18.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/226

tas-17 ta' Frar 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2022/95 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja. Skont investigazzjoni ulterjuri, li stabbilixxiet li d-dazju kien qed jiġi assorbit, il-miżuri kienu emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 (3) Wara rieżami ta' skadenza u rieżami interim skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) rispettivament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (4), il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 658/2002 (5), impona dazju definittiv antidumping ta' EUR 47,07 għal kull tunnellata fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja. Sussegwentement, sar rieżami interim tal-ambitu tal-prodott skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 u, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 (6), dazju definittiv antidumping li jvarja bejn EUR 41,42 għal kull tunnellata u EUR 47,07 għal kull tunellata kien impost fuq l-importazzjonijiet ta' fertilizzanti solidi li joriġinaw mir-Russja b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jeċċedi 80 % tal-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20.

(2)

Wara t-tieni rieżami ta' skadenza u t-tieni rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-miżuri antidumping deskritti fil-premessa preċedenti (kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 945/2005), nżammu bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 (7), ħlief għall-EuroChem Group, li għalih l-ammont fiss ta' dazju kien ivarja bejn EUR 28,88 u EUR 32,82 għal kull tunnellata.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2008/577/KE (8), il-Kummissjoni aċċettat l-offerti tal-impenn b'limitu kwantitattiv minn, fost l-oħrajn, il-produtturi Russi Open Joint Stock Company (JSC bir-Russu OAO) Acron u JSC Dorogobuzh.

(4)

Permezz ta' sentenza tal-10 ta' Settembru 2008 (9), interpretata b'sentenza tad-9 ta' Lulju 2009 (10), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 f'dak li kien jikkonċerna Open Joint Stock Company (JSC) Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (Kirovo), parti minn OJSC UCC Uralchem (Uralchem). Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 989/2009 (11), emenda r-Regolament (KE) Nru 661/2008 skont dan. Konsegwentement, għall-kumpanija Kirovo d-dazju antidumping (EUR 47,07 kull tunnellata) japplika biss għal importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90.

(5)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 (12), il-Kummissjoni żammet il-miżuri antidumping (kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 989/2009), wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(6)

Fis-16 ta' Settembru 2015 Kirovo innotifikat lill-Kummissjoni bir-riorganizzazzjoni ppjanata tagħha fi ħdan il-grupp ta' kumpaniji Uralchem. Mill-1 ta' Ottubru 2015 Kirovo effettivament ma għadhiex kumpanija b'ishma konġunti fi ħdan OJSC UCC Uralchem (Uralchem), iżda saret fergħa ta' Uralchem, imsejjħa Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat Brach ta' OJSC UCC Uralchem (Kirovo Branch). Il-kumpanija sostniet li l-għan ta' din ir-riorganizzazzjoni kienet sabiex ittejjeb il-governanza korporattiva tal-grupp Uralchem kollu kemm hu.

(7)

Uralchem għandha sit ieħor ta' produzzjoni, il-fergħa f'Azot ta' Uralchem, li tinsab f'Berezniki (ir-Russja), li għaliha jiġi applikat id-dazju antidumping (EUR 47,07 kull tunnellata) għat-tipi kollha ta' nitrat tal-ammonju speċifikati fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjpni (UE) Nru 999/2014. Għalhekk, ir-riskju ta' evażjoni jeħtieġ li jiġi vvalutat minħabba l-fatt li issa hemm żewġ fergħat (Berezniki u Kirovo) fi ħdan l-istess entità legali li jipproduċu nitrat tal-ammonju.

(8)

B'hekk il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija u kull informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tagħha u kkonkludiet li r-riskju ta' ċirkomvenzjoni ta' miżuri tal-antidumping fil-fergħat differenti ta' Uralchem huwa baxx għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt.

(9)

L-ewwel nett, peress li l-bidla tal-miżuri wara r-Regolament (KE) Nru 989/2009 (meta d-dazji antidumping applikabbli għal Kirovo kienu limitati biss għal importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90) m'hemm l-ebda evidenza li Uralchem tkun użat skorrettament l-eżenzjoni applikabbli għal Kirovo. Tabilħaqq, l-importazzjonijiet ta' AN li bħalissa ma jaqgħux fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 3102 30 90 u 3102 40 90 baqgħu stabbli minn mindu saret l-emenda tal-miżuri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni m'għandha l-ebda indikazzjonijiet li l-impjant ta' Berenzki kien ddikjara ħażin xi parti mill-produzzjoni tiegħu bħala li ġew prodotti minn Kirovo, u b'hekk li abbuża mill-eżenzjoni mogħtija lil Kirovo.

(10)

It-tieni, Uralchem qalet li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fir-Russja, il-fertilizzanti huma suġġetti għal reġistrazzjoni obbligatorja u l-immarkar, inklużi l-isem legali propja u l-indirizz fiżiku tas-sit ta' produzzjoni. Is-sit ta' produzzjoni tal-manifattur għandu jkun inkluż ukoll f'għadd ta' dokumenti uffiċjali oħra. Fl-aħħar nett, jekk in-nitrat tal-ammonju huwa esportat, is-sit tal-produzzjoni għandu jkun jinsab f'għadd ta' dokumenti obbligatorji, bħad-dikjarazzjoni doganali għall-esportazzjoni, iċ-ċertifikat ta' oriġini u n-noti ta' kunsinna. Għalhekk, huwa probabbli li ladarba l-kodiċi addizzjonali TARIC A959 jiġi attribwit lil fergħa ta' Kirovo ta' Uralchem, kwalunkwe sit tal-produzzjoni ieħor tal-grupp ikun qed jużah b'mod ħażin.

(11)

It-tielet nett, permezz ta' ittra indirizzata lill-Kummissjoni, datata t-13 ta' Ottubru 2015, Uralchem impenjat ruħha li mhux se tinvolvi ruħha fi kwalunkwe azzjoni li tista' twassal biex jintuża ħażin il-kodiċi addizzjonali TARIC A959, jiġifieri billi tesporta lejn l-Unjoni, skont dak il-kodiċi TARIC, prodotti mhux magħmula fil-fergħa ta' ibbażata f'Kirovo-Chepetsk, Kirov Oblast.

(12)

Ir-raba' nett, il-kapaċità massima tal-impjanti ta' Berezniki u Kirovo hija wkoll magħrufa mill-Kummissjoni u hemm bżonn ta' diversi snin sabiex jinbnew faċilitajiet ġodda u tiżdied il-kapaċità eżistenti. Għalhekk, kwalunkwe żieda ta' importazzjonijiet imminenti fil-futur, b'mod partikolari 'l fuq mill-kapaċità massima tal-impjant ta' Kirovo, tista' twassal għal investigazzjoni ex-officio kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

(13)

Madankollu, sabiex ikomplu jnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji ta' ċirkomvenzjoni, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' dazji antidumping individwali applikabbli għad-diversi fergħat fi ħdan Uralchem. Uralchem trid tippreżenta fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri. Il-fattura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl- Artikolu 1, it-tielet paragrafu ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura se jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(14)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 999/2014. Dawk il-partijiet ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. Uralchem u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa ssottomettew kummenti. Il-kummenti tagħhom ġew meqjusa.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 għandu jinqara kif ġej:

“(b)

Fil-każ ta' oġġetti prodotti minn ‘KCKK Branch of Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem in Kirovo-Chepetsk’ (Kodiċi addizzjonali TARIC A959):

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont fiss ta' dazju (EUR/tunnellata)

Nitrat tal-ammonju ħlief f'soluzzjonijiet tal-ilma

3102 30 90

47,07

Taħlitiet ta' nitrat tal-ammonju mal-karbunat tal-kalċju jew sustanzi oħra inorganiċi mhux fertilizzanti, b'kontenut ta' nitroġenu li jaqbeż it-28 % bil-piż

3102 40 90

47,07

Għall-oġġetti msemmija fil-paraagrafu 1 prodotti minn KCKK Branch of Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem f'Kirovo-Chepetsk u li mhumiex imsemmija fit-tabbella t'hawn fuq, m'għandu japplika l-ebda dazju antidumping.

In-nuqqas ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe dazju antidumping għal ċerti prodotti magħmula mill-Fergħa KCKK ta' Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem f'Kirovo-Chepetsk għandha tkun kundizzjonali fuq preżentazzjoni minn Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida tal-entità, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjali tal-entità li joħroġ tali fatturi, fejn jidentifika ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: ‘ Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (l-volum) ta' nitrat tal-ammonju mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien manifatturat minn (Fergħa KCKK ta' Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem f'Kirovo-Chepetsk u indirizz) Kodiċi addizzjonali TARIC A959) fir-Russja. Niddikjara li l-informazzjoni provduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.’ Jekk ma tiġi ppreżentata ebda tali fattura, ir-rata ta' dazju applikabbli ‘għall-kumpaniji l-oħra kollha’ għandha tapplika għat-tipi ta' prodotti kollha ta' nitrat tal-ammonju magħmula mill-Fergħa KCKK ta' Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem f'Kirovo-Chepetsk”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 tas-16 ta' Awwissu 1995 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 198, 23.8.1995, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 tat-23 ta' Marzu 1998 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 93, 26.3.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 tal-15 ta' April 2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw, inter alia, mill-Ukraina, wara r-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 tat-8 ta' Lulju 2008 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) u rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE tal-4 ta' Lulju 2008 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja u fl-Ukrajna (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 43).

(9)  Kawża T-348/05: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs il-Kunsill, 10 ta' Settembru 2008, Ġabra 2008 p. II-00159, punt 1 tal-parti operattiva.

(10)  Kawża T-348/05 INTP: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs il-Kunsill, 9 ta' Lulju 2009, Ġabra 2009 II-00116, punt 1 tal-parti operattiva.

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 1).

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 tat-23 ta' Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19).