|
9.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/329
tat-8 ta' Marzu 2016
dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha u għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin, għall-ħnieżer nisa u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lohmann Animal Nutrition GmbH)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet porċini u tat-tjur biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta' Ġunju 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, is-6-fitażi ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb id-diġestibbiltà tal-fosforu, l-utilizzazzjoni tal-fosforu jew il-mineralizzazzjoni tal-għadam tat-tiġieġ tal-bajd, tat-tiġieġ għat-tismin, tal-kategoriji kollha tal-ħnieżer u tad-dundjani għat-tismin. L-Awtorità qieset li dawn il-konklużjonijiet jistgħu jiġu estiżi għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu u għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir. Barra minn hekk, din iddeterminat li l-konklużjonijiet jistgħu jiġu estrapolati għall-ispeċijiet minuri kollha tal-pollam u għal speċijiet tat-tjur oħra sal-età meta jistgħu jibdew ibidu u li jkunu mrobbija biex ibidu. Bl-istess mod, il-konklużjonijiet misluta għall-ħnieżer jistgħu jiġu estrapolati għall-ispeċijiet minuri tal-porċini. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tas-6-fitażi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) The EFSA Journal 2015; 13(7):4159.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||
|
4a23 |
Lohmann Animal Nutrition GmbH |
6-fitażi EC 3.1.3.26 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tas-6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 25375) b'attività minima ta': 40 000 U (1)/g Forma solida u likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 25375) Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tas-6-fitażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat –VDLUFA Method Book, Vol. III, 27.1.1 Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tas-6-fitażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf minerali: il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — VDLUFA Method Book, Vol. III, 27.1.3 Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tas-6-fitażi fl-għalf: il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — EN ISO 30024. |
It-tiġieġ għat-tismin u mrobbija biex ibidu, l-ispeċijiet kollha tat-tjur għat-tismin u mrobbija biex ibidu ħlief għad-dundjani għat-tismin u mrobbija għat-tgħammir |
— |
250 U |
— |
|
Id-29 ta' Marzu 2026 |
||||
|
L-ispeċijiet kollha tat-tjur tal-bajd |
125 U |
||||||||||||
|
Id-dundjani għat-tismin u mrobbija għat-tgħammir |
500 U |
||||||||||||
|
Il-ħnienes (miftuma), il-ħnieżer għat-tismin, il-ħnieżer nisa u l-ispeċijiet minuri tal-porċini |
250 U |
||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta' enzimi li jillibera mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku kull minuta minn substrat ta' fitat tas-sodju b'pH ta' 5,5 u f'37 °C.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx