23.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/74

tat-22 ta' Jannar 2016

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Fis-17 ta' Jannar 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU ) neħħa żewġ entitajiet mil-lista ta' persuni u ta' entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-punti (c) u (d) tal-paragrafu 6 tal-Anness B għar-Riżoluzzjoni 2231(2015) tal-KSNU. Dawk l-entitajiet għandhom jitneħħew ukoll mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, li jinsabu fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament huma mħassra mil-lista ta' entitajiet li tinsab fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


ANNESS

(1)   

Bank Sepah u Bank Sepah International