4.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/143

tat-18 ta' Jannar 2016

li jemenda l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mas-COS-OGA, mas-cerevisane, mal-idrossidu tal-kalċju, mal-leċitina, mas-Salix spp cortex, mal-ħall, mal-fruttożju, mal-iżolat 1906 tal-vajrus Pepino mosaic tar-razza CH2, mal-iżolat WCS850 tal-Verticillium albo-atrum u mal-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-COS-OGA, is-cerevisane, l-idrossidu tal-kalċju, il-leċitina, is-Salix spp cortex, il-ħall, il-fruttożju, l-iżolat 1906 tal-vajrus Pepino mosaic tar-razza CH2, l-iżolat WCS850 tal-Verticillium albo-atrum u l-Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747, ma ġewx stipulati MRLs speċifiċi. Peress li dawk is-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fir-rigward tal-COS-OGA, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet (2) li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(3)

Dwar is-cerevisane, l-Awtorità kkonkludiet (3) li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(4)

Dwar l-iżolat 1906 tal-vajrus Pepino mosaic tar-razza CH2, l-Awtorità kkonkludiet (4) li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(5)

L-idrossidu tal-kalċju huwa approvat bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/762 (6), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(6)

Is-sustanza bażika “leċitina” hija approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1116 (7), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(7)

Is-Salix spp cortex hija approvata bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1107 (8), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(8)

Il-ħall huwa approvat bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1108 (9), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(9)

Il-fruttożju huwa approvat bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1392 (10), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(10)

L-iżolat WCS850 tal-Verticillium albo-atrum ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE (11) u huwa meqjus bħala approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-esponiment naturali għall-iżolat WCS850 tal-Verticillium albo-atrum huwa ħafna ogħla mill-esponiment marbut mal-użu ta' dik is-sustanza bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. L-Awtorità kkonkludiet (12) li l-iżolat WCS850 tal-Verticillium albo-atrum mhux magħruf li huwa patoġeniku għall-bniedem u ma jipproduċix tossini jew metaboliti sekondarji sinifikanti waqt il-proċess tal-manifattura. Għaldaqstant, huwa xieraq li dik is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(11)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2014 (13) approva s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747. L-Awtorità kkonkludiet (14) li, fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju djetetiku għall-konsumaturi, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Ir-rapport ta' reviżjoni għal dik is-sustanza (15) ddikjara li mhijiex patoġenika għall-bniedem u mhux mistenni li tipproduċi tossini li huma rilevanti għal saħħet il-bniedem. Għaldaqstant, huwa xieraq li dik is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f'ordni alfabetika: “COS-OGA”, “cerevisane”, “idrossidu tal-kalċju”, “leċitina”, “Salix spp cortex”, “ħall”, “fruttożju”, “iżolat 1906 tal-vajrus Pepino mosaic tar-razza CH2”, “iżolat WCS850 ta' Verticillium albo-atrum” u “Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2014. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance COS-OGA. (Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva COS-OGA.) EFSA Journal 2014;12(10):3868, 39 pp.

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2014. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance cerevisane (cell walls of Saccharomyces cerevisiae strain LAS117). (Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva cerevisane (il-ħitan taċ-ċelluli ta' Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS117).) EFSA Journal 2014;12(6):3583, 39 pp.

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Pepino mosaic virus strain CH2 isolate 1906. (Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva l-iżolat 1906 tal-vajrus Pepino mosaic tar-razza CH2.) EFSA Journal 2015;13(1):3977, 25 pp..

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/762 tat-12 ta' Mejju 2015 li japprova s-sustanza bażika idrossidu tal-kalċju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 120, 13.5.2015, p. 6).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1116 tad-9 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika leċitina skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 182, 10.7.2015, p. 26).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1107 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika Salix spp cortex, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 72).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1108 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika l-ħall skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 75).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1392 tat-13 ta' Awwissu 2015 li japprova s-sustanza bażika fruttożju f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 215, 14.8.2015, p. 34).

(11)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 6).

(12)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Verticillium albo-atrum (strain WCS850). (Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva Verticillium albo-atrum (ir-razza WCS850).) EFSA Journal 2013;11(1):3059. [22 pp.]

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum razza D747, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għal dik is-sustanza attiva (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 1).

(14)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2014. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum strain D747. (Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747.) EFSA Journal 2014;12(4):3624, 29 pp.

(15)  Ir-rapport ta' reviżjoni għas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum tar-razza D747 [iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2014] SANCO/11391/2014 — rev. 1, l-10 ta' Ottubru 2014.