31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/460

tat-30 ta' Marzu 2016

li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4)(a) u (5) u l-Artikolu 14(2) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-impenji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”) approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (2) f'isem il-Komunità, u fil-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE (3), f'isem il-Komunità.

(2)

Fis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni mit-28 ta' April sal-10 ta' Mejju 2013, kien hemm qbil li l-eżabromoċiklododekan (minn hawn 'il quddiem “HBCDD”) jiżdied fl-Anness A (eliminazzjoni) tal-Konvenzjoni. L-eliminazzjoni ta' HBCDD fil-qafas tal-Konvenzjoni saret, madankollu, soġġett għal eżenzjoni speċifika, jiġifieri l-użu ta' HBCDD fil-polistiren estiż u l-polistiren estruż fil-bini u l-produzzjoni ta' HBCDD għal dak l-għan.

(3)

Minħabba l-emendar tal-Konvenzjoni, hemm il-ħtieġa li jiġu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, billi HBCDD jiżdied mal-annessi u jiġu indikati l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti, sabiex ikun żgurat li l-iskart li jkun fih HBCDD jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. HBCDD għandu jiġi elenkat fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004.

(4)

Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 ġew iffissati permezz tal-applikazzjoni tal-istess metodoloġija li intużat għall-istabbilment tal-valuri limitu fl-emendi preċedenti tal-Annessi IV u V (4). Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti huma kkunsidrati l-iktar xierqa biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa umana u l-ambjent minħabba d-distruzzjoni jew t-trasformazzjoni irriversibbli tal-HBCDD. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, u b'mod partikolari r-reviżjoni tal-linji gwida tekniċi (5) tal-Konvenzjoni ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, il-limitu ta' konċentrazzjoni fl-Anness IV għandu jiġi rivedut mill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bil-ħsieb li jitbaxxa l-livell limitu.

(5)

Biex jingħata biżżejjed żmien lill-kumpaniji u l-awtoritajiet kompetenti jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, dan ir-Regolament għandu jibda japplika biss minn sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mit-30 ta' Settembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta' Frar 2004 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġiż Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.2.2004, p. 35).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1195/2006 tat-18 ta' Lulju 2006 li jemenda l-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar inkwinanti organiċi persistenti (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2007 tas-16 ta' Frar 2007 li jemenda l-Anness V tar-Regolament Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 55, 23.2.2007, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2010 tal-24 ta' Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 20) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1342/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 67).

(5)  Id-Deċiżjoni BC-12/3

(6)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 850/2004, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

Lista ta' sustanzi soġġetti għal dispożizzjonijiet ta' ġestjoni tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 7

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

“Eżabromoċiklododekan (*)

25637-99-4,

3194-55-6,

134237-50-6,

134237-51-7,

134237-52-8

247-148-4

221-695-9

1 000  mg/kg, suġġett għal reviżjoni mill-Kummissjoni sal-20 ta' April 2019.

Fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004, il-Parti 2, it-tabella tinbidel bit-tabella li ġejja:

“Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE

Limiti ta' konċentrazzjoni massima ta' sustanzi elenkati fl-Anness IV (1)

Operat

10

SKART MINN PROĊESSI TERMALI

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs): 10 000  mg/kg;

Aldrin: 5 000  mg/kg;

Klordan: 5 000  mg/kg;

Klordekan: 5 000 mg/kg;

DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis (4-klorofenil) etan): 5 000  mg/kg;

Dieldrin: 5 000  mg/kg;

Endosulfan: 5 000  mg/kg;

Endrin: 5 000  mg/kg;

Ettaklor: 5 000  mg/kg;

Eżabromofenil: 5 000 mg/kg;

Eżabromoċiklododekan (3)1 000  mg/kg;

Eżaklorobenżen:5 000 mg/kg;

Eżaklorobutadjen: 1 000  mg/kg;

Eżakloroċikloeżani, inkluż lindan: 5 000  mg/kg;

Mireks: 5 000  mg/kg;

Pentaklorobenżen: 5 000  mg/kg;

Aċidu perfluworuoktan sulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS) (C8F17SO2X) (X = OH, Melħ metalliku (O-M+), aloġenur, amid, u derivattivi oħrajn inkluż polimeri): 50 mg/kg;

Bifenili Poliklorinati (PCB) (4): 50 mg/kg;

Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani: 5 mg/kg;

Naftalini poliklorurati *: 1 000  mg/kg;

Somma ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O), etere tal-pentabromodifenil (C12H5Br5O), etere tal-eżabromodifenil (C12H4Br6O) u etere tal-eptabromodifenil (C12H3Br7O): 10 000  mg/kg;

Toksafen: 5 000  mg/kg.

Ħażna permanenti għandha tkun permessa biss meta jiġu milħuqin il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

Il-ħażna ssir f'wieħed mill-postijiet li ġejjin:

formazzjonijiet sikuri, fondi u taħt l-art fil-blat iebes;

minjieri tal-melħ

sit ta' miżbla għal skart perikoluż, sakemm l-iskart ikun solidifikat jew parzjalment stabbilizzat fejn dan hu teknikament fattibbli kif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tal-iskart fis-sottokapitolu 19 03 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE

(2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (5) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (6) kienu rispettati;

(3)

Intwera li l-operazzjoni magħżula hija ambjentalment preferibbli

10 01

Skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta' kombustjoni (minbarra 19)

10 01 14  * (2)

Rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojler minn ko-inċinerazzjoni li jkun fiha sustanzi perikolużi

10 01 16 *

Irmied li jtir minn ko-inċinerazzjoni li jkun fih sustanzi perikolużi

10 02

Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

10 02 07 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi

10 03

Skart mill-metallurġija termali tal-aluminju

10 03 04 *

Gagazza tal-produzzjoni primarja

10 03 08 *

Gagazza tal-melħ minn produzzjoni sekondarja

10 03 09 *

Ħmieġ iswed tal-metall minn produzzjoni sekondarja

10 03 19 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 03 21 *

Partikuli oħra u trab (inkluż trab minn mitħna bl-isferi) li fihom sustanzi perikolużi

10 03 29 *

Skart mit-trattament tal-gagazza tal-melħ u ħmieġ iswed li fihom sustanzi perikolużi

10 04

Skart minn metallurġija termali taċ-ċomb

10 04 01 *

Gagazza minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 02 *

Ħmieġ u xkuma minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 04 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 04 05 *

Partikuli oħra u trab

10 04 06 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 05

Skart minn metallurġija termali taż-żingu

10 05 03 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 05 05 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 06

Skart minn metallurġija termali tar-ram

10 06 03 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 06 06 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 08

Skart minn metallurġija termali oħra mhux ferruża

10 08 08 *

Gagazza tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 08 15 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 09

Skart mill-ikkastjar ta' biċċiet ferrużi

10 09 09 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

16

SKART MHUX SPEĊIFIKAT MOD IEĦOR FIL-LISTA

16 11

Żilġ u materjal refrattarju tal-iskart

16 11 01 *

Żilġ ibbażat fuq il-karbonju u materjal refrattarju minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

16 11 03 *

Żilġ u materjal refrattarju oħra minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

17

SKART TAL-KOSTRUZZJONI U TWAQQIGĦ (INKLUŻ ĦAMRIJA SKAVATA MINN SITI KONTAMINATI)

17 01

Konkrit, briks, madum u ċeramika

17 01 06 *

Taħlitiet ta', jew frazzjonijiet separati ta' konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom sustanzi perikolużi

17 05

Ħamrija (inkluża ħamrija skavata minn siti kontaminati), ġebel u ħama mit-tħammil

17 05 03 *

Ħamrija u ġebel li fihom sustanzi perikolużi

17 09

Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ

17 09 02 *

Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ li fih il-PCB, ħlief tagħmir li fih il-PCB

17 09 03 *

Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ (inkluż skart imħallat) li fih sustanzi perikolużi

19

SKART MINN FAĊILITAJIET TAL-ĠESTJONI TAL-ISKART, IMPJANTI MHUX FUQ IS-SIT GĦAT-TRATTAMENT TAL-ILMA MORMI U L-PREPARAZZJONI TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U ILMA MILL-UŻU INDUSTRIJALI

19 01

Skart mill-inċinerazzjoni jew piroliżi tal-iskart

19 01 07 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

19 01 11 *

Irmied tal-qiegħ u gagazza li fihom sustanzi perikolużi

19 01 13 *

Irmied li jtir li fih sustanzi perikolużi

19 01 15 *

Trab tal-bojler li fih sustanzi perikolużi

19 04

Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni

19 04 02 *

Irmied li jtir u skart mit-trattament tat-trab li joħroġ miċ-ċmieni

19 04 03 *

Fażi solida mhux vitrifikata

Il-limitu ta' konċentrazzjoni massima ta' dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD u PCDF) għandu jiġi kkalkulat skont il-Fatturi ta' Ekwivalenza Tossika (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003”


(*)  “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri kollha maġġuri tiegħu; alfa-eżabromoċiklododekan, beta-eżabromoċiklododekan u gamma-eżabromoċiklododekan.”

(1)  Dawn il-limiti japplikaw esklussivament għal miżbla ta' skart perikoluż u ma japplikawx għal faċilitajiet ta' ħżin taħt l-art permanenti għal skart perikoluż, inkluż minjieri tal-melħ.

(2)  Kull start immarkat b'asterisk “*” hu kkunsidrat bħala skart perikoluż skont id-Direttiva 2008/98/KE u huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(3)  “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri kollha maġġuri tiegħu; alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan

(4)  Għandu japplika l-metodu ta' kalkulazzjoni mniżżel fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1)

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart u f'terraferma artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta' u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27).