27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/276

tal-25 ta' Frar 2016

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Fil-25 ta' Frar 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/280 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja, li testendi l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi sat-28 ta' Frar 2017 u li temenda l-Anness I u tħassar l-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit mit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)   ĠU L 352M, 20.5.2006, p. 432.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/280 tal-25 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ara l-paġna 30 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

1.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni ‘Għall-Mertu’ grad III mill-President Lukashenka.

2.

Paulichenka, Dzmitry Valerievich

Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

ПАЎЛIЧЭНКА, Дзмiтрый Валер'евiч

ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

Data tat-twelid: 1966

Post tat-Twelid: Vitebsk

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

Negozjant, Kap tal-‘Unur’, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

3.

Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich)

Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 26.5.1958,

Post tat-Twelid: Hrodna region

Indirizz:

Управлениe Делами Президента

ул. К.Маркса, 38

220016, г. Минск

Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

4.

Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

СIВАКАЎ, Юрый Леанiдавiч

СИВАКОВ, Юрий Леонидович

Data tat-twelid: 5.8.1946

Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

Indirizz:

Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.”