4.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/142

tat-2 ta' Diċembru 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti msemmi fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament għandu jsir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri fil-kuntest tal-iżvilupp rurali. L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġew emendati permezz tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 (3) wara n-notifiki li bagħtu l-Istati Membri dwar il-prodott stmat tat-tnaqqis skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(2)

Fir-Renju Unit, il-leġiżlazzjoni li timplimenta r-regoli tal-Unjoni dwar il-pagamenti diretti f'Wales ġiet annullata minn ordni tal-qorti nazzjonali. Minħabba f'hekk, ir-Renju Unit ħa deċiżjonijiet ġodda dwar l-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti f'Wales u avża lill-Kummissjoni dwarhom. Filwaqt li huwa r-Renju Unit li għandu jiżgura li dawn id-deċiżjonijiet il-ġodda jkunu jħarsu l-qafas legali applikabbli u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, huwa xieraq li jitqiesu dawn id-deċiżjonijiet il-ġodda. B'mod aktar preċiż, minħabba li dawk id-deċiżjonijiet il-ġodda jolqtu l-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti msemmi fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għar-Renju Unit, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu adattati kif xieraq.

(3)

Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(4)

Minħabba li l-emendi li qed isiru permezz ta' dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 għall-2015, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 qed jiġi emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 qed jiġi emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 16).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għar-Renju Unit qed tinbidel b'dan li ġej:

“Renju Unit

475 531 544

848 443 195

850 859 320

754 569 938

754 399 511

755 442 113

756 171 870

5 195 417 491 ”

(2)

L-entrata għat-Total għall-UE-28 qed tinbidel b'dan li ġej:

“Total UE-28

5 264 723 001

18 149 536 729

18 649 599 495

14 337 026 697

14 346 899 509

14 296 293 137

14 299 181 797

99 343 260 365 ”

(3)

L-entrata għat-Total qed tinbidel b'dan li ġej:

“Total

5 298 853 700

18 183 668 706

18 683 732 774

14 371 161 305

14 381 035 473

14 330 430 483

14 333 320 553

99 582 202 994 ”


ANNESS II

Fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-entrata għar-Renju Unit qed tinbidel b'dan li ġej:

“Renju Unit

3 170,7

3 177,3

3 183,6

3 192,2

3 201,4

3 591,7 ”