23.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/433

tat-22 ta' Marzu 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Istati Uniti huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (4) jistipula li għandu jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

Fil-15 ta' Jannar 2016, l-Istati Uniti kkonfermaw il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H7N8 f'azjenda agrikola waħda fl-Istat ta' Indiana u, għaldaqstant, ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-Istat ta' Indiana. Implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

(6)

Wara t-tifqigħa, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/148 (5) li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N8 ġie adottat biex jirrestrinġi l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti mill-Istat ta' Indiana.

(7)

L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI, li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, jixraq li tiġi modifikata l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex jiġu koperti biss ċertu partijiet tal-Istat ta' Indiana, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat preċedenti.

(8)

L-Istati Uniti rrappurtaw ukoll it-tlestija tal-miżuri tat-tindif u tad-diżinfettar matul Jannar 2016 wara l-qerda tat-tjur fl-azjenda fejn seħħet it-tifqigħa tal-HPAI u azjendi oħra li kienu marbuta b'mod epidemjoloġiku ma' dik l-azjenda. Huwa xieraq li tiġi indikata d-data meta dawn il-partijiet tat-territorju, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawn it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jiġu awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawn iż-żoni.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/148 tal-4 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N8 (ĠU L 30, 5.2.2016, p. 17).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti dwar l-Istat ta' Indiana US-2.21.1 tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kun_dizzjonijiet spe_ċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US — L-Istati Uniti

US-2.21.1

L-Istat ta' Indiana:

 

Il-Kontea ta' Dubois

 

Il-Kontea ta' Martin

WGM

VIII

P2

15.1.2016

1.5.2016

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1”