24.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/440

tat-23 ta' Marzu 2016

li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-atrażina f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 17 u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-atrażina, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

L-awtorizzazzjonijiet kollha li diġà jeżistu għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-atrażina ġew irrevokati. F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-MRLs stabbiliti għal dik is-sustanza attiva fl-Annessi II u III għandhom jiġu mħassra.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem; “l-Awtorità”, sabiex tipprovdi opinjoni xjentifika dwar l-MRLs temporanji, li ġew stabbiliti għaċ-ċereali, wara tolleranza tal-importazzjoni mitluba mill-Arġentina. AbbażI tal-provi tar-residwu sottomessi mill-applikant b'appoġġ għall-użu tal-atrażina fuq qamħirrum f'konformità mal-Prattiki Agrikoli Tajba tal-Arġentina, l-Awtorità ikkonkludiet (2) li l-MRLs għall-atrażina fiċ-ċereali għandhom jonqsu għall-livell ta' 0,05 mg/kg. Dan il-livell jikkorispondi mal-limitu relevanti eżistenti ta' determinazzjoni għall-atrażina fi prodotti li joriġinaw mill-pjanti. L-MRLs proposti ma joħolqux riskju ta' saħħa fuq il-konsumatur għall-konsumaturi Ewropej.

(4)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs li saret permezz ta' dan ir-Regolament, u li għalihom l-informazzjoni turi li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli taż-żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li kienu mmanifatturati qabel it-13 ta' Ottubru 2016.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-13 ta' Ottubru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-opinjoni motivata dwar l-isettjar ta' livell massimu ta' residwu ġdid għall-atrażina fiċ-ċereali. EFSA Journal 2015;13(6):4126 [21 pp.].


ANNESS

L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness III, il-kolonna għall-atrażina titħassar.

(2)

Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonna għall-atrażina titħassar.

(3)

Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-atrażina:

“Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)

Kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Atrażina (F)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,05 (*)

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż/ġellewż Ewropew

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Ċawsli iswed (Dewberries)

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn

 

0160000

Frott differenti bil

 

0161000

(a)

qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Jambolan

 

0161990

Oħrajn

 

0162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħira

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frotta tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk/frott tal-kaktus

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn

 

0163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbira

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durjan

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberu

0,05 (*)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għerq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin tuberuż

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Sassefrika

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift/nevew

 

0213990

Oħrajn

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,05 (*)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,05  (*)

0231000

(a)

solanacea

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu (kapsikum)

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Okra

 

0231990

Oħrajn

 

0232000

(b)

kukurbiti tal-qoxra kommestibbli

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Gherkins (ħjar żgħir)

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(c)

cucurbits tal-qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara' aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,05 (*)

0241000

(a)

brassica li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn

 

0242000

(b)

brassika bir-ras

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell

 

0242020

Kaboċċi bir-ras

 

0242990

Oħrajn

 

0243000

(c)

Brassica mwerqa

 

0243010

Kaboċċa Ċiniża

 

0243020

Kale

 

0243990

Oħrajn

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,05 (*)

0251000

(a)

ħass u pjanti tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Escaroles/Indivja tal-weraq wiesa'

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta' Brassica)

 

0251990

Oħrajn

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tal-pitravi

 

0252990

Oħrajn

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u u ta' speċijiet simili

 

0254000

(d)

krexxuni

 

0255000

(e)

witloof/indivja tal-Belġju

 

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat salvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Sagħtar

 

0256080

Ħabaq u l-fjuri tiegħu li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stragun

 

0256990

Oħrajn

 

0260000

Legumi

0,05 (*)

0260010

Fażola (bil-miżwed)

 

0260020

Fażola (bla miżwed)

 

0260030

Piżelli (bil-miżwed)

 

0260040

Piżelli (bla miżwed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,05 (*)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

 

0270090

Qlub tal-palma

 

0270990

Oħrajn

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,05 (*)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjaturi

 

0300000

ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

0,05 (*)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini

 

0300990

Oħrajn

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,05 (*)

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-kolza

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' ħamra

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

 

0401990

Oħrajn

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Il-qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn

 

0500000

ĊEREALI

0,05  (*)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloż oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,1 (*)

0610000

Tejiet

 

0620000

Żrieragħ tal-kafè

 

0630000

Infusjonijiet erbali minn

 

0631000

(a)

fjuri

 

0631010

Kamomilla

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Tè tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn

 

0633000

(c)

għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn

 

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Grupp Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,1 (*)

0800000

ĦWAWAR

0,1 (*)

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

 

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Ħlewwa sewda/kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn

 

0820000

Ħwawar tal-frott

 

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Ħlewwa

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Bżar (iswed, aħdar u abjad)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja

 

0820990

Oħrajn

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

 

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

 

0840020

Ġinġer

 

0840030

Żagħfran tal-Indja

 

0840040

Għerq tal-mustarda

 

0840990

Oħrajn

 

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

 

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

 

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn

 

0870000

Ħwawar tal-aril

 

0870010

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,05 (*)

0900010

Pitravi taz-zokkor

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI — ANNIMALI TAL-ART

 

1010000

Tessuti minn

 

1011000

(a)

ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Tessut xaħmi

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Tessut xaħmi

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Tessut xaħmi

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Tessut xaħmi

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Tessut xaħmi

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn

 

1016000

(f)

tjur

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Tessut xaħmi

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

annimali terrestri oħrajn imrobbijin

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Tessut xaħmi

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn

 

1020000

Ħalib

 

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

Bajd tat-tjur

 

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

0,05  (*)

1050000

Anfibji u Rettili

 

1060000

Annimali terrestri invertebrati

 

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

 


(*)  Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika

(1)  Għall-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.

(F)

=

Idub fix-xaħam”