|
28.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/67 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/103
tas-27 ta' Jannar 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 stabbilixxa Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS). |
|
(2) |
Ir-rwol tas-COSS jikkonsisti fiċ-ċentralizzar tax-xogħlijiet tal-kumitati stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti u l-protezzjoni tal-għajxien u l-kundizzjonijiet ta' xogħol abbord il-bastimenti. |
|
(3) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ġdida kollha adottata fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri għandha tipprevedi rikors għall-COSS. |
|
(4) |
Sa mill-emenda tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 diversi atti ġodda tal-Unjoni adottati fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis minn bastimenti jipprevedi li l-Kummissjoni għanda tiġi megħjuna minn COSS, b'mod partikolari, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikolu 38 tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(5) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 4d(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE (11), l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u l- Artikolu 19(5) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 (13) jipprevedu rikors lill-COSS. |
|
(6) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, l-atti tal-Unjoni li ġejjin imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament ġew irrevokati: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (14), id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (15), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (16), id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE (17), id-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u r-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). |
|
(7) |
L-atti Komunitarji li ġejjin imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament 2099/2002 ġew riformulati mill-ġdid: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (21) li ġiet riformulata fid-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u r-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE (24) ġiet riformulata fid-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 jinbidel b'dan li ġej:
|
“2. |
‘Leġislazzjoni marittima Komunitarja’ tfisser l-atti t'hawn taħt:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.
(2) Id-Direttiva Nru 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33).
(3) Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24).
(6) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(7) Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114).
(8) Id-Direttiva Nru 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).
(9) Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 19.7.2014, p. 12).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 tal-4 ta' Marzu 1991 dwar it-trasferiment ta' vapuri minn reġistru għal ieħor fi ħdan il-Komunità (ĠU L 68, 15.3.1991, p. 1).
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar kondizzjonijiet minimi għal vapuri ġejjin jew sejrin lejn jew mill-portijiet tal-Komunità u li jġorru prodotti perikolużi jew mniġġsa (ĠU L 247, 5.10.1993, p. 19).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza tal-bastimenti tal-passiġġieri roll-on/roll-off (il-bastimenti ro-ro) (ĠU L 320, 30.12.1995, p. 14).
(17) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1).
(18) Id-Direttiva Nru 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17).
(19) Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 31).
(20) Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).
(22) Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).
(24) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port (ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1).
(25) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).