|
1.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/472
tal-31 ta' Marzu 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 72/2010 fir-rigward tad-definizzjoni tat-terminu “spettur tal-Kummissjoni”
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (2), b'mod partikolari l-Anness XIII tiegħu, jipprovdi li l-Istati Membri ŻEE tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) għandhom jimplimentaw l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni u li l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha twettaq l-ispezzjonijiet f'dawk l-Istati Membri. Sabiex ikun hemm aktar armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinkludi esperti kkwalifikati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u mill-Istati Membri tal-EFTA fit-timijiet tagħha tal-ispezzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(2) |
Is-Segretarjat tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) jikkoordina l-verifiki tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Istati Membri tal-ECAC bl-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Sabiex jissaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prassi bejn is-Segretarjat u l-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinkludi esperti kkwalifikati mis-Segretarjat tal-ECAC fit-timijiet tagħha tal-ispezzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 (3) jinbidel b'dan li ġej:
|
“3. |
“Spettur tal-Kummissjoni” tfisser persuna magħżula mill-Kummissjoni biex tieħu sehem fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, li tkun ċittadin tal-Unjoni jew ta' Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u li tkun impjegata minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(3) Ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1).