotti kollha); il-flufenoksuron (il-prodotti kollha); il-flutolanil (il-ħxejjex bil-weraq tal-brassika); il-miklobutanil (ħawħ; bżar); il-propamokarb (kurrat); il-protijokonażol (bush berries; kukurbiti); il-piraklostrobina (ħawħ) u t-tijofanat (il-prodotti kollha). |
(5) |
Għalhekk is-CXLs għall-klorantraniliprol, iċ-ċiflumetofen, iċ-ċiprodinil, id-dimetomorf, id-ditijokarbamati, il-fenamidon, il-fluwopiram, il-flutolanil, l-imażamoks, il-metrafenon, il-miklobutanil, il-propikonażol, is-sedassan u l-ispirodiklofen li mhumiex inklużi fil-premessa 4, għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 bħala MRLs ħlief meta dawn jirrelataw ma' prodotti li mhumiex stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament jew meta dawn ikunu stabbiliti f'livell aktar baxx mill-MRLs attwali. Dawk is-CXLs huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni (5). |
(6) |
Fir-rigward tal-klotijanidinu t-tijametossam, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati s-CXLs rilevanti separatament, billi tiġi kkunsidrata emenda fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/156 (6). Rigward il-meżotrion, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati s-CXLs rilevanti separatament, billi tiġi kkunsidrata emenda fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/53 (7). Għalhekk l-MRLs għal dawk is-sustanzi ma jiġux immodifikati b'dan ir-Regolament. |
(7) |
Fil-kuntest ta' proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva klorantraniliprol fuq il-pastard, u “il-brassika l-oħra li twarrad” tal-kodiċi numru 0241990, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu emendati l-MRLs eżistenti. |
(8) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tressqet applikazzjoni għall-klorantraniliprol użati fuq ir-rummien, il-fażola (bil-miżwed), il-piżelli (bil-miżwed), il-qaqoċċ, il-karawett u l-ħops. L-applikant jisħaq li l-użi awtorizzati ta' dik is-sustanza fuq għelejjel bħal dawn fl-Istati Uniti jwasslu għal residwi ogħla minn dawk stabbiliti għall-MRLs indikati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u li jeħtieġ li jkun hemm MRLs ogħla sabiex jiġu evitati l-ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta' dawk l-għelejjel. |
(9) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
(10) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni, eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjonijiet motivati dwar l-MRLs proposti (8). L-Awtorità bagħtet din l-opinjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. |
(11) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-użu tal-klorantraniliprol fuq il-karawett u l-ħops, id-dejta mressqa ma kinitx biżżejjed biex jiġu stabbiliti MRLs ġodda. Għaldaqstant, l-MRLs eżistenti għandhom jinżammu. |
(12) |
Fir-rigward l-użi l-oħra kollha koperti mill-applikazzjonijiet, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta u li, abbażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, il-modifiki fil-MRLs mitluba mill-applikanti kien aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi bil-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir b'konsum estrem tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta' kuljum jew id-doża akuta ta' referenza. |
(13) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(14) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) http://www.codexalimentarius.org/download/report/917/REP14_PRe.pdf
Il-programm konġunt tal-FAO/WHO dwar l-istandards fl-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. L-Appendiċi II u III. Is-Seba' u Tletin Sessjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera, 14-18 ta' Lulju 2014.
(3) ftp://ftp.fao.org/codex/reports/reports_2015/REP15_PRe.pdf
Il-programm konġunt tal-FAO/WHO dwar l-istandards fl-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. L-Appendiċi III u IV. It-Tmienja u Tletin Sessjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera, 6-11 ta' Lulju 2015.
(4) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(5) Appoġġ xjentifiku għat-tħejjija ta' pożizzjoni tal-UE għas-46 Sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi fil-Pestiċidi (CCPR). EFSA Journal 2014;12(7):3737 [182 pp.].
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/156 tat-18 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-boskalid, il-klotijanidin, it-tijametossam, il-folpet u t-tolklofos-metil f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 31 6.2.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/53 tad-19 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għad-dietofenkarb, il-meżotrion, il-metosulam u l-perimifos-metil f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 13 20.1.2016, p. 12).
(8) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli online fuq: http://www.efsa.europa.eu:
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-klorantraniliprol f'għadd ta' għelejjel. EFSA Journal 2015;13(9):4216 [23 pp.].
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għaċ-ċiprodinil, id-dimetomorf, il-fenamidon, il-flutolanil, l-imażamoks, il-metrafenon, il-miklobutanil u l-propikonażol jinbidlu b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwu (f'mg/kg)
|
(2) |
L-Anness III jiġi emendat kif ġej:
|
(*) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(**) Kombinazzjoni tal-kodiċi tal-pestiċida li għaliha japplika l-MRL stabbilit fil-Parti B tal-Anness III.
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Ċiprodinil (F) (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Ċiprodinil — kodiċi 1000000 għajr 1040000: Ċiprodinil (Is-somma taċ-Ċiprodinil u CGA 304072 (ħieles), espressa bħala ċiprodinil) Ċiprodinil — 1020000: Ċiprodinil (Is-somma taċ-Ċiprodinil u CGA 304072 (ħieles u konġugat), espressa bħala ċiprodinil) |
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi u/jew konfirmatorji bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sal-14 ta' Marzu 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

Dimetomorf (is-somma tal-isomeri)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Fenamidon
(+) |
L-MRL li ġej japplika għall-bżar felfel: 4 mg/kg
|
Flutolanil (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: kodiċi 1000000 għajr għal 1040000: Flutonil (il-flutolanil u metaboliti li fihom frazzjoni tal-aċidu 2-trifluworometilbenżoiċi, espress bħala l-flutolanil) |
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sas-17 ta' April 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi nuqqas ta' informazzjoni dwar il-metodi analitiċi u l-istabbiltà tal-ħażna. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sas-17 ta' April 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat li xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi, l-istabbiltà tal-ħażna u l-metaboliżmu fir-ruminanti mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sas-17 ta' April 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

Imażamoks (Somma ta' imażamoks u l-imlieħ tiegħu, espressi bħala imażamoks)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metaboliżmu tal-pjanti ma' imażamoks tikkettat fiċ-ċirku tal-imidażolinon bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sad-29 ta' Ottubru 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istudji analitiċi u l-istudji tal-metaboliżmu tal-pjanti ma' imażamoks tikkettat fiċ-ċirku tal-imidażolinon bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sad-29 ta' Ottubru 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metaboliżmu tal-pjanti ma' imażamoks tikkettat fiċ-ċirku tal-imidażolinon bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sad-29 ta' Ottubru 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi u l-metaboliżmu tal-pjanti ma' imażamoks tikkettat fiċ-ċirku tal-imidażolinon bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din titressaq sad-29 ta' Ottubru 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Metrafenon

Miklobutanil (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Miklobutanil — kodiċi 1000000 għajr 1040000: Alfa-(3-idroksibutil) — alfa — (4-kloro-fenil) — 1H — 1,2,4 — triażol-1-propanenitril (RH9090) espressi bħala miklobutanil” |
(***) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Klorantraniliprol (DPX E-2Y45) (F)
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Fluwopiram (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tal-kodiċi tal-pestiċida: Fluwopiram — kodiċi 1000000 għajr 1040000: total ta' fluwopiram u fluwopiram benżammid (M25) espressi bħala fluwopiram |
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta twettaq rieżami tal-MRLs, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tiġi sottomessa sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta twettaq rieżami tal-MRLs, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tiġi sottomessa sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(****) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(3) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.”
(*****) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(4) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
Dithiocarbamates (dithiocarbamates expressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram and ziram)
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb; mz: mankożeb; me: metiram; pr: propineb; t: tiram; z: żiram).
L-MRLs espressi bħala CS2 jistgħu joħorġu minn dithiocarbamates differenti u għalhekk ma jirriflettux Prattika Agrikola Tajba (GAP) waħda. Għalhekk mhux xieraq li dawn l-MRLs jintużaw biex tiġi ċċekkjata l-konformita' ma' GAP.
(+) |
(ma, mz, me, pr, t, z)
|
(+) |
(mz, me, t)
|
(+) |
(mz, me)
|
(+) |
(mz)
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Miklobutanil (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tal-kodiċi tal-pestiċida: Miklobutanil — kodiċi 1000000 għajr 1040000: Alfa-(3-idrossibutil) — alfa — (4-kloro-fenil) — 1H — 1,2,4 — triażol -1-propanenitril (RH9090) espressa bħala miklobutanil |
Propikonażol