28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/99

tas-16 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' superviżuri skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 51(5) u l-Artikolu 116(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-proċess tal-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar tal-entitajiet ta' grupp fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi għandu jkun immexxij mis-superviżur konsolidanti li għandu jara li l-membri potenzjali tal-kulleġġ ikollhom il-possibbiltà li jikkummentaw u jipprovdu l-kontribut tagħhom għal dan l-eżerċizzju sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet kollha ta' grupp jiġu identifikati b'mod effiċjenti u l-immappjar ikun jirrifletti informazzjoni preċiża u aġġornata dwar l-entitajiet, inklużi l-fergħat tal-grupp. Sabiex it-twettiq tal-eżerċizzju ta' mmappjar jiġi ffaċilitat, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kollha meħtieġa tinġabar u tiġi riflessa fl-immappjar tal-grupp ta' stituzzjonijiet, u sabiex jitnaqqsu l-kosti tal-konformità kemm għas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u ta' membri oħra tal-kulleġġ, l-immappjar għandu jsir bl-użu ta' mudell komuni.

(2)

Meta s-superviżur konsolidanti jkollu l-intenzjoni li jistieden lil awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat mhux sinifikanti, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, u awtoritajiet rilevanti oħra li jipparteċipaw fil-kulleġġ bħala osservaturi, jeħtieġ li dan jara li l-membri tal-kulleġġ ikunu infurmati minn qabel b'din l-intenzjoni u li jingħataw żmien xieraq sabiex jivvalutaw, jaqblu fuq jew joġġezzjonaw għal din il-proposta. Biex jiġi żgurat li l-proċess ikun ġestit b'mod xieraq, is-superviżur konsolidanti għandu l-ewwel jistieden lill-awtoritajiet eliġibbli li jsiru membri tal-kulleġġ, u mbagħad jipproċedi bi stediniet għal osservaturi potenzjal tal-kulleġġ.

(3)

Qabel ma jaċċettaw stedina indirizzata mis-superviżur konsolidanti lill-osservaturi potenzjal tal-kulleġġ, dawk l-osservaturi potenzjali għandhom ikunu konxji tal-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom kif miftiehma mis-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jkun obbligat jinkludi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni tal-kulleġġ.

(4)

Il-proċess tal-konklużjoni u tal-emendar tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni għandu jitmexxa mis-superviżur konsolidanti li għandu jara li l-membri tal-kulleġġ ikollhom il-possibilità li jikkummentaw u jipprovdu l-kontribut tagħhom għall-arranġamenti proposti, inklużi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti konklużi minn kulleġġi superviżorji jkunu konsistenti, f'termini ta' struttura u ta' dispożizzjonijiet koperti, filwaqt li fl-istess ħin jagħtu lok għal flessibbiltà kif xieraq għall-inklużjoni ta' arranġamenti u ftehimiet speċifiċi għall-kulleġġ, dawn għandhom jiġu żviluppati skont mudell komuni.

(5)

Meta jkun qed jorganizza l-konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ dwar diversi aspetti operattivi tal-ħidma tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika b'mod ċar skadenza xierqa sa meta jkunu mistennija jaslu l-kummenti u l-fehmiet tal-membri tal-kulleġġ.

(6)

Filwaqt li jiġu rikonoxxuti d-diversi kompiti superviżorji li s-superviżur konsolidanti u l-membri l-oħra tal-kulleġġ ikunu jridu jwettqu, u l-kumplessità tagħhom, il-frekwenza minima mistennija ta' laqgħat tal-kulleġġ għandha tkun iffissata għal darba f'sena.

(7)

Minħabba li l-kulleġġi superviżorji jistgħu jiġu organizzati b'substrutturi differenti, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-kulleġġ ikunu infurmati fil-waqt u kif xieraq dwar id-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda taħt substrutturi speċifiċi.

(8)

Għas-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tiġi skambjata bejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ, il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jiġu mħeġġa biex jużaw mezzi ta' komunikazzjoni siguri.

(9)

L-operat effiċjenti u effettiv tal-kulleġġi tas-superviżuri jitlob li l-membri tal-kulleġġ jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jivvalutaw u jieħdu miżuri biex jipproteġu l-interessi tad-depożitaturi u tal-investituri fl-Istati Membri tagħhom u biex jipproteġu l-istabbiltà finanzjarja fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, jekk is-superviżur konsolidanti iqis li biċċa tagħrif partikolari ma tkunx ta' rilevanza għal membru tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun ikkonsultat ma' dak il-membru u jkun ipprovdih bl-elementi kollha meħtieġa biex jivvaluta r-rilevanza.

(10)

Meta r-rieżami li jkun għaddej tal-permess biex jintużaw mudelli interni jiżvela nuqqasijiet f'konformità mal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE, ikun essenzjali li s-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jkunu qed jissorveljaw entitajiet ta' gruppi milquta minn dawn id-dgħufijiet jaħdmu flimkien sabiex jivvalutaw il-materjalità ta' dawn in-nuqqasijiet u jiddeċiedu dwar miżuri xierqa. Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta' supplimentazzjonijiet kapitali jew dwar ir-revoka tal-mudell approvat għandha tittieħed b'mod konġunt mis-superviżur konsolidant u l-membri tal-kulleġġ rilevanti.

(11)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' sinjali bikrija ta' twissija, ta' riskji potenzjali u ta' vulnerabbiltajiet għall-infurmar tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità, huwa importanti li s-superviżur konsolidanti u l-membri l-oħra tal-kulleġġ jaqblu minn qabel fuq ġabra ta' indikaturi li għandhom jiġu skambjati mill-inqas fuq bażi annwali. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komparabbiltà, dawn l-indikaturi għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tad-dejta ta' superviżjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru skont ir- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2).

(12)

Il-proċess tal-istabbiliment u l-aġġornament ta' qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jitmexxa mis-superviżur konsolidanti jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju li għandu jara li l-membri tal-kulleġġ ikunu jistgħu jikkumentaw u jagħtu l-kontribut tagħhom għall-qafas propost.

(13)

Waqt sitwazzjoni ta' emerġenza għandu jkun żgurat li jkun hemm kooperazzjoni effiċjenti u effettiva bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri kollha tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx li jkunu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza u li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, ir-rispons superviżorju għas-sitwazzjoni ta' emerġenza, u l-monitoraġġ u l-aġġornament ta' dan ir-rispons superviżorji jitwettqu b'mod ikkoordinat b'involviment xieraq tas-superviżur konsolidanti u l-membri kollha tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta' entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx ikunu affettwati minn dik is-sitwazzjoni ta' emerġenza. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-membri kollha tal-kulleġġ jinżammu infurmati mis-superviżur konsolidanti dwar l-elementi ewlenin tad-deċiżjonijiet meħuda jew l-informazzjoni skambjata biex tiġi ttrattata is-sitwazzjoni ta' emerġenza.

(14)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib waħda mal-oħra, billi jittrattaw il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri. Sabiex żgur ikun hemm koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt, u sabiex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 51(5) u l-Artikolu 116(5) tad-Direttiva 2013/36/UE jiġu inklużi f'Regolament wieħed.

(15)

Peress li l-maġġoranza l-kbira tal-kulleġġi tas-superviżuri madwar l-UE huma ffurmati f'konformità mal-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, jidher li jkun aktar xieraq li l-ewwel jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE qabel ma jiġi stabbilit dak tal-kulleġġi skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, bl-ewwel waħda tidher li hi pjuttost każ ġenerali, it-tieni każ speċjali.

(16)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) lill-Kummissjoni Ewropea.

(17)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina l-funzjonament operattiv tal-kulleġġ tas-superviżuri (“il-kulleġġ”), iffurmat f'konformità mal-Artikolu 116 u l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

KAPITOLU 2

IL-FUNZJONAMENT OPERATTIV TAL-KULLEĠĠI FFURMATI SKONT L-ARTIKOLU 116 TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

TAQSIMA 1

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi

Artikolu 2

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar ta' grupp ta' istituzzjonijiet

1.   Is-superviżur konsolidanti jissottometti l-abbozz ta' mmappjar, imħejji skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (4), lill-awtoritajiet eliġibbli li jsiru membri tal-kulleġġ skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 (minn hawn'il quddiem “membri potenzjali tal-kulleġġ”), u jistedinhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza propizja għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

2.   Għall-finijiet tal-finalizzazzjonijiet tal-immappjar, u bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kwalunkwe fehma u riżerva espressa mill-membri potenzjali tal-kulleġġ.

3.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-immappjar tal-grupp lill-membri potenzjali kollha tal-kulleġġ.

4.   Is-superviżur konsolidanti jaġġorna l-immappjar, filwaqt li japplika l-proċess definit fil-paragrafi 1 sa 3, mill-inqas fuq bażi annwali jew aktar ta' spiss fil-każ li jkun hemm bidliet sinifikanti fl-istruttura tal-grupp.

5.   Is-superviżur konsolidanti juża l-mudell fl-Anness I għall-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar ta' grupp ta' istituzzjonijiet.

Artikolu 3

L-istabbiliment ta' kulleġġ

1.   Biex jistabbilixxi kulleġġ, is-superviżur konsolidanti jagħmel il-passi li ġejjin:

(a)

is-superviżur konsolidanti jibgħat l-istediniet lill-awtoritajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 3(1) tar Regolament Delegat (UE) 2016/98;

(b)

is-superviżur konsolidanti jinnotifika lill-membri tal-kulleġġ li jkunu aċċettaw l-istedina kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat stedina lill-awtoritajiet kompetenti ta' fergħa mhux sinifikanti biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kulleġġ skont l-Artikolu 3(2) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98.

(c)

is-superviżur konsolidanti jinnotifika lill-membri tal-kulleġġ li jkunu aċċettaw l-istedina kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat stedina lil awtorità ta' superviżjoni ta' pajjiż terz biex tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġ skont l-Artikolu 3(3) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98.

(d)

is-superviżur konsolidanti jinnotifika lill-membri tal-kulleġġ li jkunu aċċettaw l-istedina kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat stedina lil kwalunkwe awtorità li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 3(4) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98 biex jipparteċipaw bħala osservatur fil-kulleġġ.

Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, in-notifika tkun akkumpanjata mill-proposta tas-superviżur konsolidanti dwar il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservatur fil-kulleġġ li għandhom jiġu inklużi fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(c) tar- Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Barra minn hekk, għall-fini tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, in-notifika tkun akkumpanjata mill-opinjoni tas-superviżur konsolidanti dwar il-valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-rekwiżiti dwar kunfidenzjalità u segretezza professjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz.

In-notifika li ssir referenza għaliha fit-tieni subparagrafu tistabbilixxi skadenza xierqa li fi ħdanha kull membru tal-kulleġġ li ma jaqbilx ikun jista', bil-miktub, jesprimi l-oġġezzjoni motivata bis-sħiħ tiegħu għal kwalunkwe aspett tal-proposta jew opinjoni tas-superviżur konsolidanti.

2.   Wara li jintlaħaq ftehim bejn il-membri kollha tal-kulleġġ fuq proposta, ħaġa li tiġi dedotta mis-superviżur konsolidanti jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni sa tmiem l-iskadenza, is-superviżur konsolidanti jibgħat l-istedina lill-awtorità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 1 biex issir osservatur tal-kulleġġ. L-istedina tkun akkumpanjata mill-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservatur kif maqbul mill-membri tal-kulleġġ u tkun inkluża fl-arranġamenti miktuba ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni.

3.   L-awtoritajiet li jirċievu stedina biex isiru membri jew osservaturi jiksbu dan l-istatus meta l-istedina tiġi aċċettata. L-awtoritajiet li jirċievu stedina biex isiru osservaturi jaċċettaw ukoll il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni bħala osservaturi kif innotifikat lilhom mis-superviżur konsolidanti.

4.   L-awtoritajiet li ssir referenza għalihom fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 jistgħu jitolbu li jsiru osservaturi ta' kulleġġ. It-talba rilevanti tiġi indirizzata lis-superviżur konsolidanti. Meta s-superviżur konsolidanti jiddeċiedi li jistieden lil dawn l-awtoritajiet biex jipparteċipaw fil-kulleġġ bħala osservaturi, japplika l-proċessi li ssir referenza għalihom fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, kif applikabbli.

Artikolu 4

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-listi ta' kuntatt

1.   Is-superviżur konsolidanti iżomm u jikkondividi d-dettalji sħaħ ta' kuntatt, inklużi dettalji għall-kuntatt barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju li għandhom jintuża matul sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-komunikazzjoni tiegħu mal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ bl-użu tal-mudell fl-Anness II. Il-lista tal-kuntatt u l-lista tal-kuntatt ta' emerġenza għandha tiġi mehmuża mal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Il-membri tal-kulleġġ jagħtu d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lis-superviżur konsolidanti u jinfurmaw lis-superviżur konsolidanti b'kull tibdil f'dawk id-dettalji mingħajr dewmien bla bżonn.

3.   Kwalunkwe verżjoni aġġornata tal-lista ta' kuntatt u l-lista ta' kuntatt ta' emerġenza tiġi kkomunikata mis-superviżur konsolidanti lill-membri tal-kulleġġ.

Artikolu 5

Konklużjoni u emendi tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni

1.   Is-superviżur konsolidanti jħejji l-proposti tiegħu għall-konklużjoni ta' arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont l-Artikolu 115tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-proposta tiegħu lill-membri tal-kulleġġ u jistedinhom jagħtu l-fehmiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

3.   Għall-finijiet tal-iffinalizzar tal-arranġamenti bil-miktub għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kull opinjoni u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-arranġamenti bil-miktub ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni lill-membri tal-kulleġġ.

5.   Jekk jitqies meħtieġ mis-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ, l-implimentazzjoni tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni jitqiegħdu għall-prova permezz ta' eżerċizzji ta' simulazzjoni jew bi kwalunkwe mod ieħor, kif xieraq.

6.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġu emendati l-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni fil-każ ta' bidliet f'xi elementi tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

L-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni jiġu emendati sabiex jiġi rifless kwalunkwe tibdil fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ.

Xi elementi tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li jirreferu għall-qafas tal-kulleġġ, fit-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom, jiġu eżaminati mis-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ fuq bażi perjodika skont kif jiġi stabbilit f'dawn l-arranġamenti.

7.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jemendaw l-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont il-proċess deskritt fil-paragrafi 1 sa 4.

8.   Is-superviżur konsolidanti juża l-mudell fl-Anness II biex jikkonkludi u jemenda l-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni.

Artikolu 6

L-aspetti operattivi tal-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ

1.   Il-kulleġġi jorganizzaw mill-anqas laqgħa waħda fiżika kull sena. Madankollu, is-superviżur konsolidanti, bil-kunsens tal-membri kollha tal-kulleġġ, u wara li jkun ikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tal-grupp, jista' jistabbilixxi frekwenza differenti ta' laqgħat fiżiċi.

2.   Is-superviżur konsolidanti jistabbilixxi b'mod ċar l-objettivi tal-laqgħat tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti jara li dawk l-obbjettivi jiġu riflessi fl-aġenda tal-laqgħat u jistieden lill-membri kollha tal-kulleġġ biex jipproponu punti addizzjonali fl-aġenda. Is-superviżur konsolidanti jikkunsudra kull proposta dwar punti fl-aġenda li jsiru mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk mitlub, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li huma involuti f'xi attività partikolari jew laqgħa tal-kulleġġ, jiskambjaw id-dokumenti u l-kontributi għal dokumenti ta' ħidma minn żmien biżżejjed qabel biex il-parteċipanti kollha f'laqgħa tal-kulleġġ ikunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għal dawn id-diskussjonijiet.

TAQSIMA 2

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta' kontinwità operattiva

Artikolu 7

Qafas ġenerali għall-iskambju ta' informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti, il-membri tal-kulleġġ u l-osservaturi

1.   Meta s-superviżur konsolidanti jirċievi l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 minn xi membri tal-kulleġġ, jittrasmettiha:

(a)

lill-membri l-oħra tal-kulleġġ;

(b)

lill-osservaturi, skont kif is-superviżur konsolidanti jara li jkun xieraq u skont it-termini tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ.

2.   Jekk is-superviżur konsolidanti iqis li xi informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 ma tkunx rilevanti għal xi membru partikolari tal-kulleġġ, huwa jikkonsulta minn qabel lil dak il-membru u jipprovdilu punti ewlenin ta' informazzjoni li tippermetti lil dak il-membru biex jistabbilixi r-rilevanza attwali tagħha.

3.   Meta l-kulleġġ ikun organizzat f'substrutturi diversi, is-superviżur konsolidanti jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati għalkollox u fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħudin jew il-miżuri mwettqa fi substrutturi differenti tal-kulleġġ.

4.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jilħqu qbil dwar il-mezzi għall-iskambju ta' informazzjoni u jispeċifikaw dan il-ftehim fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Artikolu 8

Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni

1.   Meta r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' approċċ intern f'konformità mal-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) jew (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2), jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jibqgħux jiġu ssodisfati minn l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet awtorizzati fi Stat Membru, inkluża l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, jew fejn ikunu ġew identifikati dgħufijiet skont l-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE minn kwalunkwe membru relevanti tal-kulleġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti u dak il-membru tal-kulleġġ jaħdmu flimkien, f'konsultazzjoni sħiħa, sabiex flimkien jaqblu dwar ir-revoka tal-permess tal-użu tal-approċċ, fuq l-impożizzjoni ta' supplimentazzjonijiet kapitali jew dwar ir-restrizzjoni tal-użu tal-mudell intern kif issir referenza għalih fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) ta' dak ir-Regolament Delegat.

2.   Id-deċiżjoni dwar ir-revoka ta' mudell approvat tittieħed b'mod konġunt mis-superviżur konsolidant u l-membri relevanti tal-kulleġġ rilevanti li jissorveljaw entitajiet li jużaw il-mudell approvat u li jkunu milquta mill-ineffiċjenzi identifikati skont il-paragrafu 1. Il-kooperazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u dawk il-membri tal-kulleġġ issegwi l-proċess stabbilit mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 (5).

3.   Id-deċiżjoni li tirriżulta fl-impożizzjoni ta' supplimentazzjonijiet kapitali tittieħed permezz tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital skont l-Artikolu 113(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.   Is-superviżur konsolidanti jinforma lill-membri l-oħra kollha tal-kulleġġ dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1, fejn ikun iqis li tali informazzjoni x'aktarx li taffettwa l-attivitajiet l-oħra tal-kulleġġ jew tkun essenzjali għall-eżerċizzju tal-kompiti ta' membri oħra tal-kulleġġ.

Artikolu 9

Notifika ta' estensjonijiet mhux materali jew bidliet f'mudelli interni

1.   Fil-każ ta' estensjonijiet ta' mudell mhux materjali, jew ta' bidliet li jaffettwaw kwalunkwe istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru, inkluża l-impriża ewlenija tal-UE, is-superviżur konsolidanti jinforma mingħajr dewmien lill-membri kollha relevanti tal-kulleġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 b'dawk l-estensjonijiet jew il-bidliet.

2.   Membri relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 jinfurmaw lis-superviżur konsolidanti bi kwalunkwe bidliet jew estensjonijiet mhux materjali li jaffettwaw kwalunkwe istituzzjonijiet taħt il-mandat superviżorju ta' dak il-membru relevanti tal-kulleġġ.

3.   Meta xi membru relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 ikollu xi preokkupazzjoni rigward il-klassifikazzjoni ta' estensjoni jew bidla bħala mhux materjali, huwa jikkomunika dawn il-preokkupazzjonijiet lis-superviżur konsolidanti li jgħaddi din l-informazzjoni lill-membri relevanti l-oħra tal-kulleġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Meta s-superviżur konsolidanti jkollu preokkupazzjonijiet rigward il-klassifikazzjoni ta' estensjoni jew bidla bħala mhux materjali, huwa jikkomunika dawn il-preokkupazzjonijiet lill-membri relevanti kollha tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98;

Is-superviżur konsolidanti u l-membri relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 jiddiskutu d-dettalji ta' dawk il-preokkupazzjonijiet sabiex tintlaħaq veduta komuni dwar il-materjalità tal-estensjoni jew il-bidla.

4.   Meta s-superviżur konsolidanti u l-membri relevanti tal-kulleġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 ikunu jikkunsidraw li l-estensjonijiet jew bidliet għal mudell intern ikunu ġew ikklassifikati b'mod żbaljat mill-istituzzjoni kkonċernata bħala mhux materjali, huma jinfurmaw lil dik l-istituzzjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 10

L-iskambju ta' informazzjoni rigward sinjali bikrija ta' twissija, riskji potenzjali u vulnerabilitajiet

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp li ssir referenza għalih fl-Artikolu 113(2)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE jew tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 113(2)(b) ta' dik id-Direttiva għall-finijiet li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni skont dak l-Artikolu jilħqu qbil bejniethom dwar indikaturi biex jiġu identifikati sinjali bikrija ta' twissija, riskji u vulnerabbiltajiet potenzjali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Dawn l-indikaturi jiġu kkalkulati abbażi tal-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru mingħand l-istituzzjonijiet taħt superviżjoni skont ir- Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

L-indikaturi miftiehma jiġu stipulati fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont l-Artikolu 5(l) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Kull membru tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 jikkomunika lis-superviżur konsolidanti l-valuri tal-indikaturi miftiehma għall-istituzzjonijiet taħt il-kompetenzi superviżorji tiegħu, kif rilevanti.

3.   Is-superviżur konsolidanti ixerred il-valuri msemmija fil-paragrafu 2 u l-valuri tal-indikaturi miftiehma għall-impriża ewlenija tal-UE u f'livell konsolidat, lil kull membru tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1.

4.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 jiskambjaw il-valuri tal-indikaturi miftiehma tal-anqas fuq bażi annwali, jew aktar spiss jekk ikun hemm qbil min-naħa ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 11

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ

1.   Hekk kif ikunu ntlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni skont l-Artikolu 113 tad- Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-kulleġġ jagħtu l-kontribut tagħhom lis-superviżur konsolidanti għall-finijiet li jiġi stabbilit pogramm ta'eżami superviżorju tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fl-Artikolu 116(1)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Wara li jirċievi l-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti jħejji abbozz ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ.

3.   Is-superviżur konsolidanti jiċċirkola l-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ u jistedinhom jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar l-oqsma ta' ħidma konġunta u li jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

4.   Għall-finijiet tal-iffinalizzar tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kull opinjoni u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk ikun meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

5.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ.

6.   Il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ jiġi aġġornat mill-inqas fuq bażi annwali, jew aktar ta' spiss jekk jitqies meħtieġ bħala riżultat tal-proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorju skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew bħala riżultat ta' deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 113 ta' din id-Direttiva.

7.   Is-superviżur konsolidanti jaġġorna l-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ skont il-proċess iddefinit fil-paragrafi 1 sa 5.

TAQSIMA 3

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom

Artikolu 12

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti jipprepara l-proposta tiegħu għall-istabbiliment ta' qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   Is-superviżur konsolidanti jippreżenta l-proposta tiegħu lill-membri tal-kulleġġ u jistedinhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

3.   Is-superviżur konsolidanti jikkunsidra kull proposta u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjega, jekk ikun hemm bżonn, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   Is-superviżur konsolidanti jikkomunika l-verżjoni finali tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza lill-membri tal-kulleġġ.

5.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jikkunsidraw, tal-anqas darba fis-sena, jekk hemmx ħtieġa li jiġi aġġornat il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

6.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ jaġġornaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza billi jsegwu l-proċess deskritt fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 13

L-iskambju ta' informazzjoni waqt sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta s-superviżur konsolidanti isir konxju ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa jew li x'aktarx taffettwa istituzzjoni jew fergħa tal-grupp rispettivament awtorizzata jew stabbilita fi Stat Membru, is-superviżur konsolidanti jwissi, mingħajr dewmien żejjed, lill-ABE u lill-membru tal-kulleġġ li jissorvelja l-istituzzjoni jew il-fergħa milquta jew li x'aktarx tintlaqat mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

2.   Meta stat membru tal-kulleġġ issir konxju minn sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa jew x'aktarx li taffettwa istituzzjoni jew fergħa tal-grupp rispettivament awtorizzata jew stabbilita fi Stat Membru, il- membru tal-kulleġġ iwissi lis-superviżur konsolidanti mingħajr dewmien żejjed.

3.   Is-superviżur konsolidanti jiżgura li l-membri l-oħra kollha tal-kulleġġ ikunu infurmati b'mod adegwat dwar l-elementi ewlenin ta' dawn li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 14;

(b)

ir-rispons superviżorju kkoordinat kif issir referenza għalih fl-Artikolu 15, inkluż l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati li jittieħdu, u l-monitoraġġ tiegħu kif issir referenza għalih fl-Artikolu 16;

(c)

il-miżuri bikrija ta' intervent adottati skont l-Artikolu 27, l-Artikolu 28 u l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), skont kif relevanti, billi jittieħed kont tan-neċessità tal-koordinazzjoni ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 30 ta' dik id-Direttiva, jew id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 32 ta' dik id-Direttiva.

4.   Meta r-rispons superviżorju ikkoordinat għal sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 15 x'aktarx li jkun aktar effiċjenti bl-involviment ta' awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet li fihom ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi, banek ċentrali, ministeri kompetenti u skemi ta' garanzija tad-depożiti, is-superviżur konsolidanti jikkunsidra l-involviment ta' dawk l-awtoritajiet.

5.   Meta sitwazzjoni ta' emerġenza tiġi ristretta għal entità speċifika ta' grupp, is-sitwazzjoni tiġi amministrata mill-membru tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta' dik l-entità tal-grupp ikkonċernata f'kollaborazzjoni mas-superviżur konsolidanti.

Artikolu 14

Il-koordinazzjoni tal-valutazjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti jikkoordina l-iżvilupp ta' abbozz ta' valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu stess u l-evalwazzjoni tal-membri tal-kulleġġ li jagħmlu superviżjoni fuq entitajiet ta' grupp li huma affettwati, jew li x'aktarx li jiġu affettwati, mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

2.   L-abbozz ta' evalwazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta' emerġenza għandha tkopri lill-entitajiet ta' grupp milquta jew li x'aktarx ikunu milquta. L-opinjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-membri tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet ta' grupp jiġu kkunsidrati b'mod xieraq mis-superviżur konsolidanti.

3.   Meta s-sitwazzjoni ta' emerġenza tkun ristretta għal entita speċifika ta' grupp, il-membru tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta' dik l-entità tal-grupp iwettaq, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidanti, l-evalwazzjoni superviżorja tas-sitwazzjoni ta' emerġenza.

Artikolu 15

Il-koordinazzjoni tar-reazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti jmexxi l-iżvilupp ta' reazzjoni superviżorja kkoordinata għas-sitwazzjoni ta' emerġenza fir-rigward tal-grupp u l-entitajiet tal-grupp affettwati jew li x'aktar jiġu affettwati. L-opinjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-membri tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet ta' grupp jiġu kkunsidrati kif xieraq mis-superviżur konsolidanti.

2.   Meta s-sitwazzjoni ta' emerġenza tkun ristretta għal entità speċifika ta' grupp, il-membru tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni ta' dik l-entità ta' grupp iwettaq, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidanti, l-iżvilupp tar-reazzjoni superviżorja kkordinata għas-sitwazzjoni ta' emerġenza.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr dewmien żejjed.

4.   L-iżvilupp tal-valutazzjoni superviżorja kkoordinata ta' sitwazzjoni ta' emerġenza kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 14, u l-iżvilupp tar-reazzjoni superviżorja kkordinata għal din is-sitwazzjoni ta' emerġenza jistgħu jitmexxew b'mod parallel.

Artikolu 16

Il-monitoraġġ u l-aġġornament tar-reazzjoni superviżorja kkoordinata għal sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, is-superviżur konsolidanti jikkoordina l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet miftiehma stipulati fir-reazzjoni superviżorja kkoordinata li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 15.

2.   Il-membri tal-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx li jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza jinformaw lis-superviżur konsolidanti bl-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet maqbula relatati mal-entitajiet rispettivi tal-grupp, skont kif ikun rilevanti.

3.   Kwalunkwe aġġornament dwar il-monitoraġġ tar-reazzjoni superviżorja kkoordinata jiġi pprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-membri tal-kulleġġ, inkluż l-ABE, u jkopri l-grupp u l-entitajiet tal-grupp affettwati jew li x'aktarx jiġu affettwati.

4.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ responsabbli mis-superviżjoni tal-entitajiet ta' grupp affettwati jew li x'aktarx li jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza jieħdu f'kunsiderazzjoni l-bżonn li tiġi aġġornata r-reazzjoni superviżorja kkoordinata billi jitieħed kont tal-informazzjoni pprovduta b'mod reċiproku waqt il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha.

5.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 japplikaw mingħajr dewmien żejjed.

KAPITOLU 3

FUNZJONAMENT OPERATTIV TA' KULLEĠĠI FFURMATI SKONT L-ARTIKOLU 51(3) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

TAQSIMA 1

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi

Artikolu 17

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar ta' istituzzjoni, l-istabbiliment ta' kulleġġ, l-istabbiliment u l-aġġornament ta' listi ta' kuntatt, u l-konklużjoni u l-emenda tal-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni

Fil-każ tal-kulleġġi iffurmati f'konformità mal-Artikolu 51(3) tad- Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistabbilixxu u jaġġornaw l-immappjar ta' istituzzjoni, jistabbilixxu kulleġġ, jistabbilixxu u jaġġornaw listi ta' kuntatt, u jikkonkludu u jemendaw arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni skont l-Artikoli 2 sa 5 sa fejn dan ikun xieraq.

Artikolu 18

L-aspetti operattivi tal-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistabbilixxu kooperazzjoni regolari ma' membri tal-kulleġġ li tista' tieħu l-forma ta' laqgħat jew attivitajiet oħra.

2.   L-organizzazzjoni tal-laqgħat u l-attivitajiet tal-kulleġġ, u l-objettivi tagħhom jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju lill-membri tal-kulleġġ, inkluż l-ABE.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistabbilixxu b'mod ċar l-objettivi tal-laqgħat tal-kulleġġ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jaraw li dawk l-objettivi jkunu riflessi fil-punti tal-aġenda tal-laqgħat u jistiednu lill-membri kollha tal-kulleġġ biex jipproponu punti addizzjonali fl-aġenda. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju jieħdu f'kunsiderazzjoni kull proposta dwar punti fl-aġenda li jsiru mill-membri tal-kulleġġ u jispjegaw, jekk mitluba, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ li huma involuti f'xi attività jew laqgħa partikolari tal-kulleġġ, jiċċirkolaw id-dokumenti u l-kontributi għal dokumenti ta' ħidma minn żmien biżżejjed qabel biex il-parteċipanti kollha fil-kulleġġ ikunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għal dawn id-diskussjonijiet.

TAQSIMA 2

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta' kontinwità operattiva

Artikolu 19

Il-qafas ġenerali għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, il-membri tal-kulleġġ u l-osservaturi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, il-membri tal-kulleġġ jittrasmettu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jittrasmettu l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1:

(a)

lill-membri tal-kulleġġ;

(b)

lill-osservaturi, skont kif ikunu jqisu xieraq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u skont il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu jqisu li xi informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 ma tkunx rilevanti għal xi membru partikolari tal-kulleġġ, huma jikkonsultaw minn qabel lil dak il-membru u jipprovduh b'punti ewlenin ta' informazzjoni biex dak il-membru ikun jista' jistabbilixxi r-rilevanza attwali tagħha.

4.   Meta l-kulleġġ ikun organizzat f'substrutturi differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ u fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħudin jew il-miżuri mwettqa f'substrutturi differenti tal-kulleġġ.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jilħqu qbil dwar il-mezzi għall-iskambju ta' informazzjoni u jispeċifikaw dan il-qbil fl-arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

Artikolu 20

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ

1.   Għall-finijiet li jiġi stabbilit programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ li ssir referenza għalih fl-Artikolu 99 tad-Direttiva 2013/36/UE skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, il-membri tal-kulleġġ jipprovdu l-kontribut tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   Wara li jkunu rċevew il-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jħejju abbozz ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jiċċirkolaw l-abbozz ta' programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ u jistidnuhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-oqsma ta' ħidma konġunta u li jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

4.   Għall-finijiet tal-iffinalizzar tal-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jikkunsidraw kull opinjoni u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjegaw, jekk ikun meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

5.   Malli sseħħ il-finalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jikkomunikaw il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ lill-membri tal-kulleġġ.

6.   Il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ jiġi aġġornat mill-inqas fuq bażi annwali, jew aktar ta' spiss jekk jitqies meħtieġ bħala riżultat tal-proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorju skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE.

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jaġġornaw il-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ billi jsegwu l-proċess iddefinit fil-paragrafi 1 sa 5.

TAQSIMA 3

L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u matulhom

Artikolu 21

L-istabbiliment u l-aġġornament tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-qafas tal-kulleġġ f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jippreparaw proposta skont l-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jippreżentaw il-proposta tagħhom lill-membri tal-kulleġġ u jistednuhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom u jindikaw l-iskadenza xierqa għat-tressiq ta' dawn il-fehmiet.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju jieħdu f'kunsiderazzjoni kull proposta u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ u jispjegaw, jekk mitluba, ir-raġuni għaliex ma għandhomx ikunu inkorporati.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jikkomunikaw il-verżjoni finali tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza lill-membri tal-kulleġġ.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jikkunsidraw, tal-anqas fuq bażi annwali, il-ħtieġa li jiġi aġġornat il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u l-membri tal-kulleġġ jaġġornaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza billi jsegwu l-proċess deskritt fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 22

L-iskambju ta' informazzjoni waqt sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jsiru jafu b'sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa, jew li x'aktarx taffettwa, l-istituzzjoni, dawn iwissu lill-ABE u lilll-membri tal-kulleġġ mingħajr dewmien żejjed.

2.   Meta membru tal-kulleġġ isir konxju minn sitwazzjoni ta' emerġenza li taffettwa, jew x'aktarx taffettwa, xi fergħa fil-ġurisdizzjoni tiegħu, dan għandu jwissi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 23

Il-koordinazzjoni tal-valutazjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

Għall-finijiet tal-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jiċċirkolaw l-evalwazzjoni superviżorja tas-sitwazzjoni ta' emerġenza lill-membri tal-kulleġġ li jagħmlu superviżjoni fuq fergħat affettwati jew li x'aktarx ikunu affettwati mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

Artikolu 24

Il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tar-reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni ta' emerġenza

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 35 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jiżviluppaw reazzjoni superviżorja kkoordinata għal sitwazzjoni ta' emerġenza. Il-fehmiet tal-membri tal-kulleġġ li jissorveljaw fergħat milquta jew li x'aktarx ikun milquta minn din is-sitwazzjoni ta' emerġenza jiġu kkunsidrati b'mod adegwat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, fejn ikun relevanti, jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' kwalunkwe azzjonijiet stabbiliti fir-reazzjoni superviżorja.

3.   Il-membri tal-kulleġġ jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe azzjonijiet miftiehma relatati mal-oqsma fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

4.   Kull aġġornament dwar il-monitoraġġ tar-reazzjoni superviżorja jiġi pprovdut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju lill-membri tal-kulleġġ, inkluż l-ABE.

5.   L-iżvilupp tal-valutazzjoni superviżorja ta' sitwazzjoni ta' emerġenza kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 23, u l-iżvilupp tar-reazzjoni superviżorja għal din is-sitwazzjoni ta' emerġenza jistgħu jitmexxew b'mod parallel.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(4)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri (ara l-paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess konġunt ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).


ANNESS I

Mudell tal-Immappjar

Istituzzjoni prinċipali tal-UE/kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE/kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE/istituzzjoni

 

Ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (f'miljuni ta' euro)

 

Hija identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti globalment (G-SII) jew istituzzjoni sistematikament importanti oħra (O-SII)?

 

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 7 jew 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjonijiet minn rekwiżiti kapitali)? (Iva/Le)

 

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 8 jew l- Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjoni minn rekwiżiti ta' likwidità)? (Iva/Le)

 


Istituzzjonijiet awtorizzati fi Stat Membru/Entitajiet tas-settur finanzjarju awtorizzati fi Stat Membru

L-istituzzjoni/-entità tas-settur finanzjarju, hija importanti għall-grupp?

(Iva/Le)

L-istituzzjoni/-entità tas-settur finanzjarju, hija importanti għall-Istat Membru li fih hija awtorizzata?

(Iva/Le)

Ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni/entità tas-settur finanzjarju (f'miljuni ta' euro)

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza għall-Istati Membri, kif applikabbli

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza għall-grupp, kif applikabbli

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 10 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013

(eżenzjonijiet minn rekwiżiti kapitali)?

(Iva/Le)

Awtorità kompetenti/Awtorità oħra

Stat Membru

Istituzzjoni/Entità tas-settur finanzjarju

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

L-istituzzjoni/l-entità tas-settur finanzjarju, hija identifikata bħala O-SII?

Kumpanija prinċipali immedjata tal-istituzzjoni/ entità tas-settur finanzjarju

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

Il-kumpanija prinċipali immedjata hija identifikata bħala O-SII?

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kulleġġi ta' riżoluzzjoni:

Pajjiżi membri u osservaturi:

Awtoritajiet membri u osservaturi:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Grupp tal-Ġestjoni tal-Kriżijiet (CMG):

Pajjiżi membri:

Awtoritajiet membri:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

L-isem tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju:

 

Indirizz tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju:

 

Persuna ta' kuntatt (l-isem, indirizz tal-posta elettronika, numru tat-telefon) tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju:

 

 

Ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta' likwidità)? (Iva/Le)

L-awtorità rilevanti hija membru jew osservatur tal-kulleġġ? Jekk iva u hija parti minn substruttura ta' kulleġġ partikolari, jekk jogħġbok speċifika.

Fergħat stabbiliti fi Stat Membru

Il-fergħa hija importanti għall-grupp?

(Iva/Le)

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza, kif applikabbli

Il-fergħa hija importanti għall-Istat Membru skont l-Artikolu 51 tad- Direttiva 2013/36/UE?

(Iva/Le)

L-awtorità rilevanti hija membru jew osservatur tal-kulleġġ? Jekk iva u hija parti minn substruttura ta' kulleġġ partikolari, jekk jogħġbok speċifika.

Awtorità kompetenti/ Awtorità oħra

Stat Membru

Fergħa

Istituzzjoni li taħtha hija stabbilita l-fergħa

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali tal-istituzzjoni li taħtha hija stabbilita l-fergħa, fejn dan il-kodiċi jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

L-istituzzjoni fejn hija stabbilita l-fergħa hjia identifikata bħala O-SII? (Iva/Le)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Istituzzjonijiet awtorizzati u fergħat stabbiliti f'pajjiż terz

L-istituzzjoni/fergħa hija importanti għall-grupp?

(Iva/Le)

Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-importanza, kif applikabbli

Ir-rekwiżiti ta' konfidenzjalità u segretezza professjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz huma valutati bħala ekwivalenti mill-membri kollha tal-kulleġġ?

(Iva/Le)

L-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz hija osservatur tal-kulleġġ? Jekk iva u hija parti minn substruttura ta' kulleġġ partikolari, jekk jogħġbok speċifika.

Awtorità superviżorja ta' pajjiż terz

Pajjiż terz

Istituzzjoni/fergħa

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

Kumpanija prinċipali tal-istituzzjoni

Il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni Legali, fejn dan jeżisti (qabel l-Identifikaturi ta' Entità Ġuridika (LEI) jew is-Sistema LEI Globali)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hemm struttura oħra ta' kulleġġi mhux Ewropea? (Iva/Le) (jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-isem tal-kulleġġ u tal-kontrollur ospitanti):

Pajjiżi membri:

Awtoritajiet membri:

 

 

 

Isem tal-kulleġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Mudell dwar arranġamenti bil-miktub ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni tal-kulleġġ superviżorju stabbilit għall-

Grupp <XY>/Istituzzjoni <A>

Image Image Image Image Image Image Image